EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0130

Kawża T-130/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Dicembru 2022 – CCPL et vs il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Imballaġġ tal-ikel intiż għall-bejgħ bl-imnut – Deċiżjoni li temenda l-ammont ta’ multa – Modalitajiet tal-kalkolu tal-multa – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Limitu massimu tal-multa – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Kapaċità kontributtiva”)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Dicembru 2022 – CCPL et vs il-Kummissjoni

(Kawża T-130/21) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Imballaġġ tal-ikel intiż għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li temenda l-ammont ta’ multa - Modalitajiet tal-kalkolu tal-multa - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Limitu massimu tal-multa - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Kapaċità kontributtiva”)

(2023/C 35/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio d’Emilie, l-Italja), Coopbox Group SpA (Bibbiano, l-Italja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Cucchiara u E. Rocchi, avukati)

Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u T. Baumé, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2020, C(2020) 8940 finali li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatata mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – L-ippakkjar tal-ikel bl-imnut).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox Group SpA u Coopbox Eastern s.r.o. għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021.


Top