Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0820

    Kawża C-820/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Admnistrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Diċembru 2021 – “Vinal” AD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

    ĠU C 138, 28.3.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 138, 28.3.2022, p. 6–6 (GA)

    28.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Admnistrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Diċembru 2021 – “Vinal” AD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

    (Kawża C-820/21)

    (2022/C 138/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Admnistrativen sad Sofia-grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“Vinal” AD

    Konvenut: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

    Domandi preliminari

    Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1) sa fejn jipprevedi li l-awtorizzazzjoni għall-ftuħ u t-tħaddim ta’ maħżen tat-taxxa għandha tingħata taħt il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet huma intitolati li jistabbilixxu għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni jew abbuż tat-taxxa possibbli [u] x’kontenut għandu jkollhom dawn il-kundizzjonijiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-prevenzjoni tal-evażjoni jew tal-abbuż tat-taxxa?

    Kif għandha tiġi interpretata l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fil-premessa 10 tal-preambolu tad-Direttiva 2008/118?

    Kif għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma huma d-dispożizzjonijiet previsti fil-punt 3 tal-Artikolu 53(1) u fi-punt 5 tal-Artikolu 47(1) taż-Zakon za aktsizite i danachnite skladove (il-Liġi dwar is-Sisa u l-Imħażen tat-Taxxa), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar jipprevedu l-irtirar tal-liċenzja b’mod inkundizzjonat, prospettiv, immedjat u mingħajr limitazzjoni ratione temporis, u dan flimkien ma’ sanzjoni diġà imposta għall-istess att?


    (1)  ĠU 2009, L 9, p. 12.


    Top