Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0658

    Kawża C-658/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-29 ta’ Ottubru 2021 – VZW Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen (PHYTOFAR) vs Vlaams Gewest

    ĠU C 73, 14.2.2022, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 73, 14.2.2022, p. 4–4 (GA)

    14.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-29 ta’ Ottubru 2021 – VZW Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen (PHYTOFAR) vs Vlaams Gewest

    (Kawża C-658/21)

    (2022/C 73/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: VZW Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen (PHYTOFAR)

    Konvenuta: Vlaams Gewest

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2015/1535/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, għandu jiġi interpretat fis-sens li projbizzjoni ta’ użu ta’ pestiċidi li jinkludu l-gilfosat minn utenti li ma jkollhomx liċenzja dwar is-saħħa tal-pjanti fuq artijiet għal użu privat għandha titqies li tikkonċerna regolament tekniku li, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea?


    (1)  ĠU 2015, L 241, p. 1.


    Top