This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0578
Case C-578/21 P: Appeal brought on 17 September 2021 by Irish Wind Farmers' Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd, Greenoge Windfarm Ltd against the judgment of the General Court (First Chamber) delivered on 7 July 2021 in Case T-680/19, Irish Wind Farmers' Association and Others v Commission
Kawża C-578/21 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2021 minn Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd u Greenoge Windfarm Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-680/19, Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni
Kawża C-578/21 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2021 minn Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd u Greenoge Windfarm Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-680/19, Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 462, 15.11.2021, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/30 |
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2021 minn Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd u Greenoge Windfarm Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-680/19, Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-578/21 P)
(2021/C 462/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd u Greenoge Windfarm Ltd (rappreżentanti: M. Segura Catalán, abogada, u M. Clayton, avocate)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji.
Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 108 TFUE u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1) meta ddikjarat li l-evalwazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna kkonċernata ma kinitx teħtieġ li l-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minħabba l-assenza ta’ diffikultajiet serji f’dak li jikkonċerna l-kwalifika tagħha bħala għajnuna mill-Istat u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.
L-ewwel motiv huwa magħmul minn sitt partijiet.
L-ewwel parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna l-portata tal-obbligu tal-Kummissjoni li teżamina l-fatti u l-punti ta’ liġi fil-każ ta’ għajnuna illegali.
It-tieni parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ttrattat b’mod differenti l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u dik ipprovduta mil-lanjanti.
It-tielet parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tul tal-eżami preliminari.
Ir-raba’ parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddefiniexxiet l-oneru tal-prova li għandhom il-lanjanti.
Il-ħames parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-rilevanza tas-sistema eżistenti fir-Renju Unit għall-finijiet tal-każ inkwistjoni.
Is-sitt parti: il-Qorti Ġenerali ġibdet konklużjoni żbaljata tan-natura teknika tal-metodu ta’ evalwazzjoni tal-valur annwali nett tal-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ta’ elettriku minn kombustibbli fossili.
Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens ċar tal-provi li pproduċew.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).