This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0561
Case C-561/21: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 10 September 2021 — GP and BG v Banco Santander, S. A.
Kawża C-561/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2021 – GP u BG vs Banco Santander, S.A.
Kawża C-561/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2021 – GP u BG vs Banco Santander, S.A.
ĠU C 15, 16.1.2023, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2021 – GP u BG vs Banco Santander, S.A.
(Kawża C-561/21)
(2023/C 15/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GP u BG
Konvenut: Banco Santander, S.A.
Domandi preliminari
1) |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal restituzzjoni tas-somom imħallsa abbażi ta’ klawżola inġusta jibda jiddekorri biss minn meta tiġi kkonstatata l-invalidità tal-imsemmija klawżola permezz ta’ sentenza definittiva, hija konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali? |
2) |
Fil-każ li tali interpretazzjoni ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, l-Artikoli msemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 93/13 jipprekludu interpretazzjoni li abbażi tagħha t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mid-data tas-sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) li stabbilew il-ġurisprudenza dwar l-effetti restituttivi (sentenzi tat-23 ta’ Jannar 2019)? |
3) |
Jekk l-imsemmija artikoli jipprekludu tali interpretazzjoni, jipprekludu wkoll dik li abbażi tagħha t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mid-data tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li fihom din tal-aħħar iddeċidiet li l-azzjoni għal restituzzjoni tista’ tkun suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni (b’mod partikolari s-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2020, Raiffeisen Bank u BRD Groupe Société Générale, C-698/1[8] u 699/18, jew is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, C-224/19 u C-259/19, li tikkonferma s-sentenza preċedenti)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288