Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0542

Kawża C-542/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-30 ta’ Awwissu 2021 – SIA “Mikrotīkls” vs Valsts ieņēmumu dienests

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-30 ta’ Awwissu 2021 – SIA “Mikrotīkls” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-542/21)

(2021/C 462/31)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Mikrotīkls”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (3), għandha tiġi interpretata fis-sens li s-subintestatura 8517 70 11 tan-Nomenklatura Magħquda tista’ tinkludi l-antenni għal apparati ta’ routing li huma kkonfigurati sabiex jintużaw f’networks ta’ żona lokali (LAN) jew f’networks fuq żona wiesgħa (WAN)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2012, L 304, p. 1.

(3)  ĠU 2013, L 290, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 100, p. 13.


Top