This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0470
Case C-470/21: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 30 July 2021 — La Quadrature du Net, Fédération des fournisseurs d’accès à internet associatifs, Franciliens.net, French Data Network v Premier ministre, Ministère de la Culture
Kawża C-470/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Lulju 2021 – La Quadrature du Net, Fédération des fournisseurs d’accès à Internet associatifs, Franciliens.net, French Data Network vs Premier ministre, Ministère de la Culture
Kawża C-470/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Lulju 2021 – La Quadrature du Net, Fédération des fournisseurs d’accès à Internet associatifs, Franciliens.net, French Data Network vs Premier ministre, Ministère de la Culture
ĠU C 462, 15.11.2021, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Lulju 2021 – La Quadrature du Net, Fédération des fournisseurs d’accès à Internet associatifs, Franciliens.net, French Data Network vs Premier ministre, Ministère de la Culture
(Kawża C-470/21)
(2021/C 462/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: La Quadrature du Net, Fédération des fournisseurs d’accès à Internet associatifs, Franciliens.net, French Data Network
Konvenuti: Premier ministre, Ministère de la Culture
Domandi preliminari
1) |
Id-data tal-identità ċivili li tikkorrispondi ma’ indirizz IP tinsab fost id-data relatata mat-traffiku jew ta’ lokalizzazzjoni suġġetta, bħala prinċipju, għall-obbligu ta’ stħarriġ minn qabel minn qorti jew minn entità amministrattiva indipendenti li għandha setgħa vinkolanti? |
2) |
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, u fid-dawl tas-sensittività dgħajfa tad-data relatata mal-identità ċivili tal-utenti, inkluża l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1), moqrija fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ġbir ta’ din l-informazzjoni li tikkorrispondi mal-indirizz IP tal-utenti minn awtorità amministrattiva, mingħajr stħarriġ minn qabel minn qorti jew minn entità amministrattiva indipendenti li għandha setgħa vinkolanti? |
3) |
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, u fid-dawl tas-sensittività dgħajfa tad-data relatata mal-identità ċivili, tal-fatt li hija biss din id-data li tista’ tinġabar, unikament għall-bżonnijiet ta’ prevenzjoni ta’ ksur ta’ obbligi ddefiniti b’mod preċiż, limitattiv u restrittiv mid-dritt nazzjonali, u tal-fatt li stħarriġ sistematiku tal-aċċess għad-data ta’ kull utent minn qorti jew minn entità amministrattiva terza li għandha setgħa vinkolanti huwa tali li jikkomprometti t-twettiq tal-missjoni ta’ servizz pubbliku fdata lill-awtorità amministrattiva u li hija stess hija indipendenti, id-Direttiva tipprekludi li dan l-istħarriġ jitwettaq skont metodi adattati, bħal stħarriġ awtomatizzat, jekk ikun il-każ taħt is-superviżjoni ta’ servizz intern għall-organu li għandu garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità fir-rigward tal-aġenti inkarigati li jwettqu tali ġbir? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.