EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0355

Kawża C-355/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – Procter & Gamble International Operations SA vs Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

ĠU C 357, 6.9.2021, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – Procter & Gamble International Operations SA vs Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

(Kawża C-355/21)

(2021/C 357/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procter & Gamble International Operations SA

Konvenut: Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/48/KE fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li skontha miżura ta’ protezzjoni fil-forma ta’ distruzzjoni ta’ oġġetti tikkonċerna esklużivament oġġetti mmanifatturati illegalment jew immarkati illegalment u ma tistax tiġi applikata fil-konfront ta’ oġġetti mqiegħda fis-suq illegalment fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea, li fir-rigward tagħhom ma jistax jiġi kkonstatat li dawn ġew immanifatturati illegalment jew immarkati illegalment?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


Top