EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0194
Case C-194/21: Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 29 March 2021 — Staatssecretaris van Financiën, other party: X
Kawża C-194/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Marzu 2021 – Staatssecretaris van Financiën, parti oħra fil-proċedura: X
Kawża C-194/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Marzu 2021 – Staatssecretaris van Financiën, parti oħra fil-proċedura: X
ĠU C 228, 14.6.2021, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Marzu 2021 – Staatssecretaris van Financiën, parti oħra fil-proċedura: X
(Kawża C-194/21)
(2021/C 228/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Parti oħra fil-proċedura: X
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 184 u 185 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli li, mal-akkwist ta’ oġġett jew ta’ servizz, ma tkunx naqqset it-taxxa tal-input (iktar ’il quddiem it-“tnaqqis inizjali”) skont l-użu previst tal-oġġett jew tas-servizz għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, u fit-terminu stabbilit mid-dritt nazzjonali, hija awtorizzata, fil-kuntest tar-regolarizzazzjoni – fl-okkażjoni tal-ewwel użu sussegwenti minn dan l-oġġett jew servizz – tagħmel dan it-tnaqqis jekk l-użu effettiv ma jkunx, fil-mument ta’ din ir-regolarizzazzjoni, differenti mill-użu li kien previst? |
2) |
Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, li l-ommissjoni ta’ tnaqqis inizjali ma tkunx marbuta ma’ frodi jew ma’ abbuż ta’ dritt, u li ma jkunux ġew ikkonstatati konsegwenzi dannużi għat-Teżor? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.