This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0189
Case C-189/21: Request for a preliminary ruling from the College van Beroep voor het bedrijfsleven (Netherlands) lodged on 26 March 2021 — R. en R. v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Kawża C-189/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Marzu 2021 – R. u R. vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Kawża C-189/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Marzu 2021 – R. u R. vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
ĠU C 228, 14.6.2021, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Marzu 2021 – R. u R. vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-189/21)
(2021/C 228/31)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: R. u R.
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Domanda preliminari
Ir-rekwiżit [statutorju] ta’ ġestjoni (RSĠ) 10, kif huwa stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), li jirreferi għall-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll is-sitwazzjoni fejn l-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li ma ġiex awtorizzat fl-Istat Membru kkonċernat skont dan ir-regolament imsemmi l-aħħar?
(1) ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.