This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0046
Case C-46/21 P: Appeal brought on 27 January 2021 by European Union Agency for the Cooperation of Energy Regulators against the judgment of the General Court (Second Chamber) delivered on 18 November 2020 in Case T-735/18, Aquind v ACER
Kawża C-46/21 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 mill- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-735/18, Aquind vs ACER
Kawża C-46/21 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 mill- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-735/18, Aquind vs ACER
ĠU C 98, 22.3.2021, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/17 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 mill- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-735/18, Aquind vs ACER
(Kawża C-46/21 P)
(2021/C 98/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) (rappreżentanti: P. Martinet, E. Tremmel, aġenti, B. Creve, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Aquind Ltd
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha jew parzjalment; |
— |
jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-istat tal-proċeduri jkun jippermetti, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat; |
— |
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża bi qbil mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
— |
tikkundanna lil Aquind Ltd għall-ispejjeż kemm dawk tal-appell kif ukoll għal dawk quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-raba’ u d-disa’ motiv tar-rikorrenti u, fuq dik il-bażi, annullat id-Deċiżjoni A-001-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ACER, ċaħdet il-bqija tal-motivi, u kkundannat lill-ACER għall-ispejjeż. F’dan l-appell, l-ACER issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet is-segwenti żbalji ta’ liġi:
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-intensità tal-istħarriġ imwettaq mill-Bord tal-Appell tal-ACER, b’mod ġenerali u għall-każ inkwistjoni fir-rigward ta’ żbalji f’evalwazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi kumplessi. |
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament 714/2009 (1). |
(1) Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009, L 211, p. 15).