Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0034

    Kawża C-34/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2021 – Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

    ĠU C 98, 22.3.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2021 – Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

    (Kawża C-34/21)

    (2021/C 98/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Wiesbaden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

    Konvenut: Der Minister des Hessischen Kultusministeriums

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun regola iktar speċifika li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali ta’ impjegati fil-kuntest tal-impjiegi fis-sens tal-Artikolu 88(1) tal-imsemmi regolament, dispożizzjoni legali għandha tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq tali regoli mill-Artikolu 88(2) ta’ dan ir-regolament?

    2)

    Fil-każ li ma tkunx tidher li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 88(2) tar-Regolament 2016/679, regola nazzjonali tista’ xorta waħda tkun applikabbli?


    (1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


    Top