This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0019
Case C-19/21: Request for a preliminary ruling from the Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (Netherlands) lodged on 13 January 2021 — I, S v Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Kawża C-19/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2021 – I, S vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Kawża C-19/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2021 – I, S vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2021 – I, S vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-19/21)
(2021/C 128/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: I, S
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeżiġi li l-Istat Membru mitlub, flimkien jew le mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), jagħti lill-applikant li jirrisjedi fl-Istat Membru rikjedenti u li jixtieq jiġi ttrasferit skont l-Artikolu 8 (jew skont l-Artikolu 9 jew 10) tar-Regolament Dublin, jew inkella lill-membru tal-familja tal-applikant li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 8, 9 jew 10 tar-Regolament Dublin, rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal teħid ta’ inkarigu? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u l-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin ma jistax iservi bħala bażi għal rimedju effettiv, l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mad-dritt fundamentali għall-unità tal-familja u għall-interess tal-wild (kif stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 10 u fil-premessa 19 tar-Regolament Dublin), għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-Istat Membru mitlub jagħti lill-applikant li jirrisjedi fl-Istat Membru rikjedenti u li jixtieq jiġi ttrasferit skont l-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Dublin, jew inkella lill-membru tal-familja tal-applikant li hemm riferiment għalih fl-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Dublin, rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal teħid ta’ inkarigu? |
3) |
Jekk l-ewwel domanda jew it-tieni domanda (it-tieni parti) jingħataw risposta fl-affermattiv, b’liema mod u minn liema Stat Membru d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-Istat mitlub u d-dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra din għandhom jiġu mgħarrfa lill-applikant jew lill-membru tal-familja tal-applikant? |
(1) ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.