This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CJ0666
Judgment of the Court (Third Chamber) of 2 March 2023.#A v Åklagarmyndigheten.#Request for a preliminary ruling from the Hovrätten för Nedre Norrland.#Reference for a preliminary ruling – Road transport – Regulation (EC) No 561/2006 – Scope – Article 2(1)(a) – Article 3(h) – Notion of ‘carriage by road of goods’ – Notion of ‘maximum permissible mass’ – Vehicle fitted out as a temporary private living space and for the non-commercial loading of goods – Regulation (EU) No 165/2014 – Tachographs – Article 23(1) – Requirement for regular inspections by approved workshops.#Case C-666/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023.
AI vs Åklagarmyndigheten.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(1)(a) – Artikolu 3(h) – Kunċett ta’ ‘trasport bit-triq ta’ merkanzija’ – Kunċett ta’ ‘massa massima awtorizzata’ – Vettura attrezzata bħala spazju privat ta’ abitazzjoni temporanja u ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali – Regolament (UE) Nru 165/2014 – Takografi – Artikolu 23(1) – Obbligu ta’ spezzjonijiet regolari mwettqa minn garaxxijiet awtorizzati.
Kawża C-666/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023.
AI vs Åklagarmyndigheten.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(1)(a) – Artikolu 3(h) – Kunċett ta’ ‘trasport bit-triq ta’ merkanzija’ – Kunċett ta’ ‘massa massima awtorizzata’ – Vettura attrezzata bħala spazju privat ta’ abitazzjoni temporanja u ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali – Regolament (UE) Nru 165/2014 – Takografi – Artikolu 23(1) – Obbligu ta’ spezzjonijiet regolari mwettqa minn garaxxijiet awtorizzati.
Kawża C-666/21.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:149
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
2 ta’ Marzu 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(1)(a) – Artikolu 3(h) – Kunċett ta’ ‘trasport bit-triq ta’ merkanzija’ – Kunċett ta’ ‘massa massima awtorizzata’ – Vettura attrezzata bħala spazju privat ta’ abitazzjoni temporanja u ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali – Regolament (UE) Nru 165/2014 – Takografi – Artikolu 23(1) – Obbligu ta’ spezzjonijiet regolari mwettqa minn garaxxijiet awtorizzati”
Fil-Kawża C‑666/21,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland (il-Qorti tal-Appell sedenti f’Sundsvall, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Ottubru 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑5 ta’ Novembru 2021, fil-proċedura
AI
vs
Åklagarmyndigheten
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Jürimäe, Presidenta ta’ Awla, M. Safjan, N. Piçarra (Relatur), N. Jääskinen u M. Gavalec, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Emiliou,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Messina, K. Simonsson u G. Tolstoy, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑24 ta’ Novembru 2022,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Frar 2014 (ĠU 2014, L 60, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 561/2006”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn AI u l-Åklagarmyndigheten (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Isvezja) dwar ksur tar-regoli marbuta mal-użu tat-takografi. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
Ir‑Regolament Nru 561/2006
3 |
Il-premessa 17 tar-Regolament Nru 561/2006 tipprovdi: “Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jtejjeb il-kondizzjonijiet soċjali għall-impjegati li jaqgħu taħtu, kif ukoll li jtejjeb is-sigurtà ġenerali fit-triq. Jagħmel dan prinċipalment permezz tad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħin massimu ta’ sewqan kuljum, fil-ġimgħa u kull perijodu ta’ ġimagħtejn konsekuttivi, tad-disposizzjoni li tobbliga lix-xufier jieħu perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa mill-inqas darba kull ġimagħtejn konsekuttivi u tad-disposizzjonijiet li jitolbu li taħt l-ebda ċirkustanza l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum ma jista’ jkun anqas minn perijodu mhux interrott ta’ disa’ sigħat. […]” |
4 |
Skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, dan “jistabbilixxi r-regoli dwar il-ħinijiet ta’ sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bit-triq sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-modi ta’ trasport fuq l-art, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-triq, u sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fit-triq” u “għandu l-għan ukoll li jippromwovi t-titjib fil-prattika ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar mill-Istati Membri u t-tijib fil-prattiċi ta’ xogħol fl-industrija tat-trasport bit-triq.” |
5 |
L-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi: “Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq:
|
6 |
L-Artikolu 3 tal-istess regolament jipprovdi: “Dan ir-Regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq permezz ta’: […]
[…]” |
7 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]” |
Ir‑Regolament Nru 165/2014
8 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 165/2014, dwar takografi fit-trasport bit-triq, huwa fformulat kif ġej: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi u rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-istallazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, […]” |
9 |
Intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 165/2014 jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “It-takografi għandhom jiġu installati u użati fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru li jintużaw għat-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija bit-triq u li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 561/2006.” |
10 |
Intitolat “Spezzjonijiet ta’ takografi”, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 165/2014 jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “It-takografi għandhom jkunu soġġetti għal spezzjoni regolari minn ħwienet tax-xogħol approvati. Għandhom titwettqu spezzjonijiet regolari mill-anqas kull sentejn.” |
Id‑dritt Svediż
11 |
Skont l-Artikolu 6 tal-Kapitolu 9 tal-Förordning (2004: 865) om kör — och vilotider samt färdskrivare, m.m. (ir-Regolament (2004: 865) dwar, inter alia, it-tul tas-sewqan, il-perijodi ta’ mistrieħ u l-apparat ta’ monitoraġġ): “Kwalunkwe sewwieq li juża b’intenzjoni jew b’negliġenza takografu li ma jkunx ġie spezzjonat konformement mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 165/2014 jiġi impost multa”. |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
12 |
Fl‑4 ta’ April 2019, waqt kontroll tal-pulizija, ġie kkonstatat li l-vettura misjuqa minn AI, irreġistrata fl-Isvezja, kienet mgħammra b’takografu li ma kienx ġie suġġett għal spezzjoni fit-terminu previst. AI kien qiegħed iġorr żewġ motoslitti fiż-żona tat-tagħbija ta’ din il-vettura u sostna li kien jinsab fi triqtu lejn kompetizzjoni tal-motoslitti. |
13 |
Permezz ta’ sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2020, is-Sundsvalls tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Sundsvall, l-Isvezja) sabet lil AI ħati ta’ eċċess ta’ veloċità, iżda mhux għal nuqqas li jissuġġetta għal spezzjoni t-takografu installat fil-vettura tiegħu, kif previst fl-Artikolu 6 tal-Kapitolu 9 tar-Regolament (2004:865). Peress li din il-vettura kienet tinkludi biss sitt postijiet għall-passiġġieri, din il-qorti ddeċidiet li ma kinitx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006, skont l-Artikolu 2(1)(b) tiegħu. |
14 |
Kemm AI kif ukoll l-Uffiċċju tal-Prosekutur appellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-Hovrätten för Nedre Norrland (il-Qorti tal-Appell sedenti f’Sundsvall, l-Isvezja), il-qorti tar-rinviju. |
15 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur isostni li l-vettura inkwistjoni, minħabba l-piż tagħha u l-użu tagħha għat-trasport ta’ motoslitti, taqa’ taħt ir-Regolament Nru 561/2006 u, għaldaqstant, hija suġġetta għall-obbligu ta’ użu ta’ takografu. |
16 |
Skont AI, dan ma huwiex il-każ madankollu, peress li din il-vettura ma tintużax għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija għal finijiet kummerċjali. Huwa jsostni li, minkejja li l-imsemmija vettura għandha spazju ta’ tagħbija fejn kultant huwa jittrasporta l-motoslitti tiegħu, l-istess vettura tinkludi wkoll spazju ta’ abitazzjoni għall-użu personali tiegħu u dak tal-familja tiegħu, waqt il-vjaġġi tagħhom sabiex jipprattikaw l-isport tal-motoslitti, b’tali mod li sservi prinċipalment bħala abitazzjoni privata temporanja. |
17 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li l-vettura inkwistjoni hija elenkata fir-reġistru nazzjonali tat-trasport bit-triq bħala trakk li jaqa’ taħt il-kategorija N3 u li l-karozzerija hija deskritta bil-kumment segwenti: “Parti ta’ quddiem tal-vann attrezzata permanentement għall-abitazzjoni, parti fuq wara tikkonsisti fi spazju ta’ tagħbija”. Hija tirrileva wkoll li din il-vettura, li l-karrozzerija tagħha tagħtiha d-dehra ta’ xarabank, għandha piż iddikjarat ta’ 17680 kilogramm (kg), tagħbija massima awtorizzata ta’ 5120 kg, għoli ta’ 3.6 metri (m) u tul ta’ 14.7 m. |
18 |
Peress li l-vettura inkwistjoni għandha spazju ta’ tagħbija li jista’ jservi għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija u li l-massa massima awtorizzata teċċedi t-3.5 tunnellati, il-qorti tar-rinviju tqis li din il-vettura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006, skont l-Artikolu 2(1)(a) tiegħu. Hija għandha dubju, madankollu, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “trasport bit-triq ta’ merkanzija”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u tistaqsi, b’mod partikolari, jekk il-funzjoni prinċipali jew l-użu effettiv tal-vettura kkonċernata, il-kapaċità ta’ tagħbija tal-vettura u r-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru nazzjonali tat-traffiku bit-triq humiex rilevanti għall-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett. |
19 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 561/2006 jirrigwarda prinċipalment it-trasport bit-triq ta’ merkanzija mwettaq fl-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament, li jikkonsistu fl-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur stradali u fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà stradali. |
20 |
Madankollu, din il-qorti tosserva, billi tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Lundberg (C‑317/12, EU:C:2013:631), li t-trasport imwettaq minn vetturi tqal użati esklużivament minn individwi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom ta’ divertiment u li ma humiex relatati ma’ attività kummerċjali diffiċilment jippreġudikaw l-għanijiet li jikkonsistu fl-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, fir-rigward tas-settur stradali, u fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Hija tistaqsi, barra minn hekk, jekk l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tul tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ, stabbiliti mir-Regolament Nru 561/2006 għal tali vetturi, hijiex proporzjonata ma’ dawn l-għanijiet. |
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hovrätten för Nedre Norrland (il-Qorti tal-Appell sedenti f’Sundsvall), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id‑domandi preliminari
22 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu inkunsiderazzjoni dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma tkunx għamlet riferiment għalihom il-qorti nazzjonali fil-formulazzjoni tad-domandi tagħha, billi b’mod partikolari testratta mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 1990, SARPP, C‑241/89, EU:C:1990:459, punt 8, u tas‑27 ta’ Ġunju 2017, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, C‑74/16, EU:C:2017:496, punt 36). |
23 |
F’dan il-każ, sabiex jiġi ddeterminat jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006, għandu jiġi eżaminat mhux biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament humiex issodisfatti, iżda wkoll jekk dawk imsemmija fl-Artikolu 3(h) tal-imsemmi regolament ma humiex issodisfatti. |
24 |
Għaldaqstant, għandu jinftiehem li, permezz tad-domandi tagħha, li hemm lok li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 561/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 3(h) ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trasport bit-triq ta’ merkanzija”, fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni, ikoprix it-trasport bit-triq imwettaq minn vettura li l-massa massima awtorizzata tagħha, fis-sens tal-Artikolu 4(m) tal-imsemmi regolament, teċċedi s-7.5 tunnellati, inkluż meta tkun attrezzata sabiex isservi bħala spazju mhux biss ta’ abitazzjoni privata temporanja, iżda wkoll ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali, b’kunsiderazzjoni, skont il-każ, għall-kapaċità ta’ tagħbija ta’ din il-vettura u għall-kategorija li taqa’ taħtha skont ir-reġistru nazzjonali tat-traffiku stradali. |
25 |
Mill-Artikolu 2(1)(a) u mill-Artikolu 4(a) tar-Regolament Nru 561/2006 jirriżulta li dan japplika għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija bil-vetturi, inkluż vetturi bi trejlers jew semitrejlers, li l-massa massima awtorizzata tagħhom teċċedi t‑3.5 tunnellati. |
26 |
Il-kunċett ta’ “trasport bit-triq” huwa ddefinit fl-Artikolu 4(a) tar-regolament bħala li jirreferi għal “kull vjaġġ li jsir kollu jew parti minnu f’toroq miftuħa għall-pubbliku minn vettura, kemm jekk ikollha tagħbija jew le, wżata għat-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija”. Il-kunċett ta’ “massa massima awtorizzata” huwa ddefinit fl-Artikolu 4(m) tal-imsemmi regolament bħala “il-massa massima awtorizzata li tista’ topera biha l-vettura li jkolha tagħbija sħiħa”. |
27 |
Il-kliem tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 561/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 4(a) ta’ dan ir-regolament, peress li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “trasport bit-triq” billi jirreferi għal “kull vjaġġ”, ma jistax jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament it-trasport bit-triq ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali. |
28 |
Din l-interpretazzjoni letterali hija kkorroborata mill-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 561/2006. Fil-fatt, l-Artikolu 3(h) ta’ dan ir-regolament jeskludi espressament mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu t-trasport bit-triq imwettaq minn vetturi “ta’ massa massima permissibbli li ma jaqbiżx is-7.5 tunnellati wżati għat-trasport mhux kummerċjali ta’ merkanzija”. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn qari flimkien ta’ din id-dispożizzjoni mal-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmi regolament jirriżulta li t-trasport bit-triq ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 biss meta l-massa massima awtorizzata tal-vettura kkonċernata ma teċċedix is‑7.5 tunnellati. |
29 |
Min-naħa l-oħra, meta l-massa massima awtorizzata tal-vettura inkwistjoni teċċedi s-7.5 tunnellati, it-trasport bit-triq ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali jaqa’, skont dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 u għandu, għalhekk, josserva r-regoli dwar it-tul tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ tax-xufier stabbiliti mill-imsemmi regolament, kif ukoll l-obbligi u r-rekwiżiti relatati mal-istallazzjoni, mal-użu u mal-kontroll tat-takografi li jirriżultaw mir-Regolament Nru 165/2014. |
30 |
Il-fatt li, bħal fil-kawża prinċipali, vettura hija attrezzata sabiex isservi bħala spazju mhux biss ta’ abitazzjoni privata temporanja iżda wkoll ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali ma huwiex ta’ natura li jqiegħed inkwistjoni l-konstatazzjoni magħmula fil-punt preċedenti. |
31 |
Fil-fatt, fir-rigward tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 huwa ddeterminat, kemm skont l-Artikolu 2(1)(a) kif ukoll skont l-Artikolu 3(h) ta’ dan ir-regolament, mill-“massa massima awtorizzata” tal-vettura kkonċernata, mingħajr ma attrezzaturi bħal dawk indikati fil-punt preċedenti, il-kapaċità ta’ tagħbija ta’ din il-vettura jew il-kategorija li taħtha hija rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tat-traffiku fit-toroq ikunu rilevanti għal dan il-għan. |
32 |
Din l-interpretazzjoni hija wkoll ikkorroborata mill-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 561/2006, fosthom it-titjib tas-sigurtà stradali kif ukoll il-promozzjoni ta’ prattiki aħjar ta’ kontroll u ta’ applikazzjoni, mill-Istati Membri, tar-regoli previsti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-premessa 17 tiegħu. Fil-fatt, it-twettiq ta’ dawn l-għanijiet jiġi kompromess kieku l-vetturi li l-massa massima awtorizzata tagħhom teċċedi s‑7.5 tunnellati setgħu jiġu esklużi mill-obbligi fil-qasam tas-sigurtà stradali imposti mill-imsemmi regolament, minħabba l-użu tagħhom bħala spazju ta’ abitazzjoni privat temporanju u ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali. |
33 |
Għandu jingħad ukoll li l-eventwali inkonvenjenti marbuta mal-obbligi li jirriżultaw mill-fatt li vettura li l-“massa massima awtorizzata” tagħha, fis-sens tal-Artikolu 4(m) tar-Regolament Nru 561/2006, teċċedi s‑7.5 tunnellati taqa’ fil-kamp ta’ dan ir-regolament, inkluż meta l-użu tagħha jkun intiż għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali, ma jidhrux li huma sproporzjonati mal-għan li jikkonsisti fit-titjib tas-sigurtà stradali. Fil-fatt, dan l-għan ma jistax jiġi llimitat għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija għal finijiet kummerċjali. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali, fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, li kieku t-trasport kollu ta’ triq ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali kellu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006, l-għan ta’ titjib tas-sigurtà stradali, li l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea kellu l-intenzjoni li jimplimenta bl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, ikun kompromess. |
34 |
L-istess japplika għall-għan li jiġu promossi, konformement mal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 561/2006, l-aħjar prattiki ta’ kontroll u ta’ applikazzjoni, mill-Istati Membri, tar-regoli stabbiliti minn dan ir-regolament kif ukoll mir-Regolament Nru 165/2014. |
35 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 561/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 3(h) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trasport bit-triq ta’ merkanzija”, fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni, ikopri t-trasport bit-triq imwettaq minn vettura li l-massa massima awtorizzata tagħha, fis-sens tal-Artikolu 4(m) tal-imsemmi regolament, teċċedi s‑7.5 tunnellati, inkluż meta tkun attrezzata sabiex isservi bħala spazju mhux biss ta’ abitazzjoni privata temporanja, iżda wkoll ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali, mingħajr ma l-kapaċità ta’ tagħbija ta’ din il-vettura u l-kategorija li taqa’ taħtha skont ir-reġistru nazzjonali tat-traffiku stradali ma jkunu rilevanti f’dan ir-rigward. |
Fuq l‑ispejjeż
36 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Frar 2014, moqri flimkien mal-Artikolu 3(h) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat, |
għandu jiġi interpretat fis-sens li: |
il-kunċett ta’ “trasport bit-triq ta’ merkanzija”, fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni, ikopri t-trasport bit-triq imwettaq minn vettura li l-massa massima awtorizzata tagħha, fis-sens tal-Artikolu 4(m) tar-Regolament Nru 561/2006, teċċedi s‑7.5 tunnellati, inkluż meta tkun attrezzata sabiex isservi bħala spazju mhux biss ta’ abitazzjoni privata temporanja, iżda wkoll ta’ tagħbija ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali, mingħajr ma l-kapaċità ta’ tagħbija ta’ din il-vettura u l-kategorija li taqa’ taħtha skont ir-reġistru nazzjonali tat-traffiku stradali ma jkunu rilevanti f’dan ir-rigward. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.