This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CJ0406
Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 20 October 2022.#A Oy v B Ky and Joint heirs of C.#Request for a preliminary ruling from the Korkein oikeus.#Reference for a preliminary ruling – Combating late payment in commercial transactions – Directive 2011/7/EU – Article 12(4) – Temporal scope – Practice established before 16 March 2013 consisting in not recovering interest for late payment or compensation for recovery costs – Practice applied to individual orders placed on or after that date – Article 7(2) and (3) – Grossly unfair contractual terms and practices – Waiver freely agreed to.#Case C-406/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022.
A Oy vs B Ky u C:n kuolinpesä.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Korkein oikeus.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Direttiva 2011/7/UE – Artikolu 12(4) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Prassi stabbilita qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ rkupru tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv u tal-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru – Prassi applikata għall-ordnijiet individwali li saru wara din id-data – Artikolu 7(2) u (3) – Klawżoli kuntrattwali u prassi manifestament inġusti – Rinunzja b’kunsens liberu.
Kawża C-406/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022.
A Oy vs B Ky u C:n kuolinpesä.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Korkein oikeus.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Direttiva 2011/7/UE – Artikolu 12(4) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Prassi stabbilita qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ rkupru tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv u tal-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru – Prassi applikata għall-ordnijiet individwali li saru wara din id-data – Artikolu 7(2) u (3) – Klawżoli kuntrattwali u prassi manifestament inġusti – Rinunzja b’kunsens liberu.
Kawża C-406/21.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:816
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla)
20 ta’ Ottubru 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Direttiva 2011/7/UE – Artikolu 12(4) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Prassi stabbilita qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ rkupru tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv u tal-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru – Prassi applikata għall-ordnijiet individwali li saru wara din id-data – Artikolu 7(2) u (3) – Klawżoli kuntrattwali u prassi manifestament inġusti – Rinunzja b’kunsens liberu”
Fil-Kawża C‑406/21,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑1 ta’ Lulju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess ġurnata, fil-proċedura
A Oy
vs
B Ky,
Il-Komunità tal-eredi ta’ C,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),
komposta minn D. Gratsias, President tal-Awla, I. Jarukaitis, u Z. Csehi (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. M. Collins,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal A Oy, minn K. Tenhovirta, asianajaja, |
– |
għall-Gvern Finlandiż, minn A. Laine, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara, T. Simonen u I. Söderlund, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) u (3), kif ukoll tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU 2011, L 48, p. 1). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn A Oy, minn naħa, u B Ky u l-komunità tal-eredi ta’ C, min-naħa l-oħra, dwar il-ħlas tardiv ta’ 135 fattura li d-dati ta’ skadenza tagħhom kienu inklużi bejn l‑10 ta’ April 2015 u l‑21 ta’ Frar 2018. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
Id-Direttiva 2011/7
3 |
Il-premessi 12, 16 u 28 tad-Direttiva 2011/7 jipprovdu:
[…]
[…]
|
4 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat “Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni”, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. L-għan ta’ din id-Direttiva hu l-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tas-suq intern, biex b’hekk titrawwem il-kompetittività tal-intrapriżi u, b’mod partikulari, tal-SMEs. [impriżi żgħar u medji (IŻM)]. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħlasijiet kollha magħmula bħala remunerazzjoni għal transazzjonijiet kummerċjali.” |
5 |
Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
|
6 |
L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat “Transazzjonijiet bejn intrapriżi”, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-transazzjonijiet kummerċjali bejn l-intrapriżi, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax fil-każ ta’ ħlas tard mingħajr il-bżonn ta’ tfakkira meta l-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:
|
7 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/7 jirrigwarda tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu jipprevedi b’mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, fi tranżazzjonijiet kummerċjali fejn id-debitur ikun awtorità pubblika, li l-perijodu ta’ ħlas ma jaqbiżx ċertu tul ta’ żmien speċifikat minn dan il-paragrafu 3. Il-paragrafu 4 tal-imsemmi artikolu jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jestendu, f’ċerti ċirkustanzi, it-termini indikati fl-imsemmi paragrafu 3. |
8 |
L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, intitolat “Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru”, jipprevedi: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-imgħax għal ħlas tard isir dovut fi transazzjonijiet kummerċjali b’mod konformi mal-Artikolu 3 jew 4, il-kreditur huwa intitolat li jikseb mingħand id-debitur, bħala minimu, somma stabbilita ta’ EUR 40. [euros]. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1 tkun dovuta mingħajr il-ħtieġa ta’ tfakkira u bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru tal-kreditur stess. 3. Il-kreditur, apparti s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun intitolat li jikseb kumpens raġonevoli mid-debitur għal kwalunkwe spejjeż ta’ rkupru li jaqbżu dik is-somma stabbilita u mġarrba minħabba l-ħlas tard tad-debitur. […]” |
9 |
L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Kondizzjonijiet u prassi kuntrattwali inġusti”, jipprovdi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu: “1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kondizzjoni jew prassi kuntrattwali relatata mad-data jew mal-perjodu tal-ħlas, ir-rata ta’ mgħax għall-ħlas tard jew il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru jkun jew mhux infurzabbli jew ikun jagħti lok għal talba għad-danni jekk ikun inġust għall-aħħar għall-kreditur. Biex jiġi stabbilit jekk kondizzjoni jew prassi kuntrattwali jkunu inġusti għall-aħħar għall-kreditur, fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inklużi:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kondizzjoni jew prassi kuntrattwali li teskludi mgħax għal ħlas tard għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kondizzjoni jew prassi kuntrattwali li teskludi kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru kif imsemmi fl-Artikolu 6 għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar.” |
10 |
L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat “Traspożizzjoni”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 8 u 10 sas‑16 ta’ Marzu 2013. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni [Ewropea] it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.. […] 4. Fit-traspożizzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jeskludux il-kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013.” |
11 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/7: “Id-Direttiva 2000/35/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226),] hija mħassra b’effett mis‑16 ta’ Marzu 2013, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha.. Madankollu, hija għandha tibqa’ applikabbli għal kuntratti konklużi qabel dik id-data li għaliha ma tapplikax din id-Direttiva skont l-Artikolu 12(4).” |
Id‑dritt Finlandiż
12 |
Id-Direttiva 2011/7 ġiet trasposta fid-dritt Finlandiż permezz tal-laki kaupallisten sopimusten maksuehdoista (30/2013) (il-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas fil-Kuntratti Kummerċjali (30/2013)), tat‑18 ta’ Jannar 2013 (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas”). |
13 |
Skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, din il-liġi tapplika għall-ħlasijiet li impriża jew awtorità kontraenti huma meħtieġa li jagħmlu lil impriża inkambju għall-kunsinna ta’ oġġett jew għall-provvista ta’ servizz. |
14 |
Skont l-Artikolu 1(2) tal-imsemmija liġi, id-dispożizzjonijiet tagħha fil-qasam tal-klawżoli kuntrattwali huma applikabbli wkoll għall-prassi kuntrattwali. |
15 |
Skont l-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, klawżola kuntrattwali li tipprevedi li kreditur ma għandux dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv hija mingħajr effett. Skont l-Artikolu 8(3) ta’ din il-liġi, klawżola kuntrattwali li tipprevedi li kreditur ma għandux dritt għal kumpns għall-ispejjeż ta’ rkupru, konformement mal-Artikoli 10 u 10 sexies tas-saatavien perinnästä annettu laki (513/1999) (il-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun (513/1999)) tal‑1 ta’ Settembru 1999, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun”), hija mingħajr effett, sakemm raġunijiet leġittimi ma jiġġustifikawx l-użu ta’ din il-klawżola. |
16 |
Il-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun tipprevedi kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa. Skont l-Artikolu 10 sexies ta’ din il-liġi, fil-każ ta’ ħlas tardiv, imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, li jagħti lill-kreditur id-dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, il-kreditur għandu dritt għall-ħlas mingħand id-debitur ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru fl-ammont ta’ EUR 40. |
17 |
L-Artikolu 11(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas jipprovdi li din tidħol fis-seħħ fis‑16 ta’ Marzu 2013. Skont l-Artikolu 11(2), kuntratt konkluż qabel din id-data tad-dħul fis-seħħ għandu jkun irregolat mid-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ fid-data kkonċernata. |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
18 |
Sa minn April 2009, B, li teżerċita attività ta’ bejjiegħa tal-kotba, hija klijenta ta’ A u xtrat mingħand din tal-aħħar kotba u oġġetti oħra tal-kartolerija permezz ta’ ordnijiet individwali. A pprovdiet kotba lil B u bagħtitilha fattura separata għal kull ordni. Ma jeżistix kuntratt-qafas jew ftehim ieħor bil-miktub bejn dawn il-partijiet għall-ordni u l-provvista tal-merkanzija kkonċernata. Il-modalitajiet ta’ ħlas tal-fatturi u tal-ħlas tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv lanqas ma ġew miftiehma separatament bil-miktub bejn l-imsemmija partijiet. |
19 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fis‑7 ta’ Mejju 2018, A talbet lill-käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, il-Finlandja) tikkundanna lil B u s-soċju solidali ta’ din tal-aħħar, C, għall-ħlas tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv fl-ammont ta’ EUR 172.81 u, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10 sexies tal-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun, kumpensi fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru fl-ammont totali ta’ EUR 5400. Insostenn tat-talbiet tagħha, A sostniet li B kienet ħallset tard 135 fattura, li d-dati ta’ skadenza tagħhom kienu inklużi bejn l‑10 ta’ April 2015 u l‑21 ta’ Frar 2018. |
20 |
B u C opponew dawn it-talbiet. Għalkemm huma rrikonoxxew li l-ħlas ta’ 135 fattura kkonċernati kienu tħallsu bejn jumejn u tliet ġimgħat tard, jiġifieri wara d-dati ta’ skadenza tagħhom, huma indikaw li dawn il-fatturi kollha kienu fl-aħħar mill-aħħar tħallsu. |
21 |
F’dan ir-rigward, B u C invokaw b’mod partikolari l-prassi kurrenti fis-settur tal-kotba u l-fatt li, matul it-tmien snin tal-kollaborazzjoni tagħhom, A qatt ma kienet talbithom iħallsu interessi moratorji għal ħlas tardiv jew kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, minkejja li B ħallset il-parti l-kbira tal-fatturi maħruġa minn A wara d-dati ta’ skadenza tagħhom. Huma sostnew li kien jeżisti tal-inqas “ftehim taċitu” bejn A u B, li abbażi tiegħu B setgħet tħallas il-fatturi maħruġa f’terminu raġonevoli wara d-data ta’ skadenza tagħhom, mingħajr ma ġġarrab interessi moratorji għal ħlas tardiv. Għalhekk kien hemm ukoll ftehim bejn A u B, li abbażi tiegħu A ma kellhiex dritt għall-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru previst fl-Artikolu 10 sexies tal-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun. |
22 |
Il-kkäräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn A. |
23 |
F’dan ir-rigward, din il-qorti indikat li l-kwistjoni determinanti kienet jekk A setgħetx tippretendi l-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv. Hija rreferiet għall-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, li abbażi tiegħu klawżola kuntrattwali li tipprevedi li kreditur ma għandux dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji hija mingħajr effett. Peress li din id-dispożizzjoni hija imperattiva, A u B ma setgħux ftiehmu li A ma kellha l-ebda dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv. |
24 |
Madankollu, l-imsemmija qorti qieset bħala stabbilita l-eżistenza ta’ prassi kummerċjali li ilha teżisti bejn A u B, li permezz tagħha fattura setgħet titħallas f’terminu raġonevoli wara d-data tal-iskadenza tagħha, mingħajr ma jitħallsu interessi moratorji. Fil-fehma tagħha, din il-prassi ma tmurx kontra l-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, b’tali mod li A ma għandhiex dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, u lanqas, sussegwentement, għall-ħlas ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru. |
25 |
Adita minn A, il-hovioikeus (il-Qorti tal-Appell, il-Finlandja) ikkonfermat is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, billi qieset li l-prassi ta’ A u B kienet saret parti integrali mill-ftehim konkluż bejniethom. Fil-fehma tagħha, id-dispożizzjonijiet applikabbli ma kinux jipprekludu li, skont din il-prassi, id-data li fiha jibdew jiddekorru l-interessi moratorji kienet differenti mid-data tal-iskadenza tal-fattura kkonċernata. Fl-aħħar nett, hija qieset li l-imsemmija prassi lanqas ma kienet irraġonevoli jew inġusta u, għaldaqstant, li din tal-aħħar ma kinitx tmur kontra l-leġiżlazzjoni imperattiva. |
26 |
A appellat quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), li hija l-qorti tar-rinviju. |
27 |
Insostenn tiegħu, A ssostni, essenzjalment, li, fid-dawl tan-natura imperattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hija stess u B ma kellhomx id-dritt li jikkonkludu ftehimiet, taċiti jew fi kwalunkwe forma oħra, dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, bi ksur tad-drittijiet tal-kreditur ikkonċernat. |
28 |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1) u (2) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, A ssostni li kull ordni individwali tikkostitwixxi kuntratt u li, f’dan il-każ, ma hijiex kwistjoni ta’ ftehim fit-tul jew ta’ prassi li nħolqu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi. |
29 |
B u l-komunità tal-eredi ta’ C jikkunsidraw, għall-kuntrarju, li, permezz ta’ klawżola kuntrattwali jew prassi, huwa possibbli li ssir deroga mid-data li fiha jibdew jiddekorru l-interessi moratorji. |
30 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, Zarski (C‑330/16, EU:C:2017:418), ma tagħtix risposta ċara f’dak li jirrigwarda l-portata tal-espressjoni “kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013”, li tinsab fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, fil-każ fejn il-prassi segwita mill-partijiet ikkonċernati u relatata mal-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv titqies li bdiet qabel din id-data, iżda fejn kull ordni individwali, li abbażi tagħha jintalab il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, tkun saret wara din id-data. Bl-istess mod, la l-leġiżlazzjoni applikabbli u lanqas din il-ġurisprudenza ma jindikaw b’mod ċar jekk il-prassi tal-partijiet ikkonċernati li permezz tagħha l-kreditur ma talabx penalitajiet moratorji għal dewmien qasir fil-ħlas tistax titqies bħala klawżola kuntrattwali jew prassi manifestament inġusta. |
31 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva f’dan ir-rigward li, meta d-Direttiva 2011/7 ġiet trasposta fid-dritt Finlandiż, il-leġiżlatur nazzjonali għamel użu mill-fakultà prevista fl-Artikolu 12(4) ta’ din id-direttiva. |
32 |
Barra minn hekk, kif ġie deċiż fl-ewwel istanza u fl-appell, il-prassi kuntrattwali, li tkompliet mingħajr interruzzjoni mis-sena 2009 bejn A u B, li permezz tagħha dewmien fil-ħlas ta’ fatturi sa xahar ma jwassalx għal penalitajiet moratorji, saret, skont id-dritt nazzjonali, parti integrali mill-ftehimiet konklużi bejniethom. |
33 |
Madankollu, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jidhirx b’mod ċar jekk tali prassi, jekk jitqies li kienet saret vinkolanti għal dawn il-partijiet qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, kif ukoll l-ordnijiet individwali kollha li saru bejn l-imsemmija partijiet minn din id-data għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, fis-sens tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, b’tali mod li dawn kollha huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7. |
34 |
Fil-każ li d-Direttiva 2011/7 tkun applikabbli għall-ordnijiet magħmula wara s‑16 ta’ Marzu 2013, meta l-prassi kkonċernata kienet stabbilita qabel din id-data, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni ta’ jekk din il-prassi tikkostitwixxix klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi, minn naħa, il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2011/7, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, fis-sens tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, u jekk, konsegwentement, l-imsemmija prassi għandiex “titqies bħala inġusta għall-aħħar”, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, u “titqies bħala inġusta għall-aħħar”, fis-sens tat-tieni waħda minnhom, rispettivament. |
35 |
Skont il-qorti tar-rinviju, ir-rinunzja għall-interessi moratorji għal ħlas tardiv u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru marbuta magħha hija bbażata f’dan il-każ fuq il-prassi li permezz tagħha l-kreditur ikkonċernat aċċetta li ma jirkuprax dawn tal-aħħar, għad-dewmien fil-ħlas għal żmien qasir, jiġifieri tul ta’ inqas minn xahar, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali. Issa, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li tingħata risposta għad-domanda dwar jekk tali prassi tistax torbot lil dan il-kreditur mingħajr ma d-Direttiva tipprekludih. |
36 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar l-applikabbiltà tat-tagħlimiet li jirriżultaw mis-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2017, IOS Finance EFC (C‑555/14, EU:C:2017:121), u tat‑28 ta’ Jannar 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv), (C‑122/18, EU:C:2020:41), minħabba li, fil-kawżi li taw lok għal dawn is-sentenzi, id-dewmien fil-ħlas kien imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li, fil-kawża prinċipali, dan id-dewmien huwa imputabbli lil entità rregolata mid-dritt privat. |
37 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel domanda
38 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prassi kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, meta din il-prassi tkun ġiet stabbilita bejn il-partijiet ikkonċernati qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, iżda meta l-ordnijiet individwali, li abbażi tagħhom jintalbu interessi moratorji għal ħlas tardiv u tali kumpensi, ikunu saru minn din id-data. |
39 |
L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 jippermetti lill-Istati Membri li jiddeċiedu, waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, jekk iridux jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013. |
40 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, fl-Unjoni Ewropea kollha, b’mod awtonomu u uniformi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, Zarski, C‑330/16, EU:C:2017:418, punti 25 u 26). |
41 |
Barra minn hekk, hija diġà rrilevat, minn naħa, li l-eżami tal-formulazzjoni tagħha jwassal sabiex jiġi kkunsidrat li, bl-użu tal-frażi “kuntratti konklużi”, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippermetti lill-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 ir-relazzjonijiet kuntrattwali konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, fl-intier tagħhom, inklużi l-effetti li jirriżultaw mill-imsemmija relazzjonijiet kuntrattwali u li jimmaterjalizzaw ruħhom wara din id-data (sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, Zarski, C‑330/16, EU:C:2017:418, punti 25, 26 u 29). |
42 |
Min-naħa l-oħra, hija kkonstatat li din l-interpretazzjoni kienet ikkorroborata mill-kuntest tad-dispożizzjoni kkonċernata u, b’mod partikolari, mill-portata tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/7, li jħassar id-Direttiva 2000/35 b’effett mis‑16 ta’ Marzu 2013, filwaqt li ppreveda li din id-direttiva tibqa’ applikabbli għall-kuntratti konklużi qabel din id-data u li għalihom id-Direttiva 2011/7 ma hijiex applikabbli, skont l-Artikolu 12(4) tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, Zarski, C‑330/16, EU:C:2017:418, punti 30 u 31). |
43 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dawn l-elementi li, meta Stat Membru jkun uża l-fakultà mogħtija lilu fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, il-kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 jibqgħu, bla ħsara għall-eżerċizzju tal-fakultà prevista fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva 2000/35 f’dak li jikkonċerna l-kuntratti konklużi qabel it‑8 ta’ Awwissu 2002, irregolati minn din l-aħħar direttiva, inkluż għall-effetti futuri tagħhom. Konsegwentement, il-kontestazzjonijiet dwar ħlasijiet dovuti wara s‑16 ta’ Marzu 2013 ma jistgħux jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/7 meta l-kuntratt li abbażi tiegħu dawn il-ħlasijiet għandhom jiġu osservati, kien konkluż qabel din id-data u li l-Istat Membru kkonċernat uża l-fakultà prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, Zarski, C‑330/16, EU:C:2017:418, punti 32 u 33). |
44 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, anki meta dan il-ħlas tardiv iseħħ wara din id-data (sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, Zarski, C‑330/16, EU:C:2017:418, punt 34). |
45 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-element determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk prassi kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, tiġi eskluża mill-portata ta’ din id-direttiva huwa d-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt li abbażi tiegħu l-ħlasijiet huma dovuti. |
46 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-aħħar sentenza tal-premessa 28 ta’ din id-direttiva tistabbilixxi li din tal-aħħar ma għandhiex taffettwa, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-metodi ta’ konklużjoni tal-kuntratti. Minn dan isegwi li huwa skont id-dritt nazzjonali applikabbli, li l-qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk iċ-ċirkustanzi ppreżentati għall-evalwazzjoni tagħha tawx lok għall-konklużjoni ta’ kuntratt u, jekk ikun il-każ, id-data ta’ din il-konklużjoni. |
47 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont id-dritt nazzjonali, il-prassi kkonċernata, segwita mingħajr interruzzjoni mis-sena 2009, saret “parti integrali” tar-relazzjoni kuntrattwali bejn A u B. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-prassi saret vinkolanti għal dawn il-partijiet qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, u, sussegwentement, taqa’ taħt relazzjoni kuntrattwali konkluża qabel din id-data, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat minn din il-qorti. |
48 |
Għaldaqstant, hija għad għandha tiddetermina jekk, konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli, għandux jiġi kkunsdrat li ġie konkluż kuntratt ġdid kull darba li B għamlet ordni individwali ta’ merkanzija mingħand A, b’tali mod li, jekk dan il-kuntratt ġie konkluż mis‑16 ta’ Marzu 2013, dan ma jistax jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(4) tagħha. Għall-kuntrarju, jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li tali ordnijiet individwali ma jikkostitwixxux kuntratti awtonomi, iżda l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, dan il-qafas kuntrattwali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, peress li r-Repubblika tal-Finlandja għamlet użu mill-fakultà prevista f’din id-dispożizzjoni. |
49 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prassi kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, jekk din taqa’ fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. L-ordnijiet individwali li abbażi tagħhom jintalbu interessi moratorji għal ħlas tardiv u tali kumpensi, li saru minn din id-data, jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 sakemm dawn jikkostitwixxu biss l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. Għall-kuntrarju, jekk, skont dan id-dritt, dawn l-ordnijiet individwali jikkostitwixxu kuntratti awtonomi konklużi mill-imsemmija data, dawn ma jistgħux jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
Fuq it‑tieni domanda
50 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fil-każ fejn id-Direttiva 2011/7 hija applikabbli għall-kawża prinċipali, jekk l-Artikolu 7(2) u (3) tagħha għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi li permezz tagħha, għal ħlasijiet tardivi ta’ inqas minn xahar, il-kreditur la jirkupra l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u lanqas il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali tad-dejn dovut. |
51 |
Konformement għall-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/7, l-għan tagħha huwa l-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, peress li dan id-dewmien jikkostitwixxi, skont il-premessa 12 ta’ din id-direttiva, ksur tal-kuntratt li sar finanzjarjament attraenti għad-debituri b’mod partikolari minħabba r-rata baxxa jew l-assenza ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv iffatturati (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, IOS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punt 24). |
52 |
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, id-Direttiva 2011/7 ma twettaqx madankollu armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli kollha relatati mal-ħlasijiet tardivi fit-tranżazzjonijiet kummerċjali (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, OS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
53 |
Fil-fatt, bħad-Direttiva 2000/35, id-Direttiva 2011/7 tindika biss ċerti regoli f’dan il-qasam, li fosthom hemm dawk relatati mal-interessi moratorji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, OS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punt 26). |
54 |
F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7, jiżguraw li, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali bejn impriżi, kreditur li wettaq l-obbligi tiegħu u li ma rċeviex l-ammont dovut fid-data tal-iskadenza, ikun intitolat jikseb l-interessi moratorji għal ħlas tardiv mingħajr in-neċessità ta’ tfakkira, kif ukoll li jikseb il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru li jkun sostna, ħlief jekk id-debitur ikkonċernat ma huwiex responsabbli għal tali ħlas tardiv. |
55 |
Għal dan il-għan, l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu li klawżola kuntrattwali jew prassi dwar, b’mod partikolari, l-iskadenza tal-ħlas, ir-rata ta’ interessi għall-ħlas tardiv jew il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru jkun jew mhux infurzabbli jew ikun jagħti lok għal talba għad-danni jekk ikun inġust għall-aħħar fil-konfront tal-kreditur. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu 1, dan l-Artikolu 7 jipprevedi, minn naħa, fil-paragrafu 2 tiegħu, li kwalunkwe klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi l-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv titqies bħala manifestament inġusta u, min-naħa l-oħra, fil-paragrafu 3 tiegħu, li klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru previst fl-Artikolu 6 tagħha hija preżunta bħala manifestament inġusta. |
56 |
Madankollu, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li dawn jillimitaw ruħhom li jiżguraw li ċ-ċirkustanzi previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7 jagħtu lill-kreditur id-dritt li jeżiġi l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. Għalhekk, kif jirriżulta mill-premessa 28 ta’ din id-direttiva, l-impossibbiltà li jiġi eskluż tali dritt permezz ta’ kuntratt hija intiża sabiex tipprekludi l-abbuż tal-libertà kuntrattwali għad-detriment tal-kreditur, li, fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat, ma jistax jirrinunzja għalih (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, IOS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punt 29). |
57 |
Fi kliem ieħor, l-għan tal-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 huwa li jiġi evitat li r-rinunzja minn kreditur għall-interessi moratorji għal ħlas tardiv jew għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru ma sseħħx sa mill-konklużjoni tal-kuntratt, jiġifieri fil-mument tal-eżerċizzju tal-libertà kuntrattwali tal-kreditur u għalhekk li jiġi evitat ir-riskju possibbli ta’ abbuż ta’ din il-libertà mid-debitur għad-detriment tal-kreditur (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, IOS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punt 30). |
58 |
Għall-kuntrarju, meta l-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2011/7 ikunu ssodisfatti u l-interessi moratorji għal ħlas tardiv kif ukoll il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru huma eżiġibbli, kreditur, fid-dawl tal-libertà kuntrattwali tiegħu, għandu jibqa’ liberu li jirrinunzja għall-ammonti dovuti fir-rigward ta’ dawn l-interessi u dan il-kumpens, b’mod partikolari, inkambju għall-ħlas immedjat tal-ammont prinċipali. Barra minn hekk, dan huwa kkonfermat fil-premessa 16 ta’ din id-direttiva, li tippreċiża li din ma għandhiex tobbliga kreditur jitlob il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, IOS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punti 31 u 32). |
59 |
Konsegwentement, mid-Direttiva 2011/7 ma jirriżultax li din tipprekludi li kreditur liberament jirrinunzja għad-dritt li jitlob l-interessi moratorji għal ħlas tardiv kif ukoll il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. B’dan premess, tali rinunzja hija suġġetta għall-kundizzjoni li tkun ġiet mogħtija b’kunsens effettivament liberu, b’tali mod li din ma tkunx tikkostitwixxi abbuż tal-libertà kuntrattwali tal-kreditur attribwibbli lid-debitur (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, IOS Finance EFC, C‑555/14, EU:C:2017:121, punti 33 u 34). |
60 |
F’dan ir-rigward, fid-dawl tad-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju, għandu jingħad ukoll, minn naħa, li t-tagħlim tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 56 sa 59 ta’ din is-sentenza huwa applikabbli għal ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għalkemm, ċertament, il-kawża li tat lok għal din il-ġurisprudenza kienet tikkonċerna tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li huma inkwistjoni fil-kawża prinċipali tranżazzjonijiet bejn impriżi, għandu madankollu jiġi kkonstatat li dan it-tagħlim jirrigwarda l-portata tal-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 u li, fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet li dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu, dawn tal-aħħar ma jagħmlux distinzjoni skont it-tip ta’ tranżazzjoni kummerċjali kkonċernata. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv) (C‑122/18, EU:C:2020:41), huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din kienet tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) u (4) ta’ din id-direttiva, li ma humiex inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
61 |
F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju ma turix jekk, permezz tal-prassi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kreditur irrinunzjax liberament għad-dritt tiegħu li jeżiġi l-interessi moratorji għal ħlas tardiv kif ukoll il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 57 sa 59 ta’ din is-sentenza. Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-fatti, li għandha tiddetermina jekk jistax jitqies li, permezz tal-prassi tagħha li ma tirkuprax is-somom li jikkorrispondu għal dawn l-interessi u dan il-kumpens, il-kreditur tax il-kunsens tiegħu b’mod liberu sabiex jirrinunzja għall-ħlas tas-somom dovuti fir-rigward ta’ dawn l-interessi u ta’ dan il-kumpens, filwaqt li jiġi ppreċiżat li tali kunsens ma jistax jiġi espress fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt li permezz tiegħu l-ħlasijiet ikkonċernati kienu dovuti. |
62 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix prassi li permezz tagħha, għal ħlas tardiv ta’ inqas minn xahar, il-kreditur la jirkupra l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u lanqas il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali tad-dejn dovut, sakemm, b’tali aġir, il-kreditur ikun ta l-kunsens tiegħu b’mod liberu sabiex jirrinunzja għall-ammonti dovuti f’dak li jirrigwarda dawn l-interessi u dan il-kumpens. |
Fuq l‑ispejjeż
63 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.