Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CC0488

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali T. Ćapeta, ippreżentati fis-16 ta’ Frar 2023.


    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:115

     KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI

    ĆAPETA

    ippreżentati fis‑16 ta’ Frar 2023 ( 1 )

    Kawża C‑488/21

    GV

    vs

    Chief Appeals Officer,

    Social Welfare Appeals Office,

    Minister for Employment Affairs and Social Protection,

    Ireland,

    Attorney General

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Court of Appeal, Ireland (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Membru tal-familja dipendenti ta’ ħaddiem tal-UE – Drittijiet ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri u għal benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja– Ċirku ta’ benefiċjarji – Dritt ta’ residenza tal-axxendent dirett suġġett għar-rekwiżit ta’ kontinwità ta’ status dipendenti – Piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru kkonċernat – Ugwaljanza fit-trattament tal-membri tal-familja tal-ħaddiem mobbli tal-UE)

    I. Introduzzjoni

    1.

    Skont id-dritt tal-Unjoni, uħud mill-membri tal-familja, inklużi ġenituri dipendenti, jistgħu jingħaqdu ma’ ħaddiem mobbli tal-UE fl-Istat Membru li fih jgħix u jaħdem. Jekk dak il-ġenitur ta’ dan tal-aħħar jitlob benefiċċji soċjali fl-Istat Membru ospitanti, jitlef id-dritt ta’ residenza abbażi tad-dritt tal-Unjoni? L-Istati Membri jistgħu jittrattaw dan il-ġenitur bħala piż mhux raġonevoli fuq is-sistemi ta’ assistenza soċjali tagħhom? Barra minn hekk, xi jfisser, fl-ewwel lok, li ġenitur huwa dipendenti fuq -ħaddiem mobbli tal-UE?

    2.

    Dawn huma, essenzjalment, il-kwistjonijiet prinċipali mqajma mit-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell).

    3.

    Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kellha diversi okkażjonijiet biex tiċċara liema drittijiet igawdu minnhom qraba dipendenti taħt id-dritt tal-Unjoni u f’liema ċirkustanzi jinħolqu dawn id-drittijiet, il-biċċa l-kbira ta’ dawk il-kawżi kienu jikkonċernaw dixxendenti diretti dipendenti ( 2 ) jew konjuġi ( 3 ). Il-kawża preżenti, għalhekk, tipprovdi opportunità għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tespandi fuq l-interpretazzjoni tad-drittijiet ta’ axxendenti diretti dipendenti tal-ħaddiem mobbli tal-UE.

    II. Il‑ kawża prinċipali, id‑domandi preliminari u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja

    4.

    GV hija ċittadina tar-Rumanija u omm AC, ċittadina Rumena li hija residenti u taħdem fl-Irlanda. AC hija wkoll ċittadina Irlandiża naturalizzata. GV ingħaqdet ma’ bintha l-Irlanda fl‑2017 u ilha tgħix hemm minn dak iż-żmien. Ma huwiex ikkontestat li hija residenti legalment fl-Irlanda bħala l-ġenitur dipendenti ta’ ħaddiem mobbli tal-UE.

    5.

    GV għexet l-Irlanda f’okkażjonijiet differenti, inkluż bejn l‑2009 u l‑2011, u wara marret lura r-Rumanija. Fil-perijodu bejn l‑2011 u l‑2016, hija kienet toqgħod l-Irlanda, ir-Rumanija u Spanja, fejn tgħix bintha l-oħra. Ilha separata minn żewġha għal dawn l-aħħar 15-il sena u matul dan il-perijodu kienet finanzjarjament dipendenti fuq AC, li bagħtitilha flus perjodikament.

    6.

    Matul l‑2017, GV sofriet bidliet deġenerattivi fl-artrite tagħha. Fit‑28 ta’ Settembru 2017, GV applikat għall-allowance għall-persuni b’diżabbiltà taħt is-Social Welfare Consolidation Act 2005 (l-Att Ikkonsolidat tal‑2005 dwar l-Assistenza Soċjali), kif emendat.

    7.

    Il-qorti tar-rinviju tispjega li l-allowance għall-persuni b’diżabbiltà, li titlob GV, għandha l-għan li tipproteġi kontra l-faqar. Din tikkostitwixxi benefiċċju ta’ assistenza soċjali mħallas mill-baġit ġenerali, mingħajr ma l-persuna kkonċernata jkollha tagħmel kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali. Fi kliem ieħor, il-benefiċċju huwa ffinanzjat minn tassazzjoni ġenerali. L-allowance għall-persuni b’diżabbiltà hija kklassifikata bħala “benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus” fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004 ( 4 ). Għalhekk tista’ tintalab biss fl-Istat Membru ta’ residenza ( 5 ), li jfisser li GV ma setgħetx titlob tali benefiċċju mill-Istat tan-nazzjonalità tagħha, peress li hija residenti fl-Irlanda.

    8.

    Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, sabiex tikkwalifika għall-allowance għall-persuni b’diżabbiltà fl-Irlanda, il-persuna kkonċernata għandha tissodisfa ċerti rekwiżiti relatati mal-età, id-diżabbiltà u r-riżorsi. B’mod partikolari, l-allowance tista’ tingħata biss lil persuni li ma jkunux laħqu l-età ġenerali tal-irtirar ( 6 ). Il-kriterji l-oħra ta’ eliġibbiltà jinkludu kriterji mediċi u test tal-mezzi. It-test tal-aħħar jinkludi kwalunkwe dħul li persuna tirċievi mingħand membru tal-familja.

    9.

    B’mod iktar speċifiku, il-liġi Irlandiża tipprekludi l-ħlas tal-allowance għall-persuni b’diżabbiltà lil persuna li ma hijiex residenti b’mod abitwali fl-Irlanda ( 7 ). Waħda mill-kundizzjonijiet għar-residenza abitwali hija li persuna tkun tgawdi minn dritt ta’ residenza f’dak l-Istat Membru.

    10.

    Permezz ta’ deċiżjoni tas‑27 ta’ Frar 2018, l-applikazzjoni ta’ GV ġiet miċħuda. L-appell minn din id-deċiżjoni ġie rrifjutat fit‑12 ta’ Frar 2019. Fiż-żewġ okkażjonijiet, ir-raġuni għaċ-ċaħda kienet li GV ma kellhiex dritt ta’ residenza fl-Irlanda.

    11.

    Wara talba mressqa f’isem GV minn organizzazzjoni mhux governattiva, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat‑12 ta’ Frar 2019 ġiet riveduta.

    12.

    Permezz ta’ deċiżjoni tat‑2 ta’ Lulju 2019, l-Appeals Officer (l-Uffiċjal tal-Appelli) kkonkluda li GV, bħala axxendent dirett dipendenti ta’ ċittadin tal-Unjoni impjegat fl-Irlanda, kellha dritt ta’ residenza iżda ma kinitx intitolata għal assistenza soċjali.

    13.

    Saret talba għal reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni liċ-Chief Appeals Officer (Ireland) (l-Uffiċjal Prinċipali tal-Appelli, l-Irlanda) (l-ewwel konvenut quddiem il-qorti tar-rinviju), li kkonferma, permezz ta’ deċiżjoni tat‑23 ta’ Lulju 2019, li GV ma kinitx intitolata għal allowance għall-persuni b’diżabbiltà. Dan kien iġġustifikat mill-argument li skont il-liġi Irlandiża li ttrasponiet id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ( 8 ), GV ma għandhiex issir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali nazzjonali.

    14.

    Il-liġi Irlandiża rilevanti hija, kif spjegat mill-qorti tar-rinviju, il- European Communities (Free Movement of Persons) Regulations 2015 (S.I No. 548 of 2015) (ir-Regolamenti tal‑2015 tal-Komunitajiet Ewropej (Moviment Liberu tal-Persuni) (S.I Nru 548 tal‑2015)) (iktar ’il quddiem “ir-Regolamenti tal‑2015”). Ir-Regolament 11(1) tar-Regolamenti tal‑2015 jipprovdi għaż-żamma ta’ dritt ta’ residenza fl-Irlanda bil-mod li ġej:

    “Persuna li tirrisjedi fl-Istat taħt ir-Regolament 6 ( 9 ), 9 jew 10 għandha tkun intitolata li tkompli tirrisjedi fl-Istat sakemm tissodisfa d-dispożizzjoni rilevanti tar-regolament ikkonċernat u ma ssirx piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-assistenza soċjali tal-Istat.”

    15.

    GV talbet stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tat‑23 ta’ Lulju 2019 quddiem il-High Court, (Ireland) (il-Qorti Għolja, -Irlanda). Permezz ta’ sentenza tad‑29 ta’ Mejju 2020, din il-qorti annullat id-deċiżjoni kkontestata. Hija kkunsidrat li l-liġi Irlandiża, sa fejn tagħmel id-dritt ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni suġġett għall-kundizzjoni li dan il-membru tal-familja ma għandux isir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat, kienet inkompatibbli mad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza. Għalhekk, skont l-istess qorti, fejn jiġi stabbilit, fiż-żmien meta l-membru tal-familja jingħaqad mal-ħaddiem tal-UE, li l-membru tal-familja huwa dipendenti fuq dan il-ħaddiem, ma jeżisti l-ebda rekwiżit għal dan il-membru tal-familja li jibqa’ dipendenti fuq il-ħaddiem tal-UE sabiex ikompli jgawdi dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti.

    16.

    L-Uffiċjal Prinċipali tal-Appelli u l-Minister for Employment Affairs and Social Protection (Ireland) (il-Ministru għall-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali, l-Irlanda) appellaw minn din is-sentenza quddiem il-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell), li hija l-qorti tar-rinviju f’din il-kawża.

    17.

    Minn naħa, skont il-Ministru għall-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali, id-definizzjoni ta’ “membru tal-familja” fil-punt 2(d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza tinkludi r-rekwiżit li l-membru tal-familja kkonċernat jibqa’ dipendenti fuq iċ-ċittadin tal-UE sakemm jiġi invokat id-dritt idderivat ta’ residenza. B’hekk, meta r-relazzjoni ta’ dipendenza tieqaf, dan il-membru tal-familja ma jistax igawdi iktar tali dritt ta’ residenza. Kieku GV kellha tingħata l-allowance għall-persuni b’diżabbiltà, id-dipendenza tagħha fuq bintha tieqaf, bir-riżultat li GV ma tkunx tista’ tgawdi iktar minn dritt ta’ residenza dderivat skont din id-direttiva.

    18.

    Min-naħa l-oħra, GV issostni, essenzjalment, li r-Regolament 11(1) tar-Regolamenti tal‑2015, meta timponi l-kundizzjoni ta’ “piż mhux raġonevoli” fuq il-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, peress li tali kundizzjoni ma tinsabx fl-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, din hija dispożizzjoni invalida. Skont GV, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ “dipendenza” tikkonferma l-pożizzjoni tagħha. Barra minn hekk, hija ssostni li l-argument imressaq mill-Ministru għall-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali jmur kontra d-dritt tagħha għal ugwaljanza fit-trattament taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    19.

    Minħabba li kellha dubji dwar jekk il-liġi Irlandiża kinitx konformi mad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, il-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti quddiemha u tagħmel id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “(1)

    Id-dritt ta’ residenza dderivat ta’ membru tal-familja li huwa axxendent dirett ta’ ċittadin u ħaddiem tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva [taċ-Ċittadinanza] huwa suġġett għall-kundizzjoni ta’ dipendenza kontinwa ta’ dan il-membru tal-familja fuq il-ħaddiem?

    (2)

    Id-Direttiva [taċ-Ċittadinanza] tipprekludi li Stat Membru ospitanti jillimita l-aċċess għall-ħlas tal-benefiċċju ta’ assistenza soċjali minn membru tal-familja ta’ ċittadin u ħaddiem tal-Unjoni li tgwadi minn dritt ta’ residenza dderivat fuq il-bażi tad-dipendenza tagħha fuq dak il-ħaddiem, meta l-aċċess għal tali ħlas ikun ifisser li hija ma tibqax dipendenti fuq il-ħaddiem?

    (3)

    Id-Direttiva [taċ-Ċittadinanza] tipprekludi li Stat Membru ospitanti jillimita l-aċċess għall-ħlas tal-benefiċċju ta’ assistenza soċjali minn membru tal-familja ta’ ċittadin u ħaddiem tal-Unjoni li tgawdi minn dritt ta’ residenza dderivat fuq il-bażi tad-dipendenza tagħha fuq dak il-ħaddiem, minħabba li l-ħlas tal-benefiċċju jkun iwassal għall-fatt li l-membru tal-familja kkonċernata ssir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat?”

    20.

    Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja minn GV; l-Uffiċjal Prinċipali tal-Appelli, is-Social Welfare Appeals Office (Ireland) (l-Uffiċċju tal-Appelli tal-Assistenza Soċjali, l-Irlanda) il-Ministru għall-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali (l-Irlanda), l-Attorney General (l-Avukat Ġenerali) (iktar ’il quddiem “il-konvenuti”); il-Gvern Ċek, Daniż u Ġermaniż; l-Irlanda; kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea. Fit‑18 ta’ Ottubru 2022 saret seduta li fiha GV, il-konvenuti, il-Gvern Ċek, Daniż u Ġermaniż, l-Irlanda, kif ukoll il-Kummissjoni ressqu argumenti orali.

    III. Id‑dritt rilevanti tal‑Unjoni Ewropea

    A. Id‑Direttiva dwar iċ‑Ċittadinanza

    21.

    L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jipprovdi li, għall-finijiet ta’ din id-direttiva:

    “‘membru tal-familja’ tfisser:

    (a)

    ir-raġel jew martu;

    (b)

    is-sieħeb/sieħba li daħal/daħlet f’kuntratt ta’ unjoni reġistrata maċ-ċittadin/a ta’ l-Unjon, skond il-bażi tal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, jekk il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru ospitanti tikkonsidra bħala ugwali għal żwieġ l-unjonijiet reġistrati u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti ta’ l-Istat Memrbu ospitanti;

    (ċ)

    id-dixxendenti diretti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b);

    (d)

    il-qraba diretti dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b)”.

    22.

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jipprovdi:

    “Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:

    (a)

    ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew

    (b)

    għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza u għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti; jew

    (ċ)

    miktuba f’istitut privat jew pubbliku, akkreditat jew finanzjat mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, għall-iskop prinċipali li jiġi segwit kors ta’ studju, inkluż taħriġ professjonali; u

    għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti u jassiguraw lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew b’mezzi oħrajn ekwivalenti li jagħżlu huma, li għandhom riżorsi suffiċjenti għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza; jew

    (d)

    membri tal-familja li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu ma’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (ċ).”

    23.

    L-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jipprovdi:

    “1.   Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat. Il-benefiċċju ta’ dan id-dritt għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru u li għandhom id-dritt ta’ residenza jew għandhom residenza permanenti.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru ospitanti m’għandux ikun obbligat li jattribwixxi d-dritt ta’ għajnuna soċjali matul l-ewwel tliet xhur ta’ residenza jew, fejn xieraq, matul il-perjodu itwal previst fl-Artikolu 14(4)(b), lanqas mhu obbligat, qabel il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti, li jawtorizza għajnuna ta’ manteniment għall-istudji, inkluż taħriġ professjonali, li jikkonsisti f’konċessjonijiet ta’ l-istudenti jew f’self għal studenti lill-persuni li mhumiex ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li jżommu t-tali status u membri tal-familja tagħhom.”

    B. Ir‑Regolament dwar il‑Ħaddiema

    24.

    L-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-Ħaddiema ( 10 ) jipprovdi, fil-parti rilevanti:

    “1.   Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.

    2.   Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.

    […]”

    IV. Analiżi

    A. Kwistjonijiet preliminari

    25.

    Kwistjoni waħda, diskussa mill-partijiet involuti f’dawn il-proċeduri, kienet li d-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, li l-qorti tar-rinviju talbet l-interpretazzjoni tagħha, ma hijiex applikabbli bħala tali għall-fatti ta’ din il-kawża. Filwaqt li naqbel mal-argument tal-partijiet involuti dwar dan il-punt, ser nagħti spjegazzjoni qasira dwar ir-raġuni għalfejn l-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza hija madankollu utli għall-qorti tar-rinviju

    26.

    Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, din id-direttiva tapplika għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru [minbarra dak li tiegħu għandhom in-nazzjonalità tiegħu], u għall-membri tal-familja tagħhom li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.

    27.

    Din id-direttiva ma tirregolax, għalhekk, id-drittijiet idderivati tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu.

    28.

    Peress li AC kisbet iċ-ċittadinanza Irlandiża, id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ma baqgħetx tapplika għad-drittijiet li tgawdi minnhom ommha fl-Irlanda mill-mument tan-naturalizzazzjoni ta’ AC.

    29.

    Madankollu, anki jekk id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza fiha nnifisha ma hijiex applikabbli għas-sitwazzjoni li wasslet għat-tilwima f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li hija applikabbli “b’analoġija” għal sitwazzjonijiet simili. ( 11 )

    30.

    Id-dritt ta’ residenza dderivat ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni jista’ jirriżulta direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 21(1) TFUE. Kif iċċarat il-Qorti tal-Ġustizzja, ċittadin ta’ Stat Membru wieħed li mar u rrisjeda fi Stat Membru ieħor ma jistax jiġi miċħud id-dritt li jgħix ħajja tal-familja f’dan l-Istat kif iggarantit mid-dritt tal-UE sempliċement minħabba li dak iċ-ċittadin sussegwentement jakkwista n-nazzjonalità ta’ dan it-tieni Stat Membru ( 12 ).

    31.

    Sabiex jiġi evitat sitwazzjoni li fiha ċ-ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw il-libertà ta’ moviment tagħhom u li integraw fis-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti sal-punt li kisbu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat jiġu ttrattati, fir-rigward tal-ħajja tal-familja tagħhom, b’mod inqas favorevoli minn ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw ukoll id-drittijiet tagħhom għall-moviment iżda li żammew biss in-nazzjonalità tal-Istat tal-oriġini tagħhom, id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza tistabbilixxi l-kontenut minimu tad-drittijiet idderivati tal-membri tal-familja ta’ ċittadini naturalizzati.

    32.

    Id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza għalhekk isservi ta’ bażi għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1) TFUE li huwa applikabbli f’dan il-każ, billi tispeċifika l-kontenut minimu tiegħu.

    33.

    L-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza tkun utli għall-qorti tar-rinviju sabiex tevalwa jekk, bid-deċiżjoni tagħha, l-Uffiċjal Prinċipali tal-Appelli kisirx id-drittijiet li kemm AC kif ukoll GV igawdu taħt l-Artikolu 21(1) TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, għalhekk, tirrispondi għad-domandi magħmula dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    34.

    Barra minn hekk, inqis li r-Regolament dwar il-Ħaddiema huwa wkoll indirettament applikabbli għall-kawża prinċipali. Dan jagħti informazzjoni dwar il-kontenut minimu tad-drittijiet primarji tal-moviment liberu tal-ħaddiema mobbli tal-UE li jiksbu, permezz tan-naturalizzazzjoni, in-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti li jkunu marru fih ( 13 ). Il-fatt li l-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għaliha biex tiddeċiedi ( 14 ).

    35.

    Għal din ir-raġuni, ser nipproponi interpretazzjoni tal-Artikolu 45(2) TFUE kif ikkonkretizzat ir-Regolament dwar il-Ħaddiema sa fejn nara li huwa utli għal din il-kawża, speċjalment għall-evalwazzjoni tat-tielet domanda preliminari magħmula. Għaldaqstant, ser nipproponi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja kif tirriformula din id-domanda sabiex tipprovdi risposta utli lill-qorti tar-rinviju.

    B. Fuq il‑mertu

    36.

    Dak li skatta b’mod prinċipali l-kawża preżenti huma r-Regolamenti tal‑2015, miżura legali li permezz tagħha l-Irlanda ttrasponiet id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza fil-liġi tagħha. Dan l-att jittrasponi d-definizzjonijiet tal-membri tal-familja kważi verbatim ( 15 ), kif ukoll ir-regoli dwar id-dritt ta’ residenza għall-membri tal-familja ( 16 ) kif huma rregolati fid-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    37.

    Ir-Regolamenti tal‑2015 jirregolaw ukoll iż-żamma tad-dritt ta’ residenza, inkluż għal membri tal-familja. Ir-Regolament 11(1) tar-Regolamenti tal‑2015 (ara l-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet) essenzjalment jissuġġetta ż-żamma tad-dritt ta’ residenza ta’ axxendent dirett għal żewġ rekwiżiti: l-ewwel, li l-axxendent dirett ikun dipendenti fuq iċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni ( 17 ) u, it-tieni, li dan l-axxendent ma jsirx piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat.

    38.

    Jekk l-axxendent dirett ma jgawdix minn dritt ta’ residenza fl-Irlanda, huwa ma jikkwalifikax għal allowance għall-persuni b’diżabbiltà. Iż-żewġ argumenti, it-telf ta’ dipendenza, kif ukoll it-tqegħid ta’ piż fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali, ġew invokati fid-deċiżjonijiet differenti li jiċħdu t-talba ta’ GV għal allowance għall-persuni b’diżabbiltà.

    39.

    Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tistabbilixxi jekk ebda waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għaż-żamma tad-dritt ta’ residenza fl-Irlanda hijiex permessa mid-dritt tal-UE.

    40.

    Sabiex nindirizza dawn id-domandi, ser nipproċedi bil-mod li ġej. Ser nanalizza d-domandi fl-ordni li saru. Madankollu, l-ewwel domanda neċessarjament twassal għal domanda oħra, li hija wkoll rilevanti għar-risposta għat-tieni domanda: x’tinvolvi d-dipendenza? Wara li nindika l-pożizzjoni tiegħi fir-rigward tal-ewwel domanda, jiena, għalhekk, ser nittratta din il-kwistjoni addizzjonali, qabel ma ngħaddi għat-tieni u t-tielet domandi.

    1.   L‑ewwel domanda: Id‑dipendenza hija rekwiżit kontinwu għad‑dritt ta’ residenza?

    41.

    Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tipprova tistabbilixxi jekk, skont l-Artikolu 21(1) TFUE kif ikkonkretizzat mill-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ( 18 ), huwiex biżżejjed li kienet teżisti dipendenza fil-mument meta l-axxendent dirett ingħaqad mal-ħaddiem mobbli tal-UE fl-Istat ospitanti jew jekk hijiex rekwiżit kontinwu għall-eżistenza tad-dritt ta’ residenza dderivat f’dak l-Istat.

    42.

    F’dan ir-rigward, GV u l-Kummissjoni jsostnu li d-dipendenza għandha teżisti biss fil-mument meta ġenitur jingħaqad ma’ ħaddiem mobbli fl-Istat ospitanti. Sabiex jissostanzjaw din il-pożizzjoni, huma jibbażaw ruħhom fuq is-sentenzi Jia ( 19 ) u Reyes ( 20 ). F’dawn il-każijiet, il-Qorti kkonfermat li d-dipendenza ta’ membru tal-familja fuq ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt ta’ moviment tiegħu (jew il-konjuġi taċ-ċittadin tal-Unjoni li jkun eżerċita dak id-dritt) kellha teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini qabel ma jkun inkiseb id-dritt ta’ residenza fl-Istat ospitanti ( 21 ).

    43.

    Il-konvenuti u l-gvernijiet intervenjenti l-oħra jsostnu, għall-kuntrarju, li GV tista’ tgawdi mid-dritt ta’ residenza dderivat biss sakemm tkun dipendenti fuq bintha. Għalhekk, id-dipendenza hija rekwiżit kontinwu taħt l-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, u tieqaf ladarba tingħata l-allowance għall-persuni b’diżabbiltà mill-awtoritajiet Irlandiżi.

    44.

    Fis-sentenzi Jia u Reyes, invokati mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-Qorti ntalbet tiddeċiedi dwar il-legalità tal-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ permess ta’ residenza mal-wasla fl-Istat ospitanti. Il-kundizzjonijiet għaż-żamma ta’ dritt ta’ residenza ma kinux inkwistjoni f’dawn il-kawżi. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dawk iż-żewġ kawżi, li fihom permessi ta’ residenza ġew miċħuda lir-rikorrenti, f’din il-kawża GV diġà tgawdi minn dritt ta’ residenza fl-Irlanda. Għalhekk, id-deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi Jia u Reyes ma jsolvux is-sitwazzjoni fil-kawża preżenti.

    45.

    Dawn iż-żewġ kawżi għalhekk ma jipprekludux il-konklużjoni li d-dipendenza, bħala l-bażi għal dritt ta’ residenza dderivat, għandha teżisti tul iż-żmien taż-żjara tal-ġenitur fl-Istat ospitanti, kif sostnew il-konvenuti u l-gvernijiet intervenjenti.

    46.

    Jien inklinata li naċċetta din l-aħħar pożizzjoni.

    47.

    Id-dritt idderivat ta’ residenza, mingħajr dubju, ma huwiex dritt indipendenti li jgawdu l-axxendenti diretti. Huma jgawdu minn tali dritt, wara qari flimkien tal-Artikolu 7(1)(d) u 2(2)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, peress li huma axxendent dirett dipendenti. Tali dritt ta’ residenza huwa differenti mid-dritt ta’ residenza dirett li tali persuna tista’ takkwista wkoll ( 22 ), minħabba l-fatt li jirrigwarda u jiddependi fuq l-eżerċizzju minn ċittadin tal-Unjoni tad-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, f’dan il-każ, bħala ħaddiem. Għalhekk jidhirli loġiku li d-dipendenza fuq dak iċ-ċittadin tal-UE trid tkompli wara li membru dirett tal-familja jingħaqad ma’ dak iċ-ċittadin fl-Istat ospitanti.

    48.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, li jirregola ż-żamma tad-dritt ta’ residenza, jagħmilha ċara li l-membri tal-familja jżommu d-drittijiet taħt l-Artikolu 7 tagħha sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. Peress li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-membri tal-familja kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, din tista’ tinftiehem fis-sens li drittijiet ta’ residenza jeżistu sakemm tkun teżisti dipendenza.

    49.

    Fl-aħħar nett, hija preċiżament id-dipendenza ta’ axxendent dirett fuq il-wild tiegħu li tiġġustifika d-dritt ta’ dan tal-ewwel li jkun preżenti fl-Istat ospitanti. Kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-iskop tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza huwa li tiffaċilita u ssaħħaħ l-eżerċizzju tad-dritt primarju ta’ moviment ( 23 ) Id-dritt ta’ residenza dderivat ta’ axxendent dirett għalhekk jikkontribwixxi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment tal-ħaddiem mobbli tal-UE.

    50.

    Għalhekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju li l-Artikolu 21(1) TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikoli 2(2)(d) u 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni ta’ dipendenza tal-axxendent dirett fuq ħaddiem mobbli tal-UE hija meħtieġa sakemm id-dritt ta’ residenza ta’ dan l-axxendent ikun idderivat mid-dritt ta’ moviment liberu eżerċitat mill-ħaddiem.

    51.

    Madankollu, jekk applikazzjoni għal allowance għall-persuni b’diżabbiltà tfissirx li d-dipendenza waqfet hija kwistjoni differenti. Din il-kwistjoni l-ewwel teżiġi interpretazzjoni tat-tifsira ta’ dipendenza.

    2.   It‑tifsira ta’ “dipendenza”

    52.

    Qari konġunt tal-Artikoli 2(2)(d) u 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jagħmilha ċara li l-axxendenti diretti dipendenti biss igawdu mid-dritt ta’ residenza dderivat ( 24 ).

    53.

    Id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ma tiċċarax, madankollu, il-kunċett ta’ “dipendenza” ta’ axxendenti diretti b’mod ulterjuri ( 25 ) Fil-fatt, teżisti diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-punt 2(d) tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. Biex nikkwota wħud, il-verżjoni Ingliża tgħid ‘dependent’, il-verżjoni Franċiża tuża ‘à charge’, il-verżjoni Ġermaniża tuża ‘Unterhalt gewährt wird’, il-verżjoni Taljana tuża ‘a carico’, il-verżjoni Kroata tuża ‘uzdržavanici’, il-verżjoni Olandiża tuża ‘te hunnen laste’, il-verżjoni Pollakka tuża ‘utrzymaniu’ u l-verżjoni Rumena tuża ‘în întreținere’.

    54.

    Għalkemm jidher li wħud minn dawn il-verżjonijiet lingwistiċi jissuġġerixxu biss dipendenza finanzjarja jew materjali, għandu jiġi eżaminat jekk id-direttiva tkopri biss tali dipendenza. Fi kliem ieħor, persuna hija dipendenti fis-sens ta’ din id-direttiva biss meta hija tkun teħtieġ appoġġ finanzjarju minn persuna oħra? Alternattivament, id-dipendenza tinkludi wkoll bżonnijiet oħra, bħall-ħtieġa għal appoġġ fiżiku jew emozzjonali?

    55.

    L-istorja leġiżlattiva tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ma tidhirx li tipprovdi risposta. Id-definizzjoni ta’ membri tal-familja fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva hija r-riżultat tat-trasferiment f’dan l-att leġiżlattiv tad-dispożizzjoni sostanzjalment identika tal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 ( 26 ). Din id-dispożizzjoni kienet tagħmel riferiment għal “qraba dipendenti fil-linja axxendenti” ( 27 ), iżda r-raġuni għalfejn intuża dan l-aġġettiv ma ġietx spjegata, la fl-att u lanqas fil-ġurisprudenza relatata miegħu. Fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, il-punt 2(d) tal-Artikolu 2 ma kienx jinkludi dak l-aġġettiv u kien jagħmel riferiment sempliċement għal “qraba diretti fil-linja axxendenti” ( 28 ). Madankollu, matul il-proċedura leġiżlattiva, il-kliem kif deher fir-Regolament Nru 1612/68 ġie introdott mill-ġdid, permezz tal-inklużjoni mill-ġdid tal-kelma “dipendenti” ( 29 ). Ir-raġunijiet għal dik il-bidla ma humiex indikati fid-dokumenti preparatorji u, bħala riżultat, wieħed jista’ biss jispekula fuq l-intenzjoni leġiżlattiva.

    56.

    Il-konvenuti fil-kawża prinċipali kif ukoll il-gvernijiet intervenjenti jifhmu li l-kunċett ta’ dipendenza jkopri biss dipendenza finanzjarja. Konsegwentement huma jsostnu li GV ma tibqax dipendenti fuq bintha jekk tingħata l-allowance għall-persuni b’diżabbiltà. Huwa sostnut, li wara dan, hija ssir dipendenti fuq l-Istat u mhux fuq bintha.

    57.

    Fil-fatt, fil-kawżi li fihom kienet qed tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta’ residenza dderivati ta’ membri tal-familja diretti, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju tgħodd bħala dipendenza fis-sens tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ( 30 ). Madankollu, f’dawn il-kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ntalbitx tispjega t-tifsira ta’ dipendenza. Fi kliem sempliċi, is-sitwazzjoni fattwali inkwistjoni f’kull waħda minn dawk il-każijiet kienet waħda ta’ tali forma ta’ dipendenza ( 31 ).

    58.

    Għalhekk, din il-ġurisprudenza ma tistax tinftiehem bħala li tistabbilixxi li d-dipendenza finanzjarja biss hija rilevanti għall-finijiet tal-kwalifika għad-drittijiet ta’ residenza dderivati taħt id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza. Fil-fehma tiegħi, diversi raġunijiet iwasslu għal konklużjoni differenti, li d-dipendenza fis-sens tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza hija kunċett usa’, li jinkludi wkoll bżonnijiet emozzjonali u fiżiċi.

    59.

    L-ewwel, fil-fehma tiegħi, id-dipendenza materjali jew finanzjarja hija l-inqas raġuni importanti sabiex ħaddiem mobbli tal-UE jitħalla jġib lill-ġenituri tiegħu fl-Istat ospitanti li fih jgħix u jaħdem. Jekk l-unika raġuni kienet dik ta’ appoġġ finanzjarju, dan l-appoġġ jista’ jingħata wkoll lill-ġenituri li jibqgħu fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Ma huwiex meħtieġ li jinġiebu fl-Istat ospitanti sabiex jingħataw akkomodazzjoni jew appoġġ finanzjarju għall-ikel jew l-ilbies. Jista’ jkun saħansitra orħos li jiġi pprovdut tali appoġġ fil-pajjiż tal-oriġini tal-ġenituri, fejn l-għoli tal-ħajja jista’ jkun iktar baxx minn dak fl-Istat ospitanti. Għall-kuntrarju, l-għoti ta’ appoġġ emozzjonali u fiżiku lil ġenitur, fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkustanzi, ikun impossibbli jekk il-ġenitur ma jkunx jgħix qrib uliedu.

    60.

    It-tieni, jirriżulta b’mod ċar mid-dokumenti preparatorji għad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza li r-raġuni li fuqha huwa bbażat ir-rikonoxximent tad-drittijiet idderivati tal-membri tal-familja kienet li tippermetti t-tgawdija tad-dritt għall-ħajja tal-familja ( 32 ). Dak id-dritt fundamentali, rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “il-Karta”) ( 33 ), jinkludi l-eżistenza ta’ rabtiet emozzjonali bejn il-membri tal-familja ( 34 ).

    61.

    It-tielet, interpretazzjoni daqshekk wiesgħa tal-kunċett ta’ “dipendenza” hija konsistenti mal-għan tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza li tikkontribwixxi għad-dritt ta’ moviment tal-ħaddiema mobbli tal-UE. Jekk GV tkun teħtieġ il-kumpanija u l-kura ta’ bintha, iżda ma tkunx tista’ tingħaqad magħha fl-Istat Membru li fih tgħix u taħdem bintha, huwa probabbli (tal-inqas sakemm ma nivvintawx it-teleportazzjoni) li t-tifla tagħha tkun sfurzata titlaq mill-Istat ospitanti sabiex tingħaqad ma’ ommha fl-Istat tal-oriġini tagħha ( 35 ). Dan ikun ta’ ostaklu għad-dritt ta’ AC li tiċċaqlaq u tirrisjedi liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Ħaddiem mobbli tal-Unjoni, wild ġenitur li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu bżonn tali tip ta’ appoġġ, jista’ jkun sfurzat li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

    62.

    Preċiżament fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li d-dritt tal-UE jagħti importanza lill-iżgurar tal-protezzjoni tal-ħajja tal-familja taċ-ċittadini tal-Istati Membri sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat ( 36 ).

    63.

    Fl-aħħar nett, hemm indikazzjonijiet fil-ġurisprudenza li l-Qorti tal-Ġustizzja tifhem it-tifsira ta’ dipendenza kif ikkunsidrata fid-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza b’mod iktar wiesa’ milli unikament f’termini ta’ ħtiġijiet finanzjarji. Bħala punt ta’ tluq, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza għandu jingħata interpretazzjoni wiesgħa ( 37 ).

    64.

    Barra minn hekk, il-ġurisprudenza reċenti relatata mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, li tikkonċerna membri tal-familja iktar imbiegħda, irrikonoxxiet interpretazzjoni iktar wiesgħa tad-dipendenza ( 38 ). Minkejja d-drittijiet iktar limitati li l-Artikolu 3(2) jagħti lill-membri tal-familja meta mqabbel ma’ dritt awtomatiku ta’ residenza mogħti lill-membri tal-familja li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 2(d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, ma hemm l-ebda raġuni sabiex wieħed jinterpreta l-kunċett ta’ “dipendenza” b’mod differenti f’din id-direttiva u lanqas, fil-fatt fl-atti legali differenti li jirregolaw id-drittijiet tal-membri tal-familja ta’ ħaddiema mobbli ( 39 ).

    65.

    Għar-raġunijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tħaddan kunċett wiesa’ ta’ dipendenza, li jeżisti kull meta persuna tkun teħtieġ appoġġ materjali, finanzjarju, fiżiku jew emozzjonali ta’ membru tal-familja. Għalhekk, anki jekk GV ma tibqax teħtieġ appoġġ finanzjarju minn bintha, xorta jista’ jkun li tissodisfa r-rekwiżit ta’ dipendenza li fuqu huwa bbażat id-dritt ta’ residenza dderivat.

    3.   It‑tieni domanda – L‑aċċess għall‑benefiċċji soċjali jista’ jwassal għat‑tmiem tad‑dritt ta’ residenza dderivat tal‑axxendenti dipendenti ta’ ħaddiem mobbli tal‑UE?

    66.

    Kif spjegat mill-qorti tar-rinviju, il-liġi Irlandiża tipprekludi l-ħlas tal-allowance għall-persuni b’diżabbiltà lil persuna li ma tkunx abitwalment residenti f’dan l-Istat. Ir-residenza abitwali tista’ teżisti biss jekk il-persuna jkollha dritt li tirrisjedi fl-Irlanda. Iċ-ċittadini Irlandiżi ma jistgħux, bħala riżultat ta’ liġi internazzjonali, jiġu miċħuda residenza legali fl-Irlanda. Madankollu, ċittadini ta’ pajjiżi oħra jeħtieġ li jkollhom bażi legali rikonoxxuta mil-liġi Irlandiża bħala bażi sabiex igawdu minn dritt ta’ residenza. Eżempju ta’ bażi legali bħal din huwa l-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    67.

    Din hija s-sitwazzjoni legali li tat lok għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju. Permezz ta’ din id-domanda, din il-qorti, essenzjalment, tistaqsi jekk l-Artikolu 21(1) TFUE moqri fid-dawl tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ħlas tal-allowance għall-persuni b’diżabbiltà lill-axxendent dirett ta’ ħaddiem ċittadin tal-UE jwaqqaf id-dipendenza tal-axxendent fuq il-ħaddiem u għalhekk itemm id-dritt ta’ residenza dderivat tiegħu.

    68.

    Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta l-proposta tiegħi bħala risposta għall-ewwel domanda li d-dipendenza għandha tkun kontinwa sabiex isservi bħala ġustifikazzjoni għad-dritt ta’ residenza ta’ axxendent dirett ibbażat fl-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, isegwi li l-waqfien tad-dipendenza ta’ axxendent dirett fuq iċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni jwassal għat-tmiem tad-dritt ta’ residenza dderivat ta’ dak l-axxendent fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni.

    69.

    Madankollu, dan ma jfissirx li l-applikazzjoni għal benefiċċju soċjali ttemm id-dipendenza tal-axxendent dirett fuq iċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni.

    70.

    Fl-ewwel lok, u sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta l-proposta tiegħi u tinterpreta d-dipendenza b’mod wiesa’, l-għoti tal-allowance għall-persuni b’diżabbiltà jista’ jkopri d-dipendenza finanzjarja (jew mill-inqas parti minnha), iżda huwa improbabbli li jkopri l-bżonnijiet oħra ta’ appoġġ ta’ qraba axxendenti ( 40 ). L-awtoritajiet tal-Istat Irlandiżi ma jistgħux jissostitwixxu l-kura u l-appoġġ emozzjonali mill-wild.

    71.

    Għalhekk, anki jekk l-Istat Membru ospitanti jkopri parti mill-ispejjeż finanzjarji jew, saħansitra, l-ispejjeż kollha għall-ġenitur li jgħix f’dak l-Istat, dan il-ġenitur xorta jibqa’ dipendenti fuq iċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni li jakkwista mingħandu d-drittijiet ta’ residenza, meta jkun hemm bżonn ta’ appoġġ kontinwu materjali, emozzjonali jew fiżiku.

    72.

    Fit-tieni lok, anki jekk id-dipendenza tfisser biss il-ħtieġa ta’ appoġġ materjali jew finanzjarju, l-applikazzjoni għall-allowance għal persuni b’diżabbiltà ma tistax awtomatikament twassal għall-konklużjoni li d-dritt ta’ residenza abbażi tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jispiċċa jekk jingħata l-benefiċċju.

    73.

    Kif issuġġerit mill-Kummissjoni, din il-konklużjoni twassal għal ċirku infinit, li ma jistax jitħalla jippersisti: dan jagħti lok għax-xenarju fejn ladarba membru tal-familja jingħata benefiċċju soċjali, id-dritt ta’ residenza tiegħu jintemm, fatt li jipprekludi l-possibbiltà li huwa jingħata benefiċċju soċjali. Madankollu, mingħajr dak il-benefiċċju soċjali, il-membru tal-familja jerġa’ jkun dipendenti fuq iċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni, li jfisser li jgawdi minn dritt ta’ residenza dderivat u jissodisfa prerekwiżit sabiex japplika għall-benefiċċju soċjali. U s-sitwazzjoni tkompli għaddejja hekk, b’mod infinit.

    74.

    Il-mod kif wieħed joħroġ minn tali ċirku assurd bħal dan huwa li jingħalaq iċ-ċertu f’punt partikolari. L-istatus ta’ membru dipendenti tal-familja ta’ ħaddiem għandu, għalhekk, jiġi evalwat separatament mill-għoti ta’ allowance partikolari.

    75.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat dan l-approċċ fis-sentenza Lebon, li kkunsidrat id-dritt ta’ bint dipendenti ta’ ċittadin mobbli tal-Unjoni li titlob benefiċċju ta’ allowance soċjali Belġjana, imsejjaħ il-“minimex”.

    76.

    F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li “applikazzjoni għall-għoti tal-minimex ippreżentata minn membru tal-familja ta’ ħaddiem migrant li huwa dipendenti fuq il-ħaddiem ma tistax taffettwa l-istatus tal-applikant bħala membru dipendenti tal-familja tal-ħaddiem. Deċiżjoni differenti tammonta għall-aċċettazzjoni li l-għoti tal-minimex jista’ jwassal sabiex l-applikant jitlef l-istatus ta’ membru dipendenti tal-familja u konsegwentement tiġġustifika l-irtirar tal-minimex stess jew saħansitra t-telf tad-dritt ta’ residenza. Tali soluzzjoni fil-prattika tipprekludi membru dipendenti tal-familja ta’ ħaddiem milli jitlob il-minimex u, għal din ir-raġuni, tipprekludi t-trattament ugwali mogħti lill-ħaddiem migrant. L-istatus ta’ membru dipendenti tal-familja ta’ ħaddiem għandu għalhekk jiġi kkunsidrat indipendentement mill-għoti tal-minimex” ( 41 ). Għalkemm is-sentenza Lebon kienet tikkonċerna dixxendent dirett, ma hemm l-ebda raġuni għalfejn l-istess loġika ma għandhiex tiġi applikata għal axxendenti diretti ( 42 ).

    77.

    Għalhekk, anki jekk id-dipendenza tinftiehem bħala biss il-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju (li, fil-fehma tiegħi, hija interpretazzjoni dejqa wisq ta’ dan il-kunċett), l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-Istat Membru ma jtemmx id-dipendenza tal-persuna appoġġjata.

    78.

    Il-fatt li persuna tkun eliġibbli għall-allowance tal-persuni b’diżabbiltà (li għaliha, taħt il-liġi Irlandiża, iridu jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet mediċi u finanzjarji) jikkonferma, iktar milli jiċħad, id-dipendenza. Tabilħaqq, jekk l-awtoritajiet tal-Istat ma jappoġġjawx lill-membru tal-familja dipendenti, l-indokratur primarju, ħaddiem mobbli tal-UE, ikollu jkopri l-ispejjeż ta’ appoġġ assoċjati.

    79.

    Għalhekk, l-għoti ta’ benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja, bħall-allowance għall-persuni b’diżabbiltà, ma jistax jaffettwa d-dipendenza ta’ min jitlobha.

    80.

    Sabiex inżid argument addizzjonali insostenn tal-konklużjoni ta’ hawn fuq, għandu jiġi nnotat li la s-subparagrafu (a) u lanqas is-subparagrafu (d) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ma fihom rekwiżit li jew il-ħaddiem jew il-membru tal-familja tiegħu għandhom ikunu awtosuffiċjenti sabiex ma jsirux piż fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti ( 43 ). Huwa biss l-Artikolu 7(1)(b) u (c) ta’ din id-direttiva li jimponi l-awtosuffiċjenza bħala kundizzjoni għal dritt ta’ residenza. Ser niġi lura għal dan il-punt meta niddiskuti l-argument li membru tal-familja jista’ jsir piż fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat ospitanti ( 44 ).

    81.

    Barra minn hekk, kif sostniet il-Kummissjoni Ewropea, miżuri meħuda minn membru tal-familja dipendenti sabiex tissaħħaħ l-awtonomija tiegħu fl-Istat Membru ospitanti ma għandhom bl-ebda mod ikunu jistgħu jċaħħduh minn dritt ta’ residenza.

    82.

    Inkella, dan ikun ifisser li persuni biss li ma jkollhomx bżonn allowance speċjali ta’ natura mhux kontributorja jkunu eliġibbli għaliha. Il-liġi ma għandhiex tiġi interpretata bħala li twassal għal tali riżultat assurd ( 45 ).

    83.

    Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju billi tispjega li l-Artikolu 21(1) TFUE, kif ikkonkretizzat mill-punt 2(d) tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-talba għal benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja mill-qarib dirett fil-linja axxendenti ta’ ċittadin mobbli tal-Unjoni, ma ttemmx id-dipendenza ta’ dak il-qarib fuq il-ħaddiem u għalhekk ma tbiddilx id-dritt ta’ residenza dderivat ta’ dak il-qarib.

    4.   It‑tielet domanda: Id‑dritt għal ugwaljanza fit‑trattament u t‑tħassib baġitarju tal‑Istati Membri

    84.

    Kif spjegat mill-bidu ( 46 ), il-liġi Irlandiża tipprovdi li axxendent dirett jista’ jżomm dritt ta’ residenza dderivat meta jkunu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet: (1) jekk ikun dipendenti fuq iċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni u (2) jekk dan ma jkunx piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat. Għalhekk, anki jekk l-axxendent jibqa’ jkun dipendenti, huwa jitlef id-dritt ta’ residenza tiegħu jekk isir piż mhux raġonevoli.

    85.

    Fuq din il-bażi, l-Uffiċjal Prinċipali tal-Appelli, fid-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, qies li, minkejja li GV għandha dritt ta’ residenza, ma hijiex intitolata li titlob l-allowance għal persuni b’diżabbiltà, peress li dan jagħmilha piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-assistenza soċjali u jikkawża t-telf tad-dritt tagħha ta’ residenza.

    86.

    Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li tivverifika jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix li jiġi limitat l-aċċess ta’ axxendent dirett ta’ ħaddiem mobbli tal-UE għal allowance għal persuni b’diżabbiltà fl-Istat ospitanti għar-raġuni li l-ħlas ta’ tali benefiċċju jirriżulta fil-fatt li l-axxendent dipendenti jsir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat.

    87.

    Għandna niftakru qabelxejn li d-dritt tal-UE ma jagħtix dritt għal assistenza soċjali liċ-ċittadini mobbli tal-UE u lill-membri tal-familja tagħhom. L-organizzazzjoni tal-istat soċjali taqa’, bħala prinċipju, taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. Dik il-kompetenza tinkludi l-għażla tat-tipi ta’ benefiċċji tal-assistenza soċjali kif ukoll il-kundizzjonijiet biex wieħed isir benefiċjarju.

    88.

    Għalhekk, il-kwistjoni ma hijiex dwar jekk GV hijiex intitolata għall-allowance għal persuni b’diżabbiltà. Din hija kwistjoni li taqa’ taħt il-liġi Irlandiża. Madankollu, id-dritt tal-UE japplika permezz tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament abbażi ta’ nazzjonalità ( 47 ). Dan jipprojbixxi diskriminazzjoni min-naħa ta’ Stati Membri kontra ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-UE meta mqabbla maċ-ċittadini tagħhom stess. Anki jekk huwa direttament applikabbli fuq il-bażi tat-Trattat, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fuq il-bażi tan-nazzjonalità huwa speċifikament inkluż f’diversi atti ta’ dritt sekondarju tal-UE, inkluż fl-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza u l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-Ħaddiema.

    89.

    Konsegwentement, GV, tista’ titlob aċċess għall-allowance għal persuni b’diżabbiltà billi tinvoka l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Jekk tali allowance hija aċċessibbli għaċ-ċittadini Irlandiżi, għandha tkun aċċessibbli għaliha wkoll.

    90.

    F’dan il-każ, jiena nsostni li hemm żewġ persuni li d-dritt tagħhom għal ugwaljanza fit-trattament jista’ jikkostitwixxi l-bażi sabiex GV titlob l-allowance għal persuni b’diżabbiltà.

    91.

    L-ewwel persuna hija GV stess: bħala axxendent dirett dipendenti ta’ ċittadin mobbli tal-Unjoni, skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, hija għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħaċ-ċittadini Irlandiżi fir-rigward tal-aċċess tagħha għall-allowance għal persuni b’diżabbiltà.

    92.

    It-tieni, hemm bintha, AC. Bir-rifjut tal-aċċess għal allowance għal persuni b’diżabbiltà lil ommha li hija dipendenti fuqha, hija titqiegħed f’pożizzjoni inqas vantaġġuża minn dik li jgawdu minnha l-ħaddiema Irlandiżi li l-ġenitur dipendenti tagħhom jista’ jitlob l-allowance għal persuni b’diżabbiltà. Il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni ta’ AC tista’ tkun ibbażata mhux biss fuq l-istatus tagħha bħala ċittadina tal-Unjoni li tgħix fl-Istat ospitanti skont l-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, iżda wkoll, kif issuġġerit mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-istatus tagħha bħala ħaddiema li eżerċitat id-dritt tagħha għall-moviment liberu skont l-Artikolu 45 TFUE, moqri fid-dawl tar-Regolament dwar il-Ħaddiema. Dan ir-regolament, jesprimi l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-Artikolu 7 tiegħu.

    93.

    Il-qorti tar-rinviju enfasizzat fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha u fil-formulazzjoni tad-domanda li l-indokratur primarju fil-kawża inkwistjoni huwa ħaddiem mobbli. Id-diskriminazzjoni possibbli fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem ma tistax, għalhekk, tiġi injorata f’din il-kawża.

    94.

    Konsegwentement, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni ż-żewġ perspettivi.

    95.

    L-ewwel ser neżamina kif it-talba ta’ GV għal allowance għal persuni b’diżabbiltà tista’ tkun ibbażata indirettament fuq id-dritt ta’ AC għal ugwaljanza fit-trattament (a) u, sussegwentement, kif tista’ tkun ibbażata direttament fuq id-dritt tagħha stess għal ugwaljanza fit-trattament kif previst fid-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza (b) ( 48 ). Imbagħad ser nevalwa jekk tali drittijiet jistgħux jiġu limitati fuq il-bażi tat-tħassib li, billi jirċievi benefiċċji soċjali, qarib axxendent isir piż mhux raġonevoli għall-assistenza soċjali tal-Istat ospitanti (c).

    a)   L‑ugwaljanza fit‑trattament ta’ AC bħala bażi għat‑talba ta’ GV għall‑allowance għal persuni b’diżabbiltà

    96.

    Fil-fehma tiegħi, id-dritt ta’ GV li titlob l-allowance għal persuni b’diżabbiltà jista’ jirriżulta mid-dritt għal ugwaljanza fit-trattament li tgawdi AC bħala ħaddiema li eżerċitat id-dritt ta’ moviment liberu tagħha.

    97.

    L-Artikolu 45(2) TFUE jipprovdi li l-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema “jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.”

    98.

    It-trattament differenzjat tal-ġenitur tal-ħaddiem mobbli tal-UE fir-rigward tal-ġenituri ta’ ħaddiema li huma ċittadini tal-Istat ospitanti jista’ jinftiehem bħala diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikolu 45(2) tat-TFUE?

    99.

    Dik id-dispożizzjoni tat-Trattat ġiet implimentata u ċċarata iktar permezz tar-Regolament dwar il-Ħaddiema. L-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li ħaddiem li huwa ċittadin tal-UE għandu “jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali” fi Stat Membru ieħor ( 49 ).

    100.

    Dan iqajjem il-kwistjoni dwar jekk benefiċċju soċjali li jirċievi ġenitur ta’ ħaddiem jistax jitqies bħala vantaġġ soċjali favur dan il-ħaddiem.

    101.

    Din id-domanda għandha tingħata risposta fl-affermattiv għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ “vantaġġ soċjali” fir-Regolament dwar il-Ħaddiema ( 50 ). Din tkopri “l-vantaġġi kollha li, marbuta jew le ma’ kuntratt ta’ impjieg, huma ġeneralment irrikonoxxuti lill-ħaddiema nazzjonali, prinċipalment minħabba l-kwalità oġġettiva tagħhom ta’ ħaddiem jew minħabba s-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u li l-estensjoni tagħhom għall-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra tidher għalhekk li tista’ tiffaċilita l-mobbiltà tagħhom fi ħdan l-Unjoni u, għaldaqstant, l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti l-vantaġġi kollha li, kemm jekk huma marbuta ma’ kuntratt ta’ impjieg jew le, jingħataw lill-ħaddiema nazzjonali b’mod ġenerali, primarjament minħabba l-istatus oġġettiv tagħhom bħala ħaddiema jew bis-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u li għalhekk jidher xieraq li jiġi estiż għal ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tagħhom fl-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti”. ( 51 )

    102.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonfermat li dan il-kunċett jista’ jinkludi benefiċċju soċjali bħal allowance għal persuni b’diżabbiltà ( 52 ). Hija kkonfermat ukoll li l-frażi “vantaġġi soċjali” fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema jista’ japplika għall-benefiċċji, li fl-istess ħin jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, bħall-allowance għal persuni b’diżabbiltà diskussa fil-kawża preżenti ( 53 ).

    103.

    It-tieni, il-frażi “vantaġġ soċjali” tal-ħaddiem jinkludi wkoll benefiċċju soċjali, bħal allowance għal persuni b’diżabbiltà, meta jingħata lill-ġenitur tal-ħaddiem u mhux lill-ħaddiem innifsu.

    104.

    Oriġinarjament il-Qorti tal-Ġustizzja llimitat il-frażi “vantaġġi soċjali” għal benefiċċji mogħtija lill-ħaddiema stess ( 54 ), iżda l-ġurisprudenza nbidlet wara s-sentenza Lebon. Minn din is-sentenza jirriżulta li benefiċċju mogħti lil dixxendent dirett jista’ jikkostitwixxi “vantaġġ soċjali” tal-ħaddiem jekk dan id-dixxendent jingħata manteniment mill-ħaddiem ( 55 ).

    105.

    Fil-fehma tiegħi, l-istess loġika hija applikabbli għall-axxendenti dipendenti. GV hija dipendenti fuq AC. Dak li ma tiksibx mill-assistenza pubblika neċessarjament jiġi pprovdut minn AC. Fi kliem ieħor, jekk GV tirċievi l-allowance għal persuni b’diżabbilità, dan il-ħlas itaffi s-sitwazzjoni ta’ AC ukoll ( 56 ). Jekk, għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Irlandiżi jiċħdu tali assistenza lil ommha, AC titqiegħed f’pożizzjoni żvantaġġata meta mqabbla mal-ħaddiema Irlandiżi f’sitwazzjoni simili.

    106.

    Sabiex jiġi evalwat tqegħditx f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ, AC għandha titqabbel ma’ ħaddiema li huma ċittadini Irlandiżi. Dawn il-ħaddiema jista’ jkollhom ukoll ġenituri li huma ċittadini tal-Unjoni, iżda ma jkunux ċittadini Irlandiżi u li jistgħu jiġu rrifjutati lilhom benefiċċji għal persuni b’diżabbilità jekk joqogħdu f’dak l-Istat għal inqas minn ħames snin ( 57 ). Madankollu, fil-biċċa l-kbira tas-sitwazzjonijiet, il-ġenituri tal-ħaddiema Irlandiżi jkunu wkoll ċittadini Irlandiżi u, għalhekk, intitolati li jitolbu l-allowance għal persuni b’diżabbiltà. F’dan ir-rigward, id-diskriminazzjoni ta’ AC li tirriżulta mill-fatt li ommha ma tistax tapplika għall-allowance għal persuni b’diżabbiltà tista’ tiġi kklassifikata bħala diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tal-vantaġġi soċjali li jgawdu minnhom il-ħaddiema nazzjonali.

    107.

    Finalment, ġurisprudenza konsistenti tikkonferma li l-membri tal-familja dipendenti huma l-benefiċjarji indiretti tal-ugwaljanza fit-trattament mogħti lill-ħaddiema mobbli tal-UE fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema ( 58 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà nkludiet axxendenti diretti fil-grupp ta’ tali benefiċjarji indiretti ( 59 ).

    108.

    Anki jekk ikunu benefiċjarji indiretti biss tad-dritt tal-ħaddiem għal ugwaljanza fit-trattament, qraba dipendenti jistgħu jitolbu benefiċċji soċjali f’isimhom proprju ( 60 ). Għalhekk, l-argumenti mressqa mill-konvenuti u mill-Gvernijiet tal-Istati Membri parteċipanti li d-dritt ta’ AC għal ugwaljanza fit-trattament huwa rrilevanti peress li GV applikat f’isimha proprju.

    109.

    L-interpretazzjoni ssuġġerita tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema tippromwovi l-moviment liberu tal-ħaddiema, peress li tiżgura, kif iddikjarat reċentement mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħolqien tal-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-integrazzjoni tal-membri tal-familja tal-ħaddiema tal-UE li għamlu użu minn dik il-libertà u ħadmu fl-Istat Membru ospitanti ( 61 ).

    110.

    Bħala konklużjoni, l-axxendenti diretti dipendenti ta’ ħaddiem mobbli tal-UE għalhekk jiksbu dritt li jitolbu benefiċċji, li jista’ jitqies bħala vantaġġ soċjali għall-ħaddiem tal-UE li jkunu dipendenti fuqu, fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema.

    111.

    Għalhekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ dipendenza ta’ GV fuq AC, GV tista’ tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 45(2) TFUE moqri fid-dawl tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema sabiex, bħala benefiċjarju indirett tad-dritt ta’ bintha għal ugwaljanza fit-trattament, titlob benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja, bħall-allowance għal persuni b’diżabbiltà f’dan il-każ.

    112.

    Għalhekk, il-moviment liberu tal-ħaddiema u r-Regolament dwar il-Ħaddiema diġà fihom risposta għat-tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju. Madankollu, issa se nħares lejn il-possibbiltà li nirrispondi d-domanda tal-qorti tar-rinviju fir-rigward tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    b)   Ugwaljanza fit‑trattament ta’ GV bħala bażi għal dritt biex tintalab allowance għal persuni b’diżabbiltà

    113.

    L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jistipula li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jirrisjedu fuq il-bażi ta’ din id-direttiva fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu minn ugwaljanza fit-trattament maċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat.

    114.

    Il-ġurisprudenza ċċarat li ċittadin tal-Unjoni jista’ jitlob ugwaljanza fit-trattament bħal ċittadini tal-Istat Membru ospitanti jekk ir-residenza tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ( 62 ).

    115.

    Peress li GV hija l-axxendent dipendenti ta’ ħaddiem mobbli tal-UE, kif spjegat fl-ewwel parti ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija tikkonforma mal-kundizzjonijiet tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza u għalhekk tgawdi minn dritt idderivat ta’ residenza fl-Irlanda. Konsegwentement hija intitolata għal ugwaljanza fit-trattament.

    116.

    Id-dritt ta’ GV għal ugwaljanza fit-trattament skont ir-Regolament dwar il-Ħaddiema huwa dritt idderivat ibbażat fuq id-dritt dirett ta’ bintha għal ugwaljanza fit-trattament. Madankollu, GV tgawdi mid-dritt dirett tagħha għal ugwaljanza fit-trattament abbażi tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva. Ladarba jkollha dritt ta’ residenza dderivat, hija takkwista d-dritt dirett tagħha li tiġi ttrattata bl-istess mod bħaċ-ċittadini Irlandiżi. Għalhekk għandha tkun intitolata li titlob allowance għal persuni b’diżabbiltà taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini Irlandiżi.

    117.

    Madankollu, il-konvenuti fil-kawża prinċipali, u l-Gvern Ċek, il-Gvern Daniż u l-Gvern Ġermaniż iqisu li Stat Membru ma huwiex obbligat li jagħti tali allowance jekk min jitlobha jsir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali.

    c)   Kwistjoni ta’ “piż mhux raġonevoli”

    118.

    L-allegazzjoni li GV tista’ tirrappreżenta piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat (iktar ’il quddiem l-“argument tal-piż mhux raġonevoli”) intużat fil-kawża preżenti sabiex jiġu espressi tliet tipi differenti ta’ tħassib. L-ewwel jirrigwarda l-effett restrittiv li l-ftuħ tal-aċċess għall-benefiċċji soċjali jista’ jkollu fuq l-għażliet ta’ politika tal-assistenza tal-Istati Membri. It-tieni kwistjoni hija dwar is-solidarjetà. It-tielet waħda, marbuta mat-tnejn l-oħra, tqis il-biżgħat tal-hekk imsejjaħ “turiżmu tal-assistenza”. Se nanalizza t-tlieta li huma wara xulxin, qabel nikkonkludi li argumenti bbażati fuq dak it-tħassib ma jistgħux jiġu nvokati sabiex jiġi limitat id-dritt ta’ GV għal ugwaljanza fit-trattament, kemm bħala dritt indirett ibbażat fuq id-dritt dirett ta’ bintha li tiġi ttrattata b’mod ugwali bħala ħaddiem mobbli, kif ukoll bħala dritt dirett tagħha għal ugwaljanza fit-trattament li GV kisbet permezz tad-dritt ta’ residenza dderivat tagħha.

    1) Piż mhux raġonevoli bħala tħassib għal sistemi ta’ għajnuna soċjali

    119.

    Huwa inkontestabbli li t-tħassib dwar is-sostenibbiltà tal-politiki soċjali nazzjonali għandu jittieħed bis-serjetà.

    120.

    Fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li “kunsiderazzjonijiet baġitarji jistgħu jkunu l-bażi għall-għażliet ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru u jinfluwenzaw in-natura jew il-portata tal-protezzjoni soċjali miżuri ta’ protezzjoni soċjali li huwa jkun jixtieq li jadotta” ( 63 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet il-possibbiltà li tali kunsiderazzjonijiet jistgħu jiġġustifikaw diskriminazzjoni kontra ħaddiema migranti tal-UE ( 64 ).

    121.

    Peress li l-argument tal-piż mhux raġonevoli ma jistax jintuża bħala ġustifikazzjoni biex jiġu limitati d-drittijiet għal ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema mobbli tal-UE, lanqas ma jista’ jintuża biex jillimita d-dritt idderivat ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-axxendent dipendenti ta’ dan il-ħaddiem, li d-dritt tiegħu li jitlob benefiċċji soċjali huwa vantaġġ soċjali għall-ħaddiem inkwistjoni.

    122.

    L-Irlanda, għalhekk, ma tistax tqis lil GV bħala piż mhux raġonevoli għas-sistema ta’ assistenza soċjali tagħha meta t-talba tagħha għal allowance għal persuni b’diżabbiltà tiġi analizzata fuq il-bażi tad-dritt ta’ bintha li tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-ħaddiema nazzjonali.

    123.

    Fil-fehma tiegħi, ir-risposta hija l-istess jekk is-sitwazzjoni legali ta’ GV tiġi evalwata bħala waħda ta’ axxendent dirett ta’ ħaddiem mobbli tal-UE li jgawdi dritt dirett għal ugwaljanza fit-trattament taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, fuq il-bażi tad-dritt ta’ residenza dderivat tagħha taħt l-Artikolu 7(1)(d) tagħha.

    124.

    Ħa nispjega: il-liġi primarja tagħti drittijiet ta’ moviment liberu (li jinkludu d-dritt ta’ residenza u d-dritt ta’ ugwaljanza fit-trattament) liċ-ċittadini kollha tal-UE, iżda tippermetti li dawn id-drittijiet ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi sekondarja tal-UE jew fil-liġi nazzjonali. Id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza tistabbilixxi l-qafas għall-kundizzjonijiet aċċettabbli tad-drittijiet tal-moviment liberu. Filwaqt li rrikonoxxiet it-tħassib tal-Istati Membri, hija pprevediet li jistgħu jiġu mposti kundizzjonijiet fuq id-drittijiet ta’ residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jiġi evitat li dawn isiru piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti ( 65 ). Għalhekk ippermettiet lill-Istati Membri jillimitaw id-drittijiet ta’ residenza ta’ ċerti kategoriji ta’ ċittadini espressament previsti (iżda mhux ta’ oħrajn), billi ppermettiet l-argument tal-piż mhux raġonevoli bħala ġustifikazzjoni.

    125.

    Madankollu, dan huwa possibbli biss f’sitwazzjonijiet stipulati espressament u fir-rigward biss ta’ ċerti gruppi ta’ ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ekonomikament attivi. Sitwazzjonijiet bħal dawn jikkonċernaw, l-ewwel, lil dawk iċ-ċittadini li d-drittijiet tal-moviment tagħhom huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li għandhom biżżejjed riżorsi biex isostnu lilhom infushom u lill-familji tagħhom (l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza) u lill-istudenti (l-Artikolu 7(1)(c) tagħha). Barra minn dawn is-sitwazzjonijiet, l-argument tal-piż mhux raġonevoli ma jistax jiġi invokat.

    126.

    Għandi nżid li anki fir-rigward tal-limitazzjonijiet tad-drittijiet ta’ residenza ta’ kategoriji speċifikament imsemmija ta’ ċittadini, dawn il-limitazzjonijiet ma jistgħux ikunu awtomatiċi. Minkejja ċertu ammont ta’ kritika akkademika mmirata lejn iċ-ċarezza tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar dawn il-limitazzjonijiet ( 66 ), huwa ċar li l-Istat li jixtieq jibbaża ruħu fuq argument bħal dan l-ewwel irid juri theddid sistemiku għas-sistema ta’ assistenza soċjali tiegħu ( 67 ), u juri wkoll li dan it-theddid jiġġustifika l-limitazzjoni tad-dritt ta’ persuna speċifika f’każ partikolari. Għalhekk, meta jagħżlu li jiddependu fuq l-argument tal-piż mhux raġonevoli permess mil-leġiżlatur tal-UE, l-Istati Membri xorta jridu josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità ( 68 ).

    127.

    Il-persuni kollha li jgawdu minn dritt ta’ residenza fuq il-bażi tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza għandhom jiġu ttrattati mill-Istat ospitanti bl-istess mod bħaċ-ċittadini tiegħu stess. L-uniċi derogi għal dan il-prinċipju huma espressament previsti fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza. Peress li hija deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett ( 69 ).

    128.

    L-axxendenti diretti tal-ħaddiema mobbli tal-UE ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    129.

    Id-drittijiet ta’ residenza ta’ axxendenti diretti dipendenti ma jistgħux jiġu limitati bil-ġustifikazzjoni li huma piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali ta’ Stat, u lanqas id-dritt għal ugwaljanza fit-trattament li joħroġ mid-dritt ta’ residenza ma jista’ jiġi limitat għal kwalunkwe raġuni.

    130.

    Fil-fehma tiegħi, dan huwa r-riżultat tal-kunsens leġiżlattiv fil-livell tal-UE dwar il-bilanċ aċċettabbli bejn l-interessi tal-moviment liberu u t-tħassib għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tal-Istati Membri. It-tħassib leġittimu tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ assistenza soċjali tagħhom, kif iddikjarat mill-Kummissjoni, ittieħed inkunsiderazzjoni matul il-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    131.

    L-eżitu ta’ dan il-kunsens leġiżlattiv jikkostitwixxi s-sitwazzjoni attwali li abbażi tagħha, la l-ħaddiema mobbli tal-UE, u lanqas l-axxendenti diretti dipendenti ma jistgħu jitqiesu li huma piż mhux raġonevoli mill-Istat ospitanti. Fi kliem ieħor, tali membri tal-familja huma piż (ir)raġonevoli bl-istess mod kif iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat huma piż (ir)raġonevoli.

    132.

    F’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw is-sistemi ta’ assistenza soċjali tagħhom kif jidhrilhom xieraq. Huma jistgħu jagħżlu liema tipi ta’ allowances joffru, jew jistgħu jiddeċiedu li jneħħu allowance eżistenti jew li jnaqqsu l-ammont tagħha. Madankollu, meta jagħmlu dawk l-għażliet, l-Istati Membri jridu jinkludu membri tal-familja dipendenti ta’ ħaddiema mobbli tal-UE li huma residenti f’pajjiżhom bħala fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ta’ politika tagħhom.

    133.

    Għalhekk, l-Irlanda ma tistax tikkunsidra li GV hija piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tagħha meta t-talba tagħha għall-allowance għal persuni b’diżabbiltà hija analizzata fuq il-bażi tad-dritt dirett tagħha għal ugwaljanza fit-trattament li jirriżulta mid-dritt ta’ residenza dderivat tagħha.

    2) Piż mhux raġonevoli bħala kwistjoni ta’ solidarjetà

    134.

    It-tieni mod li bih jista’ jinftiehem l-argument dwar il-piż mhux raġonevoli huwa f’termini ta’ solidarjetà, meqjusa bħala r-rieda ta’ parteċipazzjoni fil-qsim tal-piż. Din is-solidarjetà hija normalment ibbażata fuq l-appartenenza għal komunità, kemm jekk tkun nazzjonali, professjonali, familjari jew Ewropea ( 70 ), li tippermetti l-esklużjoni ta’ dawk li ma humiex membri tal-komunità, peress li l-qsim tal-piż magħhom huwa pperċepit bħala mhux raġonevoli ( 71 ).

    135.

    F’dan ir-rigward, il-konvenuti jsostnu li l-axxendenti diretti dipendenti għandhom ikunu eliġibbli għal benefiċċji soċjali bħall-allowance għal persuni b’diżabbiltà biss ladarba jiksbu status ta’ residenza permanenti, iżda mhux matul l-ewwel ħames snin tas-soġġorn tagħhom fl-Istat ospitanti. Fil-fehma tagħhom, dan huwa rifless fl-istruttura tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, li tiddistingwi bejn soġġorni qosra fil-pajjiż sa tliet xhur ( 72 ), soġġorni itwal minn tliet xhur ( 73 ), u, finalment, status ta’ residenza permanenti, li jista’ jinkiseb wara ħames snin ta’ residenza fl-Istat ospitanti ( 74 ). Fil-fehma tal-konvenuti, matul l-ewwel ħames snin il-membri tal-familja għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-ħaddiema mobbli tal-UE li ngħaqdu magħhom fl-Istat ospitanti u ma għandhomx iwasslu sabiex il-kontribwenti f’dak l-Istat iħallsu l-ispejjeż assoċjati ma’ dawk il-membri tal-familja.

    136.

    Fil-fatt, id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza tirrikonoxxi sistema gradwali ta’ drittijiet ibbażata fuq it-tul ta’ soġġorn fl-Istat ospitanti ( 75 ). Madankollu, dan ma jirriflettix il-“gradazzjoni ta’ solidarjetà”. Dik id-direttiva ma tipprevedix li d-drittijiet tal-qraba diretti dipendenti taċ-ċittadin mobbli tal-Unjoni jistgħu jiġu limitati wara t-tliet xhur tas-soġġorn tagħhom fl-Istat ospitanti ( 76 ).

    137.

    L-ugwaljanza fit-trattament tal-axxendenti diretti fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-benefiċċji soċjali effettivament tippromwovi l-integrazzjoni gradwali tagħhom stess fis-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti ( 77 ).

    138.

    Id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza kif ukoll ir-Regolament dwar il-Ħaddiema għalhekk jirriflettu “ċerta solidarjetà finanzjarja taċ-ċittadini ta’ dan l-Istat ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra”, li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet fis-sentenza fundamentali tagħha Grzelczyk ( 78 ).

    139.

    Fl-aħħar nett, ma għandux jintesa lanqas li, skont l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 883/2004, benefiċċju bħal allowance għal persuni b’diżabbiltà jista’ jintalab biss fl-Istat Membru ta’ residenza (ara l-punt 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Fi kliem ieħor, kieku dak it-tip ta’ benefiċċju speċjali ta’ natura mhux kontributorja kien jeżisti fir-Rumanija, GV ma kinitx tkun tista’ titolbu minn dak l-Istat peress li hija tgħix l-Irlanda.

    140.

    Għalhekk, l-Irlanda ma tistax tqis lil GV bħala piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tagħha għax ma kinitx tagħmel parti mis-soċjetà tagħha għal żmien biżżejjed biex timmerita solidarjetà.

    3) Piż mhux raġonevoli u turiżmu tal-assistenza

    141.

    Fl-aħħar nett, nixtieq nindirizza tħassib addizzjonali espress mill-Gvernijiet tal-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fil-proċeduri preżenti, iżda li jeżisti wkoll fil-ħajja politika tal-UE kif ukoll fid-dottrina legali. Dan huwa relatat mal-biża’ tal-hekk imsejjaħ, “turiżmu tal-assistenza”. L-Istati Membri, speċjalment dawk b’livelli ogħla ta’ protezzjoni soċjali, esprimew tħassib dwar iċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħżlu li jmorru jgħixu f’dawk il-pajjiżi biss sabiex jibbenefikaw mis-sistemi ta’ assistenza soċjali tagħhom ( 79 ). Dik il-prattika, meqjusa spiss bħala abbuż tad-drittijiet tal-moviment liberu, ġiet indirizzata fis-sentenza Dano ( 80 ). Din il-kawża stabbilixxiet li ċittadini tal-Unjoni ekonomikament inattivi li eżerċitaw il-libertà ta’ moviment tagħhom biss bil-għan li jirċievu assistenza soċjali fl-Istat ospitanti ma jistgħux jibbenefikaw minn ugwaljanza fit-trattament skont id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza ( 81 ).

    142.

    Jista’ jseħħ dan l-abbuż meta ċ-ċittadin ekonomikament inattiv jikseb id-dritt tiegħu ta’ residenza u d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament mill-moviment ta’ ħaddiem mobbli tal-UE, li huwa ċittadin ekonomikament attiv? Wieħed jista’ possibbilment jimmaġina sitwazzjoni li fiha ċittadin tal-Unjoni ddeċieda li jaħdem (jew li jibda jaħdem għal rasu) fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu biss sabiex jippermetti lill-axxendent(i) dirett(i) tiegħu jitlob/jitolbu assistenza soċjali fl-Istat ospitanti. Anki f’xenarju improbabbli bħal dan ( 82 ), iċ-ċittadin tal-UE li mid-dritt tiegħu huwa dderivat l-istatus ta’ benefiċjarju tad-dipendenti dirett ikun ħaddiem fl-Istat ospitanti. Il-moviment ta’ ċittadin lejn Stat Membru ieħor sabiex jaħdem ma jistax jitqies bħala abbuż, iżda pjuttost bħala eżerċizzju tad-dritt fundamentali bbażat fuq it-Trattat. Jekk persuna tidħol fl-Istat ospitanti biss bħala persuna li qiegħda tfittex xogħol, l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza jippermetti lill-Istati Membri jeskludu lilha u lill-membri tal-familja tagħha mid-dritt għal ċerti benefiċċji tal-assistenza soċjali, iżda mhux neċessarjament għall-benefiċċji kollha, bħal pereżempju benefiċċji tas-sigurtà soċjali ( 83 ). Madankollu, meta d-drittijiet tal-membri tal-familja jkunu bbażati fuq id-drittijiet ta’ ħaddiem mobbli tal-UE, ma narax kif wieħed jista’ jsostni li dak il-ħaddiem iċċaqlaq biss bil-għan li jirċievi assistenza soċjali.

    143.

    Minkejja l-fatt li ma nistax nimmaġinah, ma nistax neskludi għal kollox il-possibbiltà ta’ abbuż. Għal sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Artikolu 35 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, li ġie adottat speċifikament sabiex jipprevjeni r-riskju ta’ abbuż, kif ukoll il-ġurisprudenza Dano jistgħu jintużaw biex jipprevjenu l-materjalizzazzjoni ta’ tali riskju.

    144.

    Is-sitwazzjoni fil-kawża preżenti ma tidhirx li tqajjem tali tħassib. AC diġà ilha taħdem u tgħix fl-Irlanda għal perijodu ta’ żmien twil. Hija stabbilixxiet rabtiet qawwija mas-soċjetà Irlandiża, li huma evidenti mill-fatt li kisbet in-nazzjonalità Irlandiża fis‑17 ta’ Lulju 2015 ( 84 ). Huwa diffiċli li wieħed jemmen li dan kollu kien ippjanat biss bl-iskop li ġġib lil ommha l-Irlanda sabiex titlob benefiċċju soċjali ( 85 ).

    145.

    L-argumenti ta’ hawn fuq, meħuda flimkien jew separatament, iwasslu għall-konklużjoni li, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza fit-trattament ( 86 ), il-kunċett ta’ piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ma jikkostitwixxix raġuni valida għal Stat Membru sabiex jirrifjuta l-aċċess għal benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja lil axxendenti diretti dipendenti ta’ ħaddiema mobbli tal-UE.

    146.

    Konsegwentement, nikkunsidra li l-Artikolu 45(2) TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema u l-Artikolu 21(1) TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikolu 24(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-aċċess għal benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja għal axxendent dirett ta’ ħaddiem mobbli tal-UE, li jgawdi minn dritt ta’ residenza dderivat fuq il-bażi tad-dipendenza tagħhom fuq dak il-ħaddiem, u li jkun irrisjeda legalment għal iktar minn tliet xhur fl-Istat ta’ residenza, għar-raġuni li l-ħlas ta’ tali benefiċċju jirrendi lill-membru tal-familja kkonċernat piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali ta’ dak l-Istat.

    V. Konklużjoni

    147.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Court of Appeal (Ireland) (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda) kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 21 TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikoli 2(2)(d) u 7(1)(d) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri

    għandu jiġi interpretat fis-sens li

    l-kundizzjoni ta’ dipendenza tal-axxendent dirett fuq ħaddiem mobbli tal-UE hija meħtieġa sakemm id-dritt ta’ residenza ta’ dan l-axxendent ikun idderivat mid-dritt ta’ moviment liberu eżerċitat mill-ħaddiem.

    (2)

    L-Artikolu 21 TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikoli 2(2)(d) u 7(1)(d) tad-Direttiva 2004/38,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li

    talba għal benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja mill-qarib dirett fil-linja axxendenti ta’ ċittadin mobbli tal-Unjoni, ma ttemmx id-dipendenza ta’ dak il-qarib fuq il-ħaddiem u għalhekk ma tbiddilx id-dritt ta’ residenza dderivat ta’ dak il-qarib.

    (3)

    L-Artikolu 45(2) TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u l-Artikolu 21(1) TFUE, kif ikkonkretizzat mill-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38,

    għandu jiġi interpretat fis-sens

    jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-aċċess għal benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja għal axxendent dirett ta’ ħaddiem mobbli tal-UE, li jgawdi minn dritt ta’ residenza dderivat fuq il-bażi tad-dipendenza tagħhom fuq dak il-ħaddiem, u li jkun irrisjeda legalment għal iktar minn tliet xhur fl-Istat ta’ residenza, għar-raġuni li l-ħlas ta’ tali benefiċċju jirrendi lill-membru tal-familja kkonċernat piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali ta’ dak l-Istat.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.

    ( 2 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑18 ta’ Ġunju 1987, Lebon (316/85, EU:C:1987:302, iktar ’il quddiem is-sentenza “Lebon”); tas‑26 ta’ Frar 1992, Bernini (C‑3/90, EU:C:1992:89); tat‑8 ta’ Ġunju 1999, Meeusen (C‑337/97, EU:C:1999:284); tas‑17 ta’ Settembru 2002, Baumbast u R (C‑413/99, EU:C:2002:493); tat‑8 ta’ Mejju 2013, Alarape u Tijani (C‑529/11, EU:C:2013:290); tal‑20 ta’ Ġunju 2013, Giersch et (C‑20/12, EU:C:2013:411); tas‑16 ta’ Jannar 2014, Reyes (C‑423/12, EU:C:2014:16, iktar ’il quddiem is-sentenza “Reyes”); tal‑15 ta’ Diċembru 2016, Depesme et (C‑401/15 sa C‑403/15, EU:C:2016:955, iktar ’il quddiem is-sentenza “Depesme”) u s-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2019, SM (Wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina) (C‑129/18, EU:C:2019:248).

    ( 3 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑17 ta’ April 1986, Reed (59/85, EU:C:1986:157); tat‑30 ta’ Marzu 2006, Mattern u Cikotic (C‑10/05, EU:C:2006:220); tal‑25 ta’ Lulju 2008, Metock et (C‑127/08, EU:C:2008:449); tat‑12 ta’ Marzu 2014, O. u B. (C‑456/12, EU:C:2014:135); tas‑16 ta’ Lulju 2015, Singh et (C‑218/14, EU:C:2015:476); tat‑30 ta’ Ġunju 2016, NA (C‑115/15, EU:C:2016:487); tal‑14 ta’ Novembru 2017, Lounes (C‑165/16, EU:C:2017:862, iktar ’il quddiem is-sentenza “Lounes”); tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Coman et (C‑673/16, EU:C:2018:385) u tat‑12 ta’ Lulju 2018, Banger (C‑89/17, EU:C:2018:570).

    ( 4 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72). Skont l-Artikolu 70(2) ta’ dan ir-Regolament, dawn il-benefiċċji għandhom tliet karatteristiċi ewlenin. Dawn (1) huma maħsuba sabiex ikopru spejjeż tal-għajxien għal persuni li ma jistgħux ikopru dawk l-ispejjeż huma stess; (2) ma humiex iffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet, iżda permezz ta’ dħul mit-taxxa; (3) huma msemmija fl-Anness X tar-Regolament Nru 883/2004.

    ( 5 ) Ara l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 883/2004.

    ( 6 ) Ara l-Artikolu 210(1)(a) tal-Att Ikkonsolidat tal‑2005 dwar l-Assistenza Soċjali.

    ( 7 ) Ara l-Artikolu 210(9) tal-Att Ikkonsolidat tal‑2005 dwar l-Assistenza Soċjali.

    ( 8 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46, iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza”).

    ( 9 ) Ir-Regolament 6 tar-Regolamenti tal‑ 2015 jikkonċerna d-dritt ta’ residenza għal perijodi itwal minn tliet xhur. Dan jittrasponi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, inkluż is-subparagrafu (d) tiegħu, fil-liġi Irlandiża.

    ( 10 ) Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1, “ir-Regolament dwar il-Ħaddiema”).

    ( 11 ) Ara, għal dan il-għan, is-sentenza Lounes, punt 61 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.

    ( 12 ) Sentenza Lounes, punti 52 u 53.

    ( 13 ) Ir-Regolament dwar il-Ħaddiema jirregola, inter alia, l-ugwaljanza fit-trattament ta’ ħaddiem, li huwa ċittadin ta’ Stat Membru wieħed, iżda li jaħdem fi Stat Membru ieħor, differenti mill-Istat tan-nazzjonalità tiegħu. Bħad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, għalhekk ma japplikax għad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Istat tan-nazzjonalità tagħhom stess. Għalhekk, ma jistax jirregola d-drittijiet ta’ AC, li għandha nazzjonalità Irlandiża, fl-Irlanda. Madankollu, bl-istess loġika, kif spjegat fir-rigward tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, id-drittijiet ta’ persuna li użat il-libertà tal-moviment tagħha sabiex tikseb impjieg fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità oriġinali tagħha, li jirriżultaw direttament mill-Artikoli 45 u 21(1) TFUE ma jistgħux ikunu limitati biss għaliex dik il-persuna tkun kisbet ukoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ospitanti.

    ( 14 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑5 ta’ Mejju 2011, McCarthy (C‑434/09, EU:C:2011:277, punt 24) u tal‑20 ta’ Ottubru 2022, Digi (C‑77/21, mhux ippubblikata, EU:C:2022:805, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 15 ) Ara r-Regolament 3(5)(b) tar-Regolamenti tal‑2015 li jiddefinixxi membri tal-familja kwalifikati bl-istess mod (kważi kelma b’kelma) bħall-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    ( 16 ) Ara r-Regolament 6(3)(a) tar-Regolamenti tal‑2015 li jittrasponi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza, relatat mad-dritt ta’ residenza għal kwalunkwe perijodu itwal minn tliet xhur.

    ( 17 ) Huwa jimponi dak l-obbligu billi jipprovdi li persuna żżomm id-dritt ta’ residenza sakemm tissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti li fuqhom hija bbażata r-residenza, fosthom id-dispożizzjoni li tittrasponi l-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    ( 18 ) Il-parteċipanti kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja jaqblu li, peress li l-kawża prinċipali tikkonċerna ċittadin tal-Unjoni u mhux ċittadin ta’ pajjiż terz, ir-referenza għall-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza għandha titqies bħala żball klerikali u d-domanda għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-Artikolu 7(1)(d) ta’ din id-Direttiva.

    ( 19 ) Sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2007, Jia (C‑1/05, EU:C:2007:1, iktar ’il quddiem Jia punt 37).

    ( 20 ) Reyes, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata.

    ( 21 ) Is-sentenza Jia kienet tikkonċerna t-talba għal permess ta’ residenza mill-ġenituri ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, ta’ konjuġi ta’ ċittadina tal-Unjoni li kienet qed tuża d-drittijiet tagħha ta’ moviment. Reyes kienet tikkonċerna applikazzjoni għal permess ta’ residenza mid-dixxendent ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, ta’ konjuġi ta’ ċittadin tal-UE li kien qed juża d-dritt tiegħu ta’ moviment.

    ( 22 ) Dik l-istess persuna tista’ takkwista dritt ta’ residenza dirett, għall-kuntrarju tad-dritt ta’ residenza dderivat ibbażat fuq id-dipendenza, permezz ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza. Pereżempju, dan jista’ jseħħ wara ħames snin ta’ residenza fl-Istat ospitanti (l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva), jew jekk dak il-membru tal-familja jsir ekonomikament attiv billi jikseb impjieg jew jibda jaħdem għal rasu fl-Istat ospitanti (l-Artikolu 7(1)(a) tal-istess direttiva).

    ( 23 ) Sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2019, SM (Wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina) (C‑129/18, EU:C:2019:248, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 24 ) L-istess jgħodd ukoll għall-qraba diretti dixxendenti.

    ( 25 ) Fir-rigward tad-dixxendenti diretti, id-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza (l-Artikolu 2(2)(c)) awtomatikament tikkunsidrahom dipendenti jekk ikollhom inqas minn 21 sena, iżda tippermetti l-possibbiltà li jibqgħu dipendenti wkoll wara dik l-età.

    ( 26 ) Ir-Regolament tal-Kunsill tal‑15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).

    ( 27 ) Enfasi miżjuda.

    ( 28 ) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, COM (2001) 257 final (ĠU 2001 C 270 E, p. 150).

    ( 29 ) Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 6/2004 tal‑5 ta’ Diċembru 2003 adottata mill-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU 2004, C 54 E, p. 12). L-Artikolu (2)(2)(d) ta’ dik il-verżjoni tat-test kienet taqra “qraba diretti dipendenti fil-linja axxendenti”, mingħajr ebda spjegazzjoni addizzjonali.

    ( 30 ) Ħafna minn dawn il-każijiet kienu jikkonċernaw dixxendenti diretti. Pereżempju, is-sentenza Lebon kienet tikkonċerna bint ħaddiem mobbli tal-UE, li hija stess kienet ċittadina tal-Unjoni. Is-sentenza Reyes kienet tikkonċerna lil, bint (ċittadina ta’ pajjiż terz) ċittadin mobbli tal-UE. Is-sentenza Depesme kienet tikkonċerna l-ulied ta’ konjuġi jew imsieħba rikonoxxuti ta’ diversi ħaddiema fruntalieri mobbli. L-eċċezzjoni hija s-sentenza Jia, li kienet tikkonċerna ġenituri dipendenti.

    ( 31 ) L-unika kwistjoni relatata mal-kunċett ta’ “dipendenza” li l-Qorti tal-Ġustizzja espressament iċċarat f’dawn il-kawżi kienet li l-istatus ta’ membru tal-familja dipendenti huwa r-riżultat ta’ sitwazzjoni fattwali. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Lebon punt 22, is-sentenza Jia punt 35 u s-sentenza Depesme, punt 58.

    ( 32 ) Ara, f’dan ir-rigward, Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, p. 150, punt 2.4. Ara wkoll Meduna, M., Stockwell, N., Geyer, F., Adamo, C., Nemitz, P., “Institutional Report”, f’Neergaard, U., Jacqueson, C., Holst-Christensen, N. (edituri), Union Citizenship, Development, Impact and Challenges, The XXVI FIDE Congress in Copenhagen, 2014, Congress Publications, Copenhagen, 2014, vol. 2, p. 247.

    ( 33 ) L-Artikolu 7 tal-Karta.

    ( 34 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-QEDB tal‑4 ta’ Marzu 2013, Butt vs In‑Norveġja (CE:ECHR:2012:1204JUD004701709, inkluż il-punt 76), fejn din il-qorti ddeċidiet fuq l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li huwa rifless fl-Artikolu 7 tal-Karta.

    ( 35 ) Ara, b’mod analogu, is-sentenza tat‑8 ta’ Marzu 2011, Ruiz Zambrano (C‑34/09, EU:C:2011:124, punti 4243), li fiha, għalkemm f’sitwazzjoni li ma tinvolvix moviment, kien ikkunsidrat li jeżisti dritt ta’ residenza ta’ ġenitur għax inkella t-tifel, ċittadin statiku tal-UE, ikun sfurzat li jitlaq mit-territorju tal-UE. Ara wkoll, iktar reċentement is-sentenza tal‑5 ta’ Mejju 2022, Subdelegación del Gobierno en Toledo (Residenza ta’ membru tal-familja – Riżorsi insuffiċjenti) (C‑451/19 u C‑532/19, EU:C:2022:354, punt 45), li hija bbażata fuq loġika simili.

    ( 36 ) Ara, għal dan il-għan, is-sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2002, Carpenter (C‑60/00, EU:C:2002:434, punt 38) u tal‑25 ta’ Lulju 2008, Metock et (C‑127/08, EU:C:2008:449, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 37 ) Ara, pereżempju, is-sentenza Reyes, punt 23, jew is-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2019, SM (Wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina) (C‑129/18, EU:C:2019:248, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 38 ) Sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2022, Minister for Justice and Equality (Ċittadin ta’ pajjiż terz kuġin ta’ ċittadin tal-Unjoni) (C‑22/21, EU:C:2022:683, punti 2327). Il-ħtiġijiet ta’ appoġġ li ttieħdu inkunsiderazzjoni, minbarra l-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju, kienu l-kundizzjoni tas-saħħa jew rabtiet personali mill-qrib u stabbli, li jirriżultaw, pereżempju, mill-għajxien fl-istess dar.

    ( 39 ) Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU 2014 L 128, p. 8) tipprovdi fil-premessa 1 tagħha li l-espressjoni “Membri tal-familja tagħhom” għandha tinftiehem fl-istess sens, għar-Regolament dwar il-Ħaddiema, tal-frażi kif iddefinita fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza. Dan ġie kkonfermat iktar tard fis-sentenza Depesme, punti 51 sa 55) u fis-sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Caisse pour l’avenir des enfants (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier) (C‑802/18, EU:C:2020:269, punt 51).

    ( 40 ) Fil-fatt, matul is-seduta, l-Istati Membri intervenjenti ammettew li, irrispettivament mill-ħlas tal-allowance tad-diżabbiltà, id-dimensjonijiet fiżiċi, materjali u emozzjonali tad-dipendenza bejn AC u GV xorta jibqgħu jippersistu.

    ( 41 ) Sentenza Lebon, punt 20.

    ( 42 ) Għar-referenzi rilevanti, ara l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 107 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 43 ) Dan l-argument tressaq ukoll mill-Imħallef Garrett Simons (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) fis-sentenza tal-ewwel istanza fil-kawża prinċipali. Simons, J. qies li “[m]a hemm l-ebda rekwiżit taħt l-Artikolu 7(1)(a) jew 7(1)(d) (ta’ dik id-Direttiva) għal awtosuffiċjenza fil-każ ta’ ħaddiem u membru tal-familja dipendenti”, sentenza tad‑29 ta’ Mejju 2020 il-Qorti Għolja (l‑Irlanda GV vs Chief Appeals Officer, Social Welfare Appeals Office, [2020] IEHC 258, punt 76.

    ( 44 ) Fuq din il-kwistjoni, ara l-punti 118 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 45 ) Ara, pereżempju, MacCormick, N., Rhetoric and the Rule of Law, Theory of Legal Reasoning, Oxford University Press, Oxford, 2005, p. 138.

    ( 46 ) Ara, hawn fuq, il-punt 37 tal-Konklużjonijiet preżenti.

    ( 47 ) Din il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità hija waħda mill-pedamenti tad-dritt tal-UE. Illum hija espressa fl-Artikolu 18 TFUE, u hija parti mid-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat relatati mal-libertajiet fundamentali. Hija rreplikata wkoll fl-Artikolu 21(2) tal-Karta.

    ( 48 ) Għażilt din l-ordni għax, mill-introduzzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE fit-Trattati, il-moviment liberu tal-ħaddiema jista’ jinftiehem bħala l-espressjoni speċifika tagħha. Kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja “l-Artikolu 21(1) TFUE, li jistipula b’mod ġenerali d-dritt, għal kull ċittadin tal-Unjoni, li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri, jiġi espress speċifikament fl-Artikolu 45 TFUE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema […]”, sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, MH u ILA (Drittijiet għall-pensjoni fil-falliment) (C‑168/20, EU:C:2021:907, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 49 ) L-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Ħaddiema qabel kien l-Artikolu 7(2) tal-predeċessur tiegħu, ir-Regolament Nru 1612/68. Għalhekk, il-ġurisprudenza relatata ma’ dan ir-regolament hija rilevanti sabiex jinftiehem il-kunċett ta’ “vantaġġ soċjali” fir-regolament attwali. Għal dan il-għan, ara s-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Jobcenter Krefeld (C‑181/19, EU:C:2020:794, punt 34).

    ( 50 ) Sentenza tat‑30 ta’ Settembru 1975, Cristini (32/75, EU:C:1975:120, punt 12).

    ( 51 ) Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Jobcenter Krefeld (C‑181/19, EU:C:2020:794, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). Din hija frażi permanenti ripetuta fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sa mis-sentenza tal‑31 ta’ Mejju 1979, Even u ONPTS (207/78, EU:C:1979:144, punt 22).

    ( 52 ) Sentenzi tas‑27 ta’ Mejju 1993, Schmid (C‑310/91, EU:C:1993:221, punt 18) u tal‑5 ta’ Mejju 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑206/10, EU:C:2011:283, punt 34).

    ( 53 ) Ara, għal dan il-għan, is-sentenza tas‑27 ta’ Mejju 1993, Schmid, (C‑310/91, EU:C:1993:221, punt 17), kif ukoll tat‑2 ta’ April 2020, Caisse pour l’avenir des enfants (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier) (C‑802/18, EU:C:2020:269, punti 4546).

    ( 54 ) Sentenza tal‑11 ta’ April 1973, Michel S. (76/72, EU:C:1973:46, punt 9).

    ( 55 ) F’din il-kawża, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet għall-kuntrarju, li l-benefiċċju inkwistjoni ma kienx jikkostitwixxi vantaġġ ta’ ħaddiem, peress li missier l-applikant ma kienx għadu jipprovdi mantenimenti lid-dixxendent tiegħu. Ara s-sentenza Lebon, punt 13.

    ( 56 ) Spaventa, E.(editur), Rennuy, N., Minderhoud, P., The legal status and rights of the family members of EU mobile workers, Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Direttorat E – Mobbiltà tal-Ħaddiema u Affarijiet Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022 p. 17.

    ( 57 ) Din hija, fil-fatt, is-sitwazzjoni ta’ AC wara n-naturalizzazzjoni tagħha. Madankollu, jista’ jkun hemm ukoll ċittadini Irlandiżi li kisbu dik in-nazzjonalità bit-twelid, iżda li l-ġenituri tagħhom ma humiex ċittadini Irlandiżi.

    ( 58 ) Fir-rigward ta’ dixxendent dipendenti ta’ ħaddiem migrant, ara, is-sentenza Lebon, punt 12, u s-sentenzi tas‑26 ta’ Frar 1992, Bernini (C‑3/90, EU:C:1992:89, punt 26); u tat‑2 ta’ April 2020, PF et (C‑830/18, EU:C:2020:275, punt 26). Fir-rigward ta’ konjuġi ta’ ħaddiem migranti, ara s-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2009, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑269/07, EU:C:2009:527, punt 65).

    ( 59 ) Sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 1984, Castelli (261/83, EU:C:1984:280, punt 10); tas‑6 ta’ Ġunju 1985, Frascogna (157/84, EU:C:1985:243, punt 23) u tad‑9 ta’ Lulju 1987, Frascogna (256/86, EU:C:1987:359, punt 6).

    ( 60 ) Sentenza Lebon, punt 13.

    ( 61 ) Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Jobcenter Krefeld (C‑181/19, EU:C:2020:794, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 62 ) Sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2014, Dano (C‑333/13, EU:C:2014:2358, punt 69).

    ( 63 ) Sentenza tal‑14 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑542/09, EU:C:2012:346, punt 57).

    ( 64 ) Ibid. Ara wkoll is-sentenzi tal‑20 ta’ Ġunju 2013, Giersch et (C‑20/12, EU:C:2013:411, punti 51 u 52), u tal‑24 ta’ Ottubru 2013, Thiele Meneses (C‑220/12, EU:C:2013:683, punt 43).

    ( 65 ) Il-premessa 10 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    ( 66 ) Ara, pereżempju, Verschueren, H., “Free Movement or Benefit Tourism: The Unreasonable Burden of Brey”, European Journal of Migration and Law, Vol. 16, 2014, p. 147 sa 179; Thym, D., “The Elusive Limits of Solidarity: Residence Rights of and Social Benefits for Economically Inactive Union Citizens”, CMLRev Vol. 52, 2015, pp. 17 sa 50, p. 28.

    ( 67 ) Sabiex tali argument jitqies bħala ġustifikazzjoni possibbli tal-limiti imposti fuq id-drittijiet tal-moviment, l-Istat Membru li jinvoka l-argument tal-piż mhux raġonevoli għandu jissostanzja li hemm theddida ġenwina għas-sistema ta’ assistenza soċjali tiegħu billi jissottometti data solida u konsistenti f’dan ir-rigward. Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑13 ta’ April 2010, Bressol et (C‑73/08, EU:C:2010:181, punt 71). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawżi magħquda Prinz (C‑523/11 u C‑585/11, EU:C:2013:90, punti 61 sa 64).

    ( 68 ) Ara u qabbel, Dougan, M., “The constitutional dimension to the case-law on Union citizenship”, E.L.Rev., Vol. 31(5), 2006, pp. 613 sa 641.

    ( 69 ) Sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Familienkasse Niedersachsen-Bremen (C‑411/20, EU:C:2022:602, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 70 ) Supiot, A. La solidarité, Enquête sur un principe juridique, Odile Jacob, Paris, 2015, p. 12; De Witte, F. Justice in the EU, The Emergence of Transnational Solidarity, Oxford University Press, Oxford, 2015, Kapitolu 4 (fejn isir argument speċifiku favur approċċ komunitarju fejn jidħlu benefiċċji minimi ta’ għajxien, bħal benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja, p. 151‑155).

    ( 71 ) Tali interpretazzjoni tal-argument tal-piż irraġonevoli tista’, fil-fehma tiegħi, tispjega l-ġurisprudenza li rrikonoxxiet ir-rekwiżit ta’ rabta ġenwina jew ta’ ċertu grad ta’ integrazzjoni fis-soċjetà tal-Istat ospitanti għall-kisba ta’ drittijiet ta’ residenza u talbiet relatati għal assistenza soċjali bħala ġġustifikat. Ara, pereżempju, fir-rigward ta’ persuni li jfittxu impjieg, is-sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2002, D’Hoop (C‑224/98, EU:C:2002:432, punt 39); tat‑23 ta’ Marzu 2004, Collins (C‑138/02, EU:C:2004:172, punti 67 sa 69); u tal‑4 ta’ Ġunju 2009, Vatsouras u Koupatantze (C‑22/08 u C‑23/08, EU:C:2009:344, punti 3839). Fir-rigward tal-istudenti, ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑15 ta’ Marzu 2005, Bidar (C‑209/03, EU:C:2005:169, punti 6263); tat‑23 ta’ Ottubru 2007, Morgan u Bucher (C‑11/06 and C‑12/06, EU:C:2007:626, punti 4344); tat‑18 ta’ Novembru 2008, Förster (C‑158/07, EU:C:2008:630, punt 54); tat‑18 ta’ Lulju 2013, Prinz u Seeberger (C‑523/11 u C‑585/11, EU:C:2013:524, punt 3637); tal‑24 ta’ Ottubru 2013, Thiele Meneses (C‑220/12, EU:C:2013:683, punt 3536), jew tas‑26 ta’ Frar 2015, Martens (C‑359/13, EU:C:2015:118, punti 36 sa 39).

    ( 72 ) L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    ( 73 ) L-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    ( 74 ) Il-Kapitolu IV tad-Direttiva dwar iċ-Ċittadinanza.

    ( 75 ) Fil-fatt, din is-sistema tirriproduċi, essenzjalment, l-istadji u l-kundizzjonijiet tal-istatus ta’ residenza stabbiliti fid-diversi strumenti tad-dritt tal-Unjoni u tal-ġurisprudenza preċedenti ta’ din id-direttiva. L-appartenenza għal komunità partikolari tista’ għalhekk tilħaq il-qofol tagħha fid-dritt ta’ residenza permanenti. Sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Ziolkowski u Szeja (C‑424/10 u C‑425/10, EU:C:2011:866, punt 38) u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Familienkasse Niedersachsen-Bremen (C‑411/20, EU:C:2022:602, punt 30).

    ( 76 ) Anki matul dak il-perijodu, il-kapaċità li jiġu esklużi testendi biss għal benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja u mhux għal allowances oħra tas-sigurtà soċjali. Dwar dan il-punt, ara s-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Familienkasse Niedersachsen-Bremen (C‑411/20, EU:C:2022:602, punt 53).

    ( 77 ) Ara, pereżempju, is-sentenza Lounes, punt 56.

    ( 78 ) Sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2001, Grzelczyk (C‑184/99, EU:C:2001:458, punt 44). Dwar il-prinċipju ta’ solidarjetà u skemi soċjali, ara, kif diġà ċċitat, is-sentenza tas‑17 ta’ Frar 1993, Poucet u Pistre (C‑159/91 u C‑160/91, EU:C:1993:63).

    ( 79 ) Pereżempju, f’Mejju 2013, il-ministri ta’ erba’ Stati Membri, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ilmentaw dwar il-“frodi u l-abbuż sistematiku b’rabta mal-libertà tal-moviment”. Ara, pereżempju, Blauberger, M. and Schmidt, S. K., “Welfare migration? Free movement of EU citizens and access to social benefits”, Research and Politics October-December 2014: 1 sa 7. Ara wkoll, Pascouau Y., “Strong attack against the freedom of movement of EU citizens: Turning back the clock”, kummentarju fuq is-sit internet taċ-Ċentru tal-Politika Ewropea tat‑30/04/2013.

    ( 80 ) Sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2014, Dano (C‑333/13, EU:C:2014:2358).

    ( 81 ) Ara, għal dan il-għan, l-interpretazzjoni tas-sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2014, Dano (C‑333/13, EU:C:2014:2358) fis-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Jobcenter Krefeld (C‑181/19, EU:C:2020:794, punt 68).

    ( 82 ) Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni fl‑2016 ma sab l-ebda bażi li tissuġġerixxi li l-motivazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni biex jiċċaqilqu hija relatata mal-benefiċċji. Ara, pereżempju, “A fact finding analysis on the impact on the Member States’ social security systems of the entitlements of non-active intra-EU migrants to special non-contributory cash benefits and healthcare granted on the basis of residence”, Rapport finali ppreżentat minn ICF GHK f’assoċjazzjoni ma’ Milieu Ltd., DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni permezz ta’ kuntratt qafas tad-DĠ Ġustizzja, 2013. Ara wkoll Mantu, S. u Minderhoud, P., “Exploring the limits of social solidarity: welfare tourism and EU citizenship”UNIO – EU Law Jounal, Vol. 2(2), 2016, pp 4 sa 19.

    ( 83 ) Sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Familienkasse Niedersachsen-Bremen (C‑411/20, EU:C:2022:602, punt 53).

    ( 84 ) Kif għamluha ċara l-avukati tar-rikorrenti fis-seduta. Skont l-Att dwar in-Nazzjonalità u ċ-Ċittadinanza Irlandiża tal‑1956, fil-verżjoni emendata kkonsolidata tiegħu, din hija l-lista tal-kriterji li persuna adulta, mhux miżżewġa residenti taż-ŻEE jkollha tissodisfa sabiex tiġi nnaturalizzata (l-Artikolu 15 tal-Att): (a) ikollha iktar minn 18‑il sena; (b) tkun persuna ta’ mġiba tajba; (c) perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ sena fl-Istat immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni u, residenza totali ta’ erba’ snin fl-Istat matul it-tmien snin immedjatament qabel dak il-perijodu,; (d) l-intenzjoni, in bona fide, tat-tkomplija ta’ residenza fl-Istat wara n-naturalizzazzjoni; u (e) tkun lesta li tattendi ċerimonja ta’ ċittadinanza u li tagħmel dikjarazzjoni ta’ lealtà.

    ( 85 ) Fir-rigward ta’ dibattitu dwar l-influwenza tal-fatti li huma bbażati fuqhom il-kawżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tiddeċiedi dwarhom, ara Davies, G., “Has the Court changed, or have the cases? The deservingness of litigants as an element in Court of Justice citizenship adjudication”, Journal of European Public Policy, Vol. 25, 2018, pp. 1442 sa 1460.

    ( 86 ) Li huwa, essenzjalment, meta l-kundizzjonijiet ta’ residenza jkunu ssodisfatti.

    Top