This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CC0064
Opinion of Advocate General Ćapeta delivered on 9 June 2022.#Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. v Bank Handlowy w Warszawie S.A.#Request for a preliminary ruling from the Sąd Najwyższy.#Reference for a preliminary ruling – Directive 86/653/EEC – Article 7(1)(b) – Self-employed commercial agents – Transaction concluded with a third party whom the commercial agent has previously acquired as a customer – Remuneration – Whether the agent’s right to commission is mandatory or supplementary.#Case C-64/21.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali T. Ćapeta, ippreżentati fid-9 ta’ Ġunju 2022.
Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Najwyższy.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 7(1)(b) – – Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Tranżazzjoni konkluża ma’ terz li jkun inkiseb bħala klijent preċedentement mill-aġent kummerċjali – Remunerazzjoni – Natura imperattiva jew supplimentari tad-dritt tal-aġent għall-kummissjoni.
Kawża C-64/21.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali T. Ćapeta, ippreżentati fid-9 ta’ Ġunju 2022.
Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Najwyższy.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 7(1)(b) – – Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Tranżazzjoni konkluża ma’ terz li jkun inkiseb bħala klijent preċedentement mill-aġent kummerċjali – Remunerazzjoni – Natura imperattiva jew supplimentari tad-dritt tal-aġent għall-kummissjoni.
Kawża C-64/21.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:453
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
ĆAPETA
ppreżentati fid‑9 ta’ Ġunju 2022 ( 1 )
Kawża C‑64/21
Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k.
vs
Bank Handlowy w Warszawie S.A.
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 7(1)(b) – Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Remunerazzjoni – Dritt għal kummissjoni għal tranżazzjonijiet konklużi matul il-kuntratt ta’ aġenzija ma’ klijenti akkwistati preċedentement mill-aġent kummerċjali għal tranżazzjonijiet tal-istess tip – Regola obbligatorja jew fakultattiva – Possibbiltà ta’ deroga b’kuntratt”
I. Introduzzjoni
1. |
Din il-kawża toriġina minn talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat‑18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom ( 2 ). |
2. |
L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 jipprovdi li aġent kummerċjali jkun intitolat għal kummissjoni fuq tranżazzjonijiet kummerċjali konklużi tul il-perijodu kopert bil-kuntratt ta’ aġenzija meta t-tranżazzjoni tkun ġiet konkluża ma’ parti terza li l-aġent kummerċjali jkun akkwista preċedentement bħala klijent għal tranżazzjonijiet tal-istess tip. Nirreferi għal dan bħala kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija ( 3 ). |
3. |
Il-kwistjoni ewlenija mqajma f’din il-kawża hija jekk l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 għandux jiġi interpretat bħala regola obbligatorja jew fakultattiva u, għalhekk, jekk il-partijiet għall-kuntratt ta’ aġenzija jistgħux, jew le, jitħallew jeskludu d-dritt tal-aġent kummerċjali għall-kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija. |
II. Il‑kuntest ġuridiku
A. Id‑dritt tal‑Unjoni
4. |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 jipprovdi: “Aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għal kommissjoni fuq operazzjonijiet [kummissjoni fuq tranżazzjonijiet] kummerċjali konklużi tul il-perjodu kopert bil-kuntratt ta’ l-aġenzija:
|
B. Id‑dritt Pollakk
5. |
L-Artikolu 761(1) tal-Kodiċi Ċivili ( 4 ), li jittrasponi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 fid-dritt Pollakk, jiddikjara: “L-aġent jista’ jitlob kummissjoni fuq kuntratti konklużi tul il-perijodu kopert bil-kuntratt ta’ aġenzija, jekk dawn ikunu ġew konklużi bħala riżultat tal-attivitajiet tiegħu jew jekk dawn ikunu ġew konklużi ma’ klijent li l-aġent ikun akkwista preċedentement għal kuntratti tal-istess tip.” |
III. Il‑fatti fil‑kawża prinċipali, id‑domandi għal deċiżjoni preliminari magħmula u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja
6. |
Skont id-digriet tar-rinviju, Rigall Arteria Management Sp. z o. o. sp. k. (iktar ’il quddiem, “Rigall Arteria Management”) ikkonkludiet sensiela ta’ kuntratti ta’ aġenzija ma’ Bank Handlowy w Warszawie S.A. (iktar ’il quddiem, “Bank Handlowy”) għall-perijodu bejn l‑1 ta’ Ġunju 1999 u t‑30 ta’ Ġunju 2015. Skont dawk il-kuntratti Rigall Arteria Management u Bank Handlowy kellhom l-istatus ta’ aġent u prinċipal, rispettivament. |
7. |
Il-kuntratt ta’ aġenzija kien dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, li kien jinkludi intermedjazzjoni fil-provvista ta’ attivitajiet anċillari u promozzjonali b’rabta mal-immaniġġar u l-ksib ta’ karti tal-kreditu u servizzi finanzjarji oħra offruti minn Bank Handlowy. |
8. |
Il-kuntratt ta’ aġenzija kien jindika kif l-aġent kellu jitħallas, billi jistipula li r-remunerazzjoni għandha tiġi kkalkolata b’rabta mal-għadd ta’ kuntratti konklużi. Fil-maġġoranza tal-każijiet, dan kien ammont speċifiku mħallas għal kull karta tal-kreditu maħruġa jew għal kull applikazzjoni għal self ipproċessata validament. Il-kuntratt ma kienx jistipula kwalunkwe tip ta’ remunerazzjoni bbażata fuq kummissjoni ħlief għal kummissjoni fir-rigward ta’ kuntratti konklużi bil-parteċipazzjoni diretta tal-aġent. |
9. |
Bank Handlowy temm il-kuntratt ta’ aġenzija fis‑17 ta’ Diċembru 2014. Minħabba f’hekk, Rigall Arteria Management talbet lil Bank Handlowy jgħarrafha dwar il-kummissjoni li kellu jagħtiha għall-perijodu mill‑1 ta’ Ġunju 1999 sal‑31 ta’ Jannar 2015. |
10. |
Bank Handlowy irrifjuta li jagħmel dan, billi argumenta, b’mod partikolari, li bl-informazzjoni mogħtija lilu sa dak iż-żmien l-aġent seta’ jikkalkula r-remunerazzjoni kollha dovuta skont il-kuntratt ta’ aġenzija u, konsegwentement, ma kienx hemm raġuni għalfejn kellha tingħata informazzjoni ulterjuri. Rigall Arteria Management ippreżentat azzjoni quddiem is-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali, Varsavja, il-Polonja), li permezz tagħha hija talbet informazzjoni dwar kuntratti konklużi minn Bank Handlowy ma’ klijenti akkwistati preċedentement bl-intermedjazzjoni tal-aġent. |
11. |
Permezz ta’ sentenza tal‑20 ta’ Ġunju 2016, is-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali tal-Ġustizzja, Varsavja) ċaħdet l-azzjoni. Dik il-qorti kkonstatat, inter alia, li ma kienx jirriżulta mill-formulazzjoni tal-kuntratt bejn il-partijiet li l-aġent kien intitolat jitlob kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija. |
12. |
Permezz ta’ sentenza tat‑28 ta’ Frar 2018, is-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Qorti tal-Appell, Varsavja, il-Polonja) ċaħdet l-appell ta’ Rigall Arteria Management. B’mod partikolari, dik il-qorti kkunsidrat li kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija, kif imsemmi fl-Artikolu 761(1) tal-Kodiċi Ċivili li jimplimenta l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653, hija ta’ natura supplimentari, li tippermetti lill-partijiet għall-kuntratt ta’ aġenzija jirregolaw il-materja b’mod differenti. Fil-fehma ta’ dik il-qorti, iċ-ċirkustanzi tal-każ kienu jindikaw li l-partijiet taċitament kienu eskludew id-dritt tal-aġent għall-kummissjoni inkwistjoni, li kien evidenti kemm mill-fatt li ma kien sar ebda riferiment għal dak it-tip ta’ kummissjoni fil-formulazzjoni tal-kuntratt, kif ukoll mill-imġiba tal-partijiet matul l-implimentazzjoni tiegħu. |
13. |
Rigall Arteria Management ippreżentat appell fil-kassazzjoni minn dik is-sentenza quddiem is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), li hija l-qorti tar-rinviju f’dan il-każ. Insostenn ta’ dak l-appell, Rigall Arteria Management tallega ksur tal-Artikolu 761(1) tal-Kodiċi Ċivili, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653, fis-sens li min-natura tagħha din id-dispożizzjoni hija meqjusa bħala supplimentari. |
14. |
Il-qorti tar-rinviju tispjega li kien għadu ma ġiex iċċarat jekk huwiex kuntrattwalment possibbli skont il-liġi Pollakka li tiġi mmodifikata jew eskluża b’mod kuntrattwali talba ta’ aġent kummerċjali għal kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija. Minħabba li l-liġi rilevanti Pollakka kienet ittrasponiet id-Direttiva 86/653, il-qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li l-interpretazzjoni tagħha tiddependi mill-interpretazzjoni dwar jekk l-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva huwiex regola obbligatorja jew fakultattiva. |
15. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja: “Fid-dawl tal-kliem u tal-għan tal-Artikolu 7(1)(b) tad-[Direttiva 86/653], din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tagħti lill-aġent kummerċjali li jaħdem għal rasu dritt assolut għal kummissjoni fuq kuntratt konkluż waqt li kien għadu fis-seħħ kuntratt ta’ aġenzija ma’ terza persuna li huwa kien diġà kiseb bħala klijent fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-istess tip, jew dan l-intitolament jista’ jiġi eskluż fil-kuntratt?” |
16. |
Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja minn Rigall Arteria Management, minn Bank Handlowy, mill-Gvern Ġermaniż, Taljan u dak Pollakk u mill-Kummissjoni Ewropea. Nżammet seduta fit‑23 ta’ Marzu 2022 li matulha Rigall Arteria Management, Bank Handlowy, il-Gvern Ġermaniż u dak Pollakk u l-Kummissjoni ressqu argument orali. |
IV. Analiżi
17. |
Id-Direttiva 86/653 hija leġiżlazzjoni eċċezzjonali tal-Unjoni minħabba li tirregola kuntratti reċiproċi bejn l-impriżi. Hija tapplika għal kuntratti ta’ aġenzija ( 5 ) konklużi bejn l-aġent kummerċjali u l-prinċipal fejn it-tnejn li huma jkunu qegħdin jaġixxu bħala persuni indipendenti fin-negozju ( 6 ). Id-Direttiva 86/653 tapplika esklużivament għal tali kuntratti li fihom l-attivitajiet tal-aġent jitwettqu bi ħlas ( 7 ). Hija tarmonizza ċerti aspetti biss tar-relazzjoni bejn aġenti kummerċjali u prinċipali u, b’mod iktar speċifiku, drittijiet u obbligi reċiproċi bażiċi tal-partijiet (Kapitolu II), ir-remunerazzjoni ta’ aġenti kummerċjali (Kapitolu III) u l-konklużjoni u t-terminazzjoni tal-kuntratti ta’ aġenzija (Kapitolu IV). L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 jagħmel parti mill-Kapitolu III (Artikoli 6 sa 12) tad-Direttiva. |
18. |
Għandu jitqies li d-Direttiva 86/653 ġiet adottata fis-snin tmenin skont bażijiet legali tas-suq intern li kienu jeħtieġu unanimità ( 8 ), wara negozjati fit-tul u kumplessi, b’xi Stati Membri jopponu għalkollox il-ħtieġa ta’ tali direttiva ( 9 ). Għalhekk, fl-aħħar, hija kienet ir-riżultat ta’ kompromessi fost Stati Membri b’filosofiji differenti ħafna dwar ir-regolamentazzjoni ta’ kuntratti b’mod ġenerali, u b’mod speċifiku kuntratti ta’ aġenzija. |
19. |
Mhux ta’ min jistagħġeb, għalhekk, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġiet mistiedna bosta drabi tinterpreta dispożizzjonijiet differenti tad-Direttiva 86/653 ( 10 ). Din, iżda, hija l-ewwel darba li l-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistiedna tfisser in-natura tal-Artikolu 7(1)(b) tagħha. |
20. |
Permezz tad-domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li tikkonstata jekk id-dritt ta’ aġent kummerċjali għal kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija skont l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 jistax jiġi mmodifikat jew eskluż mill-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija. |
21. |
Bil-ħsieb li nirrispondi għal dik id-domanda nibda billi nindirizza l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni preliminari fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ (A). Sussegwentement ngħaddi għall-evalwazzjoni tiegħi dwar il-mertu (B) billi, l-ewwel, nagħmel xi osservazzjonijiet preliminari dwar id-distinzjoni b’mod iktar ġenerali bejn regoli obbligatorji u fakultattivi li jirregolaw kuntratti (B.1), qabel ma ndur għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 (B.2). |
22. |
Abbażi ta’ din l-analiżi wasalt għall-konklużjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni tagħti deċiżjoni preliminari f’din il-kawża u li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat bħala regola fakultattiva, biex b’hekk il-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija jkunu jistgħu jimmodifikaw jew jeskludu l-applikazzjoni tiegħu. |
A. Il‑ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
23. |
Skont l-Artikolu 1(2) tagħha, id-Direttiva 86/653 tapplika għal aġenti kummerċjali li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu, b’mod partikolari, in-negozjar jew il-konklużjoni ta’ “[i]l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija”. Madankollu, kif intwera fil-punt 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jidher li s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex dwar il-bejgħ ta’ merkanzija iżda pjuttost il-bejgħ ta’ servizzi (finanzjarji). Għalhekk, wieħed jista’ jsaqsi jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni tagħti deċiżjoni preliminari f’dan il-każ ( 11 ), ġaladarba d-Direttiva 86/653 ma tapplikax għaċ-ċirkustanzi li minnhom oriġinat it-tilwima fil-kawża prinċipali ( 12 ). |
24. |
Minkejja dan, kif indikat minn Rigall Arteria Management, mill-Gvern Ġermaniż u mill-Kummissjoni, jidher li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għad-domandi magħmula f’dan il-każ tista’ tiġi stabbilita abbażi tal-ġurisprudenza tal-kawża Dzodzi ( 13 ). |
25. |
Bl-applikazzjoni ta’ dik il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 86/653 tadotta soluzzjoni waħda għat-tipi kollha ta’ kuntratti ta’ aġenzija, hija jkollha ġurisdizzjoni tinterpreta din id-direttiva wkoll jekk il-każ joriġina mis-sitwazzjoni li tkun tirrigwarda servizzi u mhux oġġetti. Ġurisdizzjoni stabbilita f’tali każijiet titqies li hija fl-interess tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni sabiex tantiċipa differenzi ta’ interpretazzjoni futuri ( 14 ). |
26. |
Barra minn dan, kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja f’ġurisprudenza reċenti lil hinn mill-kuntest tad-Direttiva 86/653, interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tkun iġġustifikata fejn tali dispożizzjonijiet ikunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali direttament u inkundizzjonatament, biex jiġi żgurat li dawk is-sitwazzjonijiet u sitwazzjonijiet ekwivalenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jiġu ttrattati bl-istess mod ( 15 ). |
27. |
F’dan il-każ huwa evidenti mill-informazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju bi tweġiba għal talba għal informazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja li, bit-traspożizzjoni tad-Direttiva 86/653 fid-dritt domestiku (fil-Kodiċi Ċivili) tiegħu, il-leġiżlatur Pollakk esprima l-intenzjoni tiegħu li jittratta kuntratti ta’ aġenzija relatati ma’ merkanzija u servizzi b’mod uniformi fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet derivanti mid-dritt tal-Unjoni. |
28. |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-liġi Pollakka għamlet l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 direttament u inkundizzjonatament applikabbli għas-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali u li huwa fl-interess tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
29. |
Għalhekk, jiena tal-opinjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni tagħti deċiżjoni preliminari f’dan il-każ. |
B. Fuq il‑mertu
1. Osservazzjonijiet preliminari dwar id‑distinzjoni bejn regoli obbligatorji u fakultattivi
30. |
Liġijiet dwar kuntratti tal-Istati Membri jagħmlu distinzjoni bejn regoli obbligatorji u fakultattivi li jkunu relatati mad-drittijiet u mal-obbligi sostantivi tal-partijiet fil-kuntratt ( 16 ). Fil-qosor, regoli obbligatorji ma jippermettux deroga u, għalhekk, ma jistgħux jitħallew barra minn kuntratt mill-partijiet fil-kuntratt filwaqt li regoli fakultattivi ma għandhomx bżonn isiru parti mill-kuntratt jekk il-partijiet ikunu jixtiequ jorganizzaw ir-relazzjoni tagħhom b’mod differenti. |
31. |
Barra minn dan, ħafna sistemi legali jirrikonoxxu tipi differenti ta’ regoli obbligatorji u fakultattivi ( 17 ) |
32. |
Regoli obbligatorji jistgħu jkunu obbligatorji kompletament, li jfisser li l-partijiet ma jkunux jistgħu jidderogaw minnhom. Jistgħu jkunu wkoll semi-obbligatorji, f’liema każ jista’ jkun hemm eżenzjoni milli jiġu applikati tali regoli, iżda biss taħt ċerti kondizzjonijiet. Regoli semi-obbligatorji jistgħu, ngħidu aħna, jippermettu derogi li jkunu fl-interess tal-parti iktar dgħajfa jew li jippreservaw il-qofol tar-regola, jew ċertu minimu impost mil-leġiżlatur. |
33. |
B’mod simili, ma hemmx biss tip wieħed ta’ regola fakultattiva. Komunement, skont tali terminu, nirreferu għall-hekk imsejħa regoli supplimentari jew klassiċi prestabbiliti. Tali regoli fakultattivi jservu biex jimtlew il-lakuni li l-partijiet iħallu vojta fil-kuntratt billi, b’intenzjoni jew mingħajrha, iħallu ċerti aspetti tar-relazzjoni kuntrattwali tagħhom barra minn regolamentazzjoni. Madankollu hemm ukoll tipi oħra ta’ regoli fakultattivi. Fosthom hemm regoli mudell li jservu bħala għajnuna fl-abbozzar tal-kuntratt, li jkunu jindikaw soluzzjonijiet possibbli dwar kif il-partijiet ikunu jistgħu jsolvu ċerti kwistjonijiet. Jidher li tali regoli mudell jaqgħu taħt mill-inqas żewġ kategoriji: l-ewwel, jistgħu joffru lill-partijiet lista ta’ għażliet filwaqt li ma jipprekludux oħrajn (li nirreferi għalihom bħala regola fakultattiva ta’ mudell miftuħ) u, it-tieni, jistgħu jillimitaw lill-partijiet biss fir-rigward tal-għażliet stabbiliti speċifikament hemmhekk. |
34. |
Fl-aħħar nett, huwa importanti li jiġi nnotat li liġijiet nazzjonali dwar kuntratti jużaw tekniki differenti biex jindikaw jekk regoli partikolari jkunux obbligatorji jew fakultattivi, u ta’ liema tip. Dawk il-liġijiet sikwit ma jkunu jgħidu xejn dwar in-natura legali ta’ regola partikolari u jħallu lill-qrati jiċċaraw tali kwistjonijiet. |
35. |
Id-Direttiva 86/653 ma hijiex eċċezzjoni għad-deskrizzjoni ta’ hawn fuq. Fiha tipi differenti ta’ regoli obbligatorji u fakultattivi u tuża tekniki differenti biex tiddeskrivi n-natura tagħhom ( 18 ). |
36. |
Fil-każ ta’ regoli obbligatorji, ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/653 jgħidu espliċitament li ebda deroga ma hija permessa lill-partijiet ( 19 ). Xi dispożizzjonijiet huma, madankollu, ta’ natura semi-obbligatorja. Jew jimponu regoli minimi li minnhom il-partijiet ma jistgħux jidderogaw ( 20 ) jew jippermettu lill-partijiet jidderogaw, iżda biss jekk dan ma jkunx għad-detriment tal-aġent kummerċjali ( 21 ). Xi derogi huma permessi biss wara li l-kuntratt ikun skada u, għalhekk, ma jkunux jistgħu jiġu miftiehma minn qabel ( 22 ). |
37. |
Meta niġu għal regoli fakultattivi, xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/653 jindikaw b’mod ċar li r-regoli stabbiliti fid-dispożizzjoni rilevanti huma regoli prestabbiliti, li għandhom jiġu applikati fl-assenza ta’ kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet dwar il-materja ( 23 ). |
38. |
Fl-aħħer nett, xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/653 ma jgħidu xejn dwar in-natura obbligatorja jew fakultattiva tagħhom ( 24 ). Dan huwa hekk fir-rigward tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, li l-interpretazzjoni tiegħu hija inkwistjoni f’din il-kawża. Fil-fatt, id-Direttiva 86/653 hija siekta dwar in-natura tal-Artikolu 7 tagħha fl-intier tiegħu. |
2. Interpretazzjoni tal‑Artikolu 7(1)(b) tad‑Direttiva 86/653
a) Formulazzjoni
39. |
Biex infakkar, il-kwistjoni f’din il-kawża hija jekk il-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija jistgħux jew le jħallu barra mill-kuntratt ir-regola tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653, li tagħti d-dritt lil aġent kummerċjali għal kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija. |
40. |
Fil-fehma tiegħi, u minkejja l-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni espliċita dwar in-natura obbligatorja jew fakultattiva tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653, dan il-każ huwa wieħed mill-eżempji rari li fihom ir-risposta għad-domanda tal-qorti tar-rinviju tista’ tiġi dedotta mill-formulazzjoni tad-dispożizzjoni li tagħha qiegħda tintalab l-interpretazzjoni. |
41. |
Kif jidher mill-punt 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 jipprovdi li, tul il-perijodu kopert mill-kuntratt ta’ aġenzija, aġent kummerċjali jkun intitolat għal kummissjoni:
|
42. |
Jista’ jiġi dedott mill-użu tal-kelma “jew” f’din id-dispożizzjoni li aġent kummerċjali jista’ jkun intitolat għal wieħed miż-żewġ tipi ta’ kummissjoni li jissemmew fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 ( 26 ). |
43. |
Kliem, fil-fehma tiegħi, ma għandhom ebda tifsira barra mill-kuntest li fih jintużaw. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 li, għalhekk, ma tistax tinqara separatament mill-Artikolu 7(1)(a) tagħha, tissuġġerixxi li din id-dispożizzjoni għandha regola fakultattiva ta’ mudell miftuħ (ara l-punt 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet). |
44. |
Għalhekk, fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 jagħti lill-partijiet suġġerimenti li minnhom huma jkunu jistgħu jagħżlu meta jikkonkludu l-kuntratt. Iż-żewġ soluzzjonijiet elenkati setgħu kienu ntgħażlu mil-leġiżlatur tal-Unjoni bħala l-modi l-iktar komuni li bihom tiddaħħal kummissjoni f’kuntratt fil-każ ta’ kuntratti ta’ aġenzija ( 27 ). L-għażla bejn dawn il-modi tiffranka lill-partijiet spejjeż ta’ tranżazzjoni li jinqalgħu meta jiġu nnegozjati kuntratti ( 28 ). Madankollu, il-partijiet ma humiex marbuta b’dawn ir-regoli mudell, iżda jistgħu liberament jagħżlu mod differenti. |
45. |
Peress li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 joffri biss suġġerimenti lill-partijiet, mhux talli din id-dispożizzjoni ma tikkwalifikax bħala regola obbligatorja, iżda wkoll ma tistax tinftiehem bħala regola fakultattiva prestabbilita. Dan minħabba li hija ma tistabbilixxi xejn li jirregola d-dritt ta’ aġent kummerċjali għal kummissjoni li jista’ jservi biex timtela lakuna fil-kuntratt jekk dan jitħalla miftuħ mill-partijiet ( 29 ). Minflok, hija toffri għażla. Is-separazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 permezz ta’ “jew” tagħmilha impossibbli għall-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija, jew għall-qorti li tkun qiegħda tiddeċiedi t-tilwima bejniethom, li jużaw din id-dispożizzjoni mingħajr qabel ma jagħmlu l-għażla fir-rigward tas-soluzzjonijiet li hija toffri. |
46. |
Huwa minnu li “jew” tista’ xi drabi jiġi interpretat bħala “u” ( 30 ). Dan, madankollu, ma jagħmilx sens fil-każ tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653. Il-formulazzjoni tal-punt (b) timplika li dak li huwa deskritt fil-punt (a) ikun diġà seħħ: ġiet konkluża tranżazzjoni b’riżultat ta’ azzjoni diretta mill-aġent kummerċjali. Filwaqt li jista’ jkun possibbli li aġent kummerċjali jikseb biss il-kummissjoni skont il-punt (a), ikun diffiċli (għalkemm mhux impossibbli) timmaġina aġent kummerċjali jikseb biss il-kummissjoni skont il-punt (b) għal klijenti li l-aġent “ikun qabel akkwista” għall-prinċipal, mingħajr ma tiġi preżunta kummissjoni għal tranżazzjonijiet konklużi ma dawk il-klijent b’riżultat tal-azzjoni diretta tal-aġent skont il-punt (a). Jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li joħloq id-dritt għal kummissjoni taħt il-punt (b), li jimplika wkoll il-kummissjoni taħt il-punt (a) – li jkun hemm żewġ sentenzi diviżi b’“jew” ikun mod stramb kif tiġi espressa din l-intenzjoni. |
47. |
Interpretazzjoni li tkun tippermetti li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 jinqara bħala sentenza waħda, li tagħti d-dritt lill-aġent kummerċjali għal kummissjoni kemm għal tranżazzjonijiet diretti kif ukoll għal dawk imtennija tkun, għalhekk, titlob li “jew” tinbidel f’“u”, kif ukoll li ma jingħatax kas li l-punt (b) jimplika l-punt (a). Madankollu, anki hemmhekk, tali interpretazzjoni tkun qiegħda tibdel biss l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 f’regola waħda, mingħajr ma tiġi riżolta l-kwistjoni dwar jekk dik ir-regola tkunx obbligatorja jew fakultattiva. |
48. |
Interpretazzjoni tant flessibbli tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma hijiex, kif ser nuri, iġġustifikata b’raġunijiet sistemiċi relatati mal-libertà kuntrattwali jew mill-għanijiet tad-Direttiva 86/653, bl-istorja leġiżlattiva tagħha jew bil-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva ( 31 ). Fi kliem ieħor, dawn ir-raġunijet interpretattivi l-oħra, li issa ser ngħaddi għalihom, isostnu wkoll il-fehma li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat bħala regola fakultattiva. |
b) Raġunijiet sistemiċi relatati mal‑libertà kuntrattwali
49. |
Kif iddeċidiet konsistement il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, li jagħmlu parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza u li llum huma stabbiliti fil-Karta tal-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) ( 32 ). Fid-dawl ta’ tali rekwiżit għal interpretazzjoni sistemika, irrid l-ewwel nosserva li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala regola fakultattiva huwa konformi mal-prinċipju ta’ libertà kuntrattwali. |
50. |
Il-libertà kuntrattwali, skont kif invokata minn Bank Handlowy u l-Gvern Ġermaniż, tirrappreżenta prinċipju fundamentali tal-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali u tal-Unjoni. Hija rrikonoxxuta fl-Artikolu 16 tal-Karta bħala parti mil-libertà ta’ intrapiża ( 33 ). |
51. |
Kuntratti ta’ aġenzija huma kuntratti kummerċjali (impriża ma’ impriża), jiġifieri li kemm l-aġenti kummerċjali kif ukoll il-prinċipali jkunu imprendituri ( 34 ). Għalhekk, relazzjonijiet ta’ aġenzija kummerċjali huma bħala prinċipju rregolati mil-libertà kuntrattwali li tħares id-dritt taż-żewġ partijiet li joperaw negozju. Din il-libertà, li tinkludi l-awtonomija tal-partijiet li jiddeterminaw it-termini tal-kuntratt, ma hijiex assoluta u tista’ tkun suġġetta għal limitazzjonijiet ġustifikati li, b’mod partikolari, għandhom ikunu previsti mil-liġi u jkunu proporzjonati, kif mitlub mill-Artikolu 52(1) tal-Karta ( 35 ). |
52. |
F’din il-kawża, madankollu, ma hemmx dispożizzjoni tad-Direttiva 86/653 li turi b’mod ċar li l-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva huwa intiż li jillimita l-libertà kuntrattwali. |
53. |
Filwaqt li l-Kummissjoni saħqet waqt is-seduta li għanijiet ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ aġenti kummerċjali bħala l-parti l-iktar dgħajfa għall-kuntratt ta’ aġenzija, jiġġustifikaw restrizzjoni fuq il-libertà kuntrattwali tal-partijiet fir-rigward tal-kummissjoni li għaliha jsir provvediment fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653, xorta jibqa’ l-fatt li ma hija pprovduta ebda tali ġustifikazzjoni fil-liġi rilevanti tal-Unjoni konformement mal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Barra minn hekk, tali limitazzjoni la tidher li hija neċessarja u lanqas ma tidher li hija xierqa għall-protezzjoni ta’ aġenti kummerċjali fis-sitwazzjonijiet kollha possibbli, hekk kif ser jiġi spjegat iktar ’il quddiem (ara l-punti 63 u 65 ta’ dawn il-konklużjonijiet). |
54. |
F’dawk iċ-ċirkustanzi ma hemmx bażi legali fid-Direttiva 86/653 biex l-Artikolu 7(1)(b) tagħha jiġi interpretat bħala regola obbligatorja jew semi-obbligatorja fl-assenza ta’ kwalunkwe limitazzjoni debitament iġġustifikata imposta, konformement mal-Artikoli 16 u 52(1) tal-Karta, fuq il-libertà kuntrattwali tal-partijiet b’rabta mal-libertà fl-għażla tax-xorta ta’ kommissjoni. |
c) Għanijiet
55. |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala regola fakultattiva ma hijiex f’konflitt mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn din id-direttiva. |
56. |
Jista’ jkun il-każ li l-evalwazzjoni li aġenti kummerċjali huma l-partijiet l-iktar dgħajfa f’kuntratti ta’ aġenzija influwenzat l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni biex jiddaħħlu dispożizzjonijiet obbligatorji fid-Direttiva 86/653. Madankollu, il-protezzjoni ta’ aġenti kummerċjali ma hijiex l-uniku għan, jew anki l-għan ewlieni, ta’ din id-direttiva ( 36 ). Fi kwalunkwe każ, il-fatt li tħassib dwar il-pożizzjoni l-iktar dgħajfa ta’ aġenti kummerċjali influwenza l-għażla ta’ ċerti soluzzjonijiet tul il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ma jistax iwassal għall-konklużjoni, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni, li d-Direttiva 86/653 fiha biss regoli obbligatorji li l-għan tagħhom huwa li jiġu protetti aġenti kummerċjali. |
57. |
Huwa ċar mit-tieni u mit-tielet premessa tad-Direttiva 86/653 li l-għan ewlieni ta’ din id-direttiva huwa li jinħoloq suq intern għal aġenzija kummerċjali u li jitneħħew l-ostakoli għall-attivitajiet transkonfinali ta’ aġenti kummerċjali u ta’ prinċipali ( 37 ). B’rabta ma’ dan, kif diġà semmejt f’konklużjonijiet preċedenti ( 38 ), indikazzjoni waħda tar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li tista’ tiġi oġġettivament ikkonstatata fid-dritt tal-Unjoni hija l-għażla tal-bażi legali għall-att inkwistjoni. Id-Direttiva 86/653 ġiet adottata fuq bażijiet legali doppji tas-suq intern (ara l-punt 18 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Dan jindika li l-idea prinċipali wara din id-direttiva hija li jitneħħew l-ostakoli għal kuntratti ta’ aġenzija transkonfinali ( 39 ). |
58. |
Dan l-għan jinkiseb billi jitneħħew “id-differenzi fil-liġijiet nazzjonali”, irrikonoxxuti bħala l-ostakolu prinċipali fit-tieni premessa tad-Direttiva 86/653. L-offerta lill-partijiet f’kuntratti ta’ aġenzija ta’ sett ta’ regoli armonizzati (obbligatorji, semi-obbligatorji, prestabbiliti jew mudell) mal-Unjoni kollha hija, għalhekk, il-metodu magħżul mil-leġiżlatur tal-Unjoni biex aġenti kummerċjali u prinċipali fi Stati Membri differenti jsibuha faċli jidħlu għal kuntratti ta’ aġenzija transkonfinali ( 40 ). |
59. |
Meta jkun qiegħed jiġi deċiż dwar il-kontenut xieraq ta’ regoli armonizzati, li tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ aġenti kummerċjali bħala l-parti l-iktar dgħajfa f’kuntratti ta’ aġenzija tista’, u għandha, tittieħed inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni ( 41 ). Dan, madankollu, ma jfissirx li tali protezzjoni hija, u lanqas ma tista’ tkun taħt id-diviżjoni attwali ta’ kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, għan awtonomu tad-Direttiva 86/653 ( 42 ). |
60. |
Għaldaqstant, il-protezzjoni adegwata ta’ aġenti kummerċjali ġiet irrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala interess leġittimu ( 43 ). Għalhekk, il-protezzjoni ta’ aġenti kummerċjali hija waħda mill-għanijiet inerenti fis-sistema tad-Direttiva 86/653. |
61. |
Li tiġi indirizzata l-pożizzjoni l-iktar dgħajfa tal-partijiet isservi biex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ ekonomiku fir-relazzjoni legali bejn aġenti kummerċjali u prinċipali ( 44 ). Intervent leġiżlattiv huwa, għalhekk, neċessarju f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-leġiżlatur jikkonsidra li jkun hemm falliment importanti tas-suq ( 45 ). |
62. |
Il-Gvern Pollakk u l-qorti tar-rinviju ssuġġerew li jeżisti tali falliment fis-suq tal-aġenzija kummerċjali fil-Polonja. Huma indikaw li dak is-suq huwa kkaratterizzat b’asimetrija li fiha prinċipali huma f’qagħda li joffru kuntratti ta’ formola standard lil aġenti mingħajr ma jagħtuhom il-possibbiltà jinnegozjaw it-termini kuntrattwali. |
63. |
Għalkemm din tista’ jkun tipika tal-aġenzija kummerċjali Pollakka, jew għall-inqas, ta’ dak is-suq fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, id-Direttiva 86/653 ma tistax tiġi interpretata biss biex tkun taqbel mas-suq ta’ Stat Membru wieħed. Għalhekk, huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni sab tali asimetrija fis-setgħa ta’ negozjar bejn aġenti kummerċjali u prinċipali mal-Unjoni kollha, huwa kien jindirizzaha b’mod xieraq. Li jiġini f’moħħi hija, pereżempju, in-nullità ta’ termini kuntrattwali mhux innegozjati li jirriżultaw fi żbilanċ sinjifikattiv. Tali soluzzjoni, u jista’ jkun hemm oħrajn, tkun tillimita inqas il-libertà kuntrattwali meta mqabbel ma’ regola obbligatorja li ċċaħħad lil partijiet milli jinnegozjaw it-tip ta’ kummissjoni. |
64. |
Barra minn hekk, kif ġie indikat mill-Gvern Ġermaniż, is-sistemi legali tal-Istati Membri fihom prinċipji li jagħtu protezzjoni ġenerali tal-partijiet f’kuntratti meta l-bilanċ bejniethom ikun sinjifikattivament mhux ugwali. Tali regoli jkunu japplikaw għal aġenti kummerċjali f’sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, huma jkunu ġew miċħuda b’mod eċċessiv minn kummissjoni. |
65. |
Ulterjorment, wieħed ma għandux jinsa li d-Direttiva 86/653 tirregola firxa wiesgħa ta’ realtajiet kummerċjali possibbli, li fihom l-interessi kemm ta’ aġenti kummerċjali kif ukoll ta’ prinċipali jistgħu jkunu differenti ( 46 ) L-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala regola obbligatorja tista’ ma tkunx protettiva għal aġenti kummerċjali f’ċerti tipi ta’ relazzjonijiet ta’ aġenzija. Madankollu, li kieku din id-dispożizzjoni kellha tiġi interpretata bħala obbligatorja, hija tkun tipprekludi lill-aġenti kummerċjali u lill-prinċipali milli jsibu s-soluzzjoni li tkun l-iktar xierqa għall-kuntratt tagħhom. |
66. |
Għalhekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala regola obbligatorja ma twassalx neċessarjament biex aġenti kummerċjali jkunu protetti u tista’, kif indika Bank Handlowy, tfixkel il-funzjonament tas-suq ta’ aġenzija kummerċjali. Prinċipali li ma jkunux ħadu kont fil-kalkolu tagħhom tal-bżonn li jħallsu l-kummissjoni inkwistjoni jistgħu jmorru għal soluzzjonijiet oħra, bħal, pereżempju, inaqqsu r-rata ta’ kummissjoni bażika, jillimitaw jew jeskludu l-ispejjeż magħmula minn aġenti kummerċjali li jiġu rrimborsati mill-prinċipal jew jadottaw elementi oħra ta’ remunerazzjoni, jew li b’ebda mod ma jibqgħu jużaw aġent kummerċjali. |
67. |
Fl-aħħar u b’mod importanti, għandu jiġi nnotat ukoll li aġenti kummerċjali huma protetti mhux biss b’regoli obbligatorji, iżda wkoll biċ-ċertezza legali ( 47 ) miġjuba mir-regoli armonizzati ( 48 ). Kjarifika tan-natura tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 għandha, għalhekk, tikkontribwixxi għall-objettivi li għandhom jintlaħqu minn din id-direttiva, sew jekk din id-dispożizzjoni tiġi interpretata bħala obbligatorja sew jew tiġi interpretata bħala fakultattiva. |
d) Storja leġiżlattiva
68. |
L-istorja leġiżlattiva tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 ukoll timmilita favur l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bħala fakultattiva. |
69. |
Kif turi l-ġurisprudenza dwar id-Direttiva 86/653 ( 49 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-istorja leġiżlattiva ta’ miżura tal-Unjoni hija siewja biex wieħed jagħraf l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li tkun il-bażi ta’ dik il-miżura jew dispożizzjoni partikolari tagħha. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta dispożizzjoni inkwistjoni tkun saritilha bidla matul il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li minnu tkun tista’ tiġi dedotta l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk. |
70. |
Fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni ( 50 ), l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 86/653 deher bħala abbozz bl-Artikolu 12(1) ( 51 ). Din l-aħħar dispożizzjoni ġiet inkluża f’lista speċifika ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Proposta għal direttiva, liema lista kienet stabbilita fl-abbozz tal-Artikolu 35, li kien jgħid li “[k]walunkwe stipulazzjoni li biha l-partijiet jidderogaw, b’detriment għall-aġent, mid-dispożizzjonijiet li jmiss imsemmija iktar ’l isfel tkun nulla” ( 52 ). [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
71. |
Fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta ( 53 ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew enfasizza, b’mod partikolari, li l-abbozz tal-Artikolu 35 kien fundamentali għad-Direttiva fl-intier tagħha, inkwantu jispeċifika l-portata u l-limiti tal-libertà tal-partijiet li jimmanuvraw fi ħdan ir-relazzjoni tal-aġenzija u, għalhekk, kellu jibqa’ fid-direttiva proposta. |
72. |
Għall-kuntrarju, fl-ewwel qari tal-proposta ( 54 ), il-Parlament Ewropew ikkunsidra li l-lista twila ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji li kien hemm fl-abbozz tal-Artikolu 35 kienet tagħmel id-direttiva proposta wisq inflessibbli u talab li dik id-dispożizzjoni terġa’ tiġi abbozzata mill-ġdid. |
73. |
Konsegwentement, fil-proposta riveduta tal-Kummissjoni ( 55 ) l-abbozz tal-Artikolu 35 “tqassar biex jitħalla jkun hemm iktar flessibbiltà” [traduzzjoni mhux uffiċjali], b’diversi dispożizzjonijiet imneħħija. Għalhekk, il-lista ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji stabbilita fil-verżjoni riveduta ta’ din id-dispożizzjoni kienet tagħmel riferiment, b’mod partikolari, għall-kummissjoni msemmija fil-punt (a) tal-abbozz tal-Artikolu 12(1), u mhux iktar għall-punti l-oħra, inkluża l-kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija msemmja fil-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni ( 56 ). |
74. |
Matul il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, kien hemm ftehim biex jitħassar ir-riferiment għall-punt (a) tal-abbozz tal-Artikolu 12(1) mil-lista ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji fl-abbozz tal-Artikolu 35 ( 57 ). Finalment, kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jitħassar l-abbozz tal-Artikolu 35 fl-intier tiegħu u minflok jiġi speċifikat il-karattru obbligatorju tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva proposta fl-artikoli Speċifiċi ( 58 ). Dan l-approċċ inżamm fil-verżjoni finali tad-Direttiva 86/653 ( 59 ). |
75. |
Konsegwentement, mit-tneħħija tad-dispożizzjoni korrispondenti mal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 mil-lista ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji li kien fl-abbozz tal-Artikolu 35 u mill-ftehim li tkun iddelineata n-natura obbligatorja tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva permezz ta’ artikolu jista’ jiġi dedott li, fl-assenza ta’ indikazzjoni espressa f’dan is-sens, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kienx jikkunsidra li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 hija regola obbligatorja ( 60 ). |
76. |
F’dan ir-rigward ma iniex persważ bl-argumenti magħmula minn Rigall Arteria Management, mill-Gvern Pollakk u mill-Kummissjoni li essenzjalment jikkontestaw ir-rilevanza tal-istorja leġiżlattiva tad-Direttiva 86/653 minħabba t-tibdiliet sinjifikattivi li kienu laħqu l-quċċata tagħhom fit-test finali ta’ din id-direttiva, b’kuntrast mal-proposti tal-Kummissjoni, u mal-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien ħa approċċ differenti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 86/653, li huma jqisu li jissostanzja interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva bħala obbligatorju. |
77. |
Huwa minnu li bosta dispożizzjonijiet tal-proposti oriġinali u riveduti tal-Kummissjoni ma jinsabux fid-Direttiva 86/653. Madankollu, dispożizzjonijiet li jikkorrispondu mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 86/653 dehru f’dawk iż-żewġ proposti ( 61 ). Barra minn dan, il-fatt li l-formulazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 86/653 ma kinitx f’dawk il-proposti iżda ġiet miżjuda wara fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ( 62 ) ma jissostitwixxix jew jinvalida l-għażla li għamel il-leġiżlatur tal-Unjoni li jiddelinea n-natura obbligatorja tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fl-artikoli partikolari – ħaġa li ma saritx għall-Artikolu 7(1)(b) tagħha. |
e) Kuntest
78. |
L-interpretazzjoni proposta tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala dispożizzjoni fakultattiva hija konsistenti ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva. |
79. |
Fid-dawl tal-istorja leġiżlattiva tad-Direttiva 86/653, u kif indikat minn Bank Handlowy u mill-Gvern Ġermaniż u minn dak Taljan, l-iskema ġenerali ta’ din id-direttiva tindika li d-dispożizzjonijiet li minnhom il-partijiet ma jitħallewx jidderogaw huma stabbiliti b’mod preċiż u ddettaljat u n-natura obbligatorja tagħhom hija ddikjarata espressament fl-artikolu speċifiku. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/653 li jinsabu fil-Kapitolu III ta’ din id-direttiva relatati ma’ remunerazzjoni, kif jidher fl-Artikoli 10(4), 11(3) u 12(3) tagħha. Hemm ukoll dispożizzjonijiet simili li jinsabu f’kapitoli oħra tad-Direttiva 86/653 ( 63 ). |
80. |
Dan jissuġġerixxi b’mod qawwi li r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 86/653 li ma humiex espressament previsti bħala obbligatorji huma, bħala prinċipju, regoli fakultattivi ( 64 ). Isegwi li, fl-assenza ta’ tali indikazzjonijiet espressi fid-Direttiva 86/653, l-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva għandu jiġi kkunsidrat bħala regola fakultattiva. Kif enfasizzat minn Bank Handlowy, jidher illoġiku li l-leġiżlatur tal-Unjoni jistabbilixxi sensiela ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji deskritti espressament fid-Direttiva 86/653 li kieku d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-direttiva kienu ta’ natura obbligatorja. |
81. |
Rigall Arteria Management, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni offrew, favur interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala dispożizzjoni obbligatorja, argument li joriġina mill-Artikolu 6(3) tagħha. Din id-dispożizzjoni tgħid li “[l]-Artikoli 7 sa 12 m’għandhomx japplikaw jekk l-aġent kummerċjali ma jkunx remunerat kompletament jew inparti mill-kommissjoni.” Minn dan huma jikkonkludu li, għall-kuntrarju, l-Artikoli 7 sa 12 tad-Direttiva 86/653 japplikaw b’mod obbligatorju jekk il-partijiet jagħżlu kummissjoni bħala forma ta’ remunerazzjoni tal-aġent kummerċjali (anki jekk il-kummissjoni tintgħażel biss bħala parti mir-remunerazzjoni). Dan ifisser li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 huwa dispożizzjoni obbligatorja meta aġenti kummerċjali jirċievu remunerazzjoni b’kummissjoni. |
82. |
Fil-fehma tiegħi dan l-argument ma huwiex konvinċenti. Nista’ naqbel li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 86/653 jagħmel lill-Artikolu 7 tagħha applikabbli jekk il-partijiet ikunu qablu dwar remunerazzjoni b’kummissjoni. Madankollu, il-fatt li tkun applikabbli din l-aħħar dispożizzjoni ma jagħmilhiex regola obbligatorja. |
83. |
Addizzjonalment, kif indikat minn Bank Handlowy, jekk l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 86/653 jippermetti espressament lill-partijiet jeskludu kummissjoni kompletament bħala forma ta’ remunerazzjoni tal-aġent kummerċjali, l-esklużjoni ta’ tip ta’ kummissjoni bħall-kummissjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tal-istess direttiva tkun tidher li tkun permessa wkoll. |
84. |
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 86/653, għalhekk, jissuġġerixxi li l-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija jistgħu liberament jiddeċiedu kif jiffissaw ir-remunerazzjoni tal-aġent kummerċjali u li, jekk jagħżlu kummissjoni, huma jkunu jistgħu jirrikorru għar-regoli tal-Artikoli 7 sa 12 tad-Direttiva 86/653. Dan jinkludi r-regoli mudell fir-rigward ta’ tipi possibbli ta’ kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva. |
85. |
Interpretazzjoni li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 huwa fakultattiv ma hijiex, għalhekk, f’kontradizzjoni mal-Artikolu 6(3) tagħha. |
86. |
Barra minn dan, biex issostni n-natura obbligatorja tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653, Rigall Arteria Management ġabet argument ibbażat fuq l-Artikoli 17 sa 19 tagħha, li skonthom jekk id-dritt għal kummissjoni għal tranżazzjonijiet imtennija ma huwiex obbligatorju, dan jista’ jinfluwenza l-ammont ta’ indennizz jew kumpens li aġenti kummerċjali jkunu intitolati għalihom abbażi tal-Artikolu 17 tagħha meta jintemm il-kuntratt ta’ aġenzija. Minħabba li l-Artikolu 19 tad-Direttiva 86/653 jipprojbixxi derogi mill-Artikoli 17 u 18 tagħha b’detriment għall-aġent kummerċjali, l-argument essenzjalment ifisser li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva bħala fakultattiv tkun taffettwa n-natura semi-obbligatorja tal-Artikoli 17 u 18 tagħha ( 65 ). |
87. |
Dan l-argument ma huwiex persważiv. L-ewwel, kif irrikonoxxut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 66 ), id-determinazzjoni tal-indennizz u tal-kumpens imsemmija fl-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 86/653 tiġi evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tar-relazzjoni ta’ kull aġenzija individwali, u ma jiddependix esklużivament mill-kummissjoni mitlufa tal-aġent kummerċjali. It-tieni, anki jekk l-ammont ta’ kummissjoni rċevut bħala medja minn aġent jista’ jinfluwenza l-ammont ta’ indennizz li għalih huwa intitolat dak l-aġent wara t-terminazzjoni tal-kuntratt, dan ma jaffettwax in-natura semi-obbligatorja tal-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 86/653, u lanqas ma jimmilita favur in-natura obbligatorja tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ dik id-direttiva. |
88. |
Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 interpretat bħala fakultattiva ma hijiex, għalhekk, f’kontradizzjoni mal-Artikoli 17 sa 19 tagħha. |
89. |
Fl-aħħar, Rigall Arteria Management, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni jasserixxu li jkun illoġiku li l-leġiżlatur tal-Unjoni jagħmel ċerti kundizzjonijiet relatati mad-dritt għal kummissjoni suġġetti għall-ftehim tal-partijiet, iżda mhux kundizzjonijiet oħra, bħar-regoli li jirrigwardaw l-estinzjoni tad-dritt tal-aġent kummerċjali għal kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 86/653. |
90. |
Jeħtieġ, l-ewwel, li jiġi spjegat li l-kwistjoni dwar il-mument li fih jinħoloq id-dritt għal kummissjoni, jew meta jiġi estint, timporta biss jekk tali dritt għal kummissjoni kien jeżisti fl-ewwel lok. Ma hemmx raġuni għalfejn tip ta’ kummissjoni jsir obbligatorju sempliċement minħabba li jkun hemm regoli obbligatorji dwar l-estinzjoni tad-dritt għal kummissjoni, ladarba jkun sar ftehim dwar tali dritt. |
91. |
It-tieni, fil-ġurisprudenza ( 67 ) l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/653 għandu jinqara fid-dawl tal-Artikoli 10 u 11 ta’ din id-direttiva, li jistabbilixxu regoli ġeneralment b’rabta ma’ meta d-dritt tal-aġent kummerċjali għal kummissjoni jsir dovut u mal-estinzjoni tiegħu. Minkejja dan, għandu jiġi nnotat li, f’dik il-ġurisprudenza, in-natura obbligatorja tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/653 ma kinitx inkwistjoni. Barra minn hekk, dawn l-aħħar dispożizzjonijiet fihom indikazzjonijiet espressi fl-Artikoli 10(4) u 11(3) ta’ din id-direttiva, li jipprojbixxu lill-partijiet milli jidderogaw mir-regoli rilevanti għad-detriment tal-aġent kummerċjali. Dan ma huwiex il-każ dwar l-Artikolu 7(1)(b) tagħha. |
92. |
Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 bħala fakultattiv ma huwiex, għalhekk, f’kontradizzjoni mal-Artikoli 10 jew 11 tagħha. |
93. |
Qabel nikkonkludi, irrid inżid li, skont l-informazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 jiġi interpretat bħala fakultattiv jaqbel mal-approċċ meħud fid-dritt u fil-ġurisprudenza ta’ diversi Stati Membri, inklużi l-Ġermanja ( 68 ), l-Italja, l-Awstrija u l-Polonja ( 69 ), fost oħrajn ( 70 ). Tali interpretazzjoni hija wkoll sostnuta b’għadd ta’ kitbiet minn studjużi ( 71 ) inklużi ċerti gruppi ta’ riċerka involuti fid-dritt privat Ewropew ( 72 ). |
94. |
Konsegwentement, abbażi tar-raġunijiet kollha miġbura fil-qosor iktar ’il fuq, jiena tal-fehma li l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 għandu jinftiehem bħala regola fakultattiva u, għalhekk, jista’ jiġi mmodifikat jew eskluż mill-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija. |
V. Konklużjoni
95. |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi kif ġej id-domanda magħmula mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja): L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat‑18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li d-dritt ta’ aġent kummerċjali għall-kummissjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni jista’ jiġi mmodifikat jew eskluż b’mod kuntrattwali. |
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.
( 3 ) Ara, pereżempju, Saintier, S. u Scholes, J., Commercial Agents and the Law, Routledge, Londra, 2005, p. 116-118; Singleton, S., Commercial Agency Agreements: Law and Practice, 5ed., Bloomsbury Professional, London, 2020, p. 99.
( 4 ) Ustawa z dnia 23 kwietnia 1964 r. Kodeks cywilny (il-Liġi tat‑23 ta’ April 1964 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili) (Dz. U. tal-2019, pożizzjoni 1145, kif emendat) (iktar ’il quddiem, il-“Kodiċi Ċivili”).
( 5 ) Permezz ta’ kuntratti ta’ aġenzija l-aġent kummerċjali li jaħdem għal rasu u l-prinċipal jistabbilixxu relazzjoni permanenti. Il-kompitu tal-aġent huwa li jsib klijenti għall-prinċipal, jinnegozja magħhom u, possibbilment, jippermetti l-konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali bejn il-prinċipal u tali klijenti. Ara d-Direttiva 86/653, b’mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 3. Tali deskrizzjoni tax-xogħol tal-aġent hija bbażata fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali nnifishom kif ikunu jidhru f’kuntest ekonomiku reali. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 1996, Kontogeorgas (C-104/95, EU:C:1996:492, punt 26).
( 6 ) Għal analiżi tad-Direttiva 86/653, ara Saintier, S., “Commercial agency in European Union private law”, fi Twigg-Flesner, C. (ed.), The Cambridge Companion to European Union Private Law, Cambridge University Press, Cambridge, 2010, p. 273-285; ara wkoll kwotazzjonijiet fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 3 u 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Għal diskussjoni usa’, ara, pereżempju, Jansen, N. u Zimmermann, R., Commentaries on European Contract Laws, Oxford University Press, Oxford, 2018, p. 587-594.
( 7 ) Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 86/653, din id-direttiva ma tapplikax għal aġenti kummerċjali li l-attivitajiet tagħhom ikunu mingħajr ħlas.
( 8 ) Id-Direttiva 86/653 ġiet adottata qabel ma ddaħħal dak li llum huwa l-Artikolu 114 TFUE fil-qafas tat-Trattat permezz tal-Att Uniku Ewropew, li kien daħal fis-seħħ fl‑1 ta’ Lulju 1987. Id-Direttiva kienet ibbażata fuq l-Artikoli 57(2) u 100 KEE (li issa saru l-Artikoli 53(1) u 115 TFUE).
( 9 ) Ara, pereżempju, id-Dokument tal-Kunsill 7251/1/83 REV 1, tal‑14 ta’ Ġunju 1983; id-Dokument tal-Kunsill 9274/84, tad‑19 ta’ Settembru 1984; id-Dokument tal-Kunsill 7242/85, tas‑6 ta’ Ġunju 1985. Ara wkoll, f’dan ir-rigward, Lando, O., “The EEC Draft Directive Relating to Self-Employed Commercial Agents: The English Law Commission versus The EC Commission”, Rabels Zeitschrift für ausländisches und internationales Privatrecht/The Rabel Journal of Comparative and International Private Law, Vol. 44, 1980, p. 1.
( 10 ) Hemm diġà madwar għoxrin sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja b’risposta għal talbiet għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qrati nazzjonali dwar id-Direttiva 86/653. Madankollu, minkejja ċarezza insuffiċjenti tat-test ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni sabet li d-Direttiva 86/653 kienet suċċess minħabba li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali ta’ aġenzija żdied. Ara, f’dan ir-rigward, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tad-Direttiva 86/653 (Evalwazzjoni REFIT), SWD(2015) 146 final, tas‑16 ta’ Lulju 2015 (iktar ’il quddiem ir-rapport “REFIT”).
( 11 ) Tajjeb wieħed jinnota li, anki jekk is-sensiela ta’ kuntratti ta’ aġenzija inkwistjoni ġew konklużi qabel l-adeżjoni tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea fl‑1 ta’ Mejju 2004 (ara l-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet), ma tqajmux kwistjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk id-Direttiva 86/653 kinitx tapplika ratione temporis għal din il-kawża. Fi kwalunkwe każ, dan ma jidhirlix li huwa ta’ problema fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li l-effetti legali ta’ dawk il-kuntratti ta’ aġenzija komplew wara dik id-data. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2019, UniCredit Leasing (C‑242/18, EU:C:2019:558, punt 32). Tabilħaqq, fil-kuntest tad-Direttiva 86/653, il-Qorti tal-Ġustizzja ma qalet xejn dwar dan fil-ġurisprudenza tagħha dwar fatti komuni kemm qabel kif ukoll wara l-adeżjoni. Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Unamar (C‑184/12, EU:C:2013:663, punt 20); ara wkoll, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Centrosteel (C‑456/98, EU:C:2000:137, punti 21 sa 25).
( 12 ) Ara, f’dan ir-rigward, id-digriet tas‑6 ta’ Marzu 2003, Abbey Life Assurance (C‑449/01, mhux ippubblikat, EU:C:2003:133, punti 13 sa 20) (dwar assigurazzjoni fuq il-ħajja, annwalitajiet u tfaddil); is-sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 2015, Quenon K. (C-338/14, EU:C:2015:795, punt 16) (dwar servizzi bankarji u assigurazzjoni) u tas‑17 ta’ Mejju 2017, ERGO Poist’ovňa (C‑48/16, EU:C:2017:377, punt 28) (dwar servizzi ta’ assigurazzjoni).
( 13 ) Minħabba l-ewwel kawża li tat lok għal din il-linja stabbilita ta’ ġurisprudenza: ara s-sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 1990, Dzodzi (C‑297/88 u C‑197/89, EU:C:1990:360, punti 36 sa 43).
( 14 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑16 ta’ Marzu 2006, Poseidon Kartaing (C‑3/04, EU:C:2006:176, punti 11 sa 19); tat‑28 ta’ Ottubru 2010, Volvo Car Germany (C‑203/09, EU:C:2010:647, punti 23 sa 28); tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Unamar (C‑184/12, EU:C:2013:663, punti 30 u 31); tat‑3 ta’ Diċembru 2015, Quenon K. (C‑338/14, EU:C:2015:795, punti 17 sa 19) u tas‑17 ta’ Mejju 2017, ERGO Poist’ovňa (C‑48/16, EU:C:2017:377, punti 29 sa 32). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tanchev fil-kawża The Software Incubator (C‑410/19, EU:C:2020:1061, punt 45 u nota ta’ qiegħ il-paġna 39).
( 15 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑12 ta’ Diċembru 2019, G.S. u V.G. (Theddida għall-ordni pubbliku) (C‑381/18 u C‑382/18, EU:C:2019:1072, punt 43) u tat‑30 ta’ Jannar 2020, I.G.I. (C-394/18, EU:C:2020:56, punt 48). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawża Deutsche Post et (C‑203/18 u C‑374/18, EU:C:2019:502, punti 43 sa 62); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża J & S Service (C‑620/19, EU:C:2020:649, punti 27 sa 96) u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi BALTIJAS STARPTAUTISKĀ AKADĒMIJA u STOCKHOLM SCHOOL OF ECONOMICS IN RIGA (C‑164/21 u C‑318/21, EU:C:2022:333, punti 57 sa 64).
( 16 ) Ara, pereżempju, Hesselink, M.W., “Non-Mandatory Rules in European Contract Law”, European Review of Contract Law, Vol. 1, 2005, p. 44; Grigoleit, H.C., “Mandatory Law (Fundamental Regulatory Principles)”, f’Basedow, J. et al., Max Planck Encyclopedia of European Private Law, Oxford University Press, Oxford, 2012.
( 17 ) Ara, f’dan ir-rigward, Hesselink, msemmi fin nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 56-61.
( 18 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża Ingmar (C‑381/98, EU:C:2000:230, punti 81 sa 91) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Agro Foreign Trade & Agency (C‑507/15, EU:C:2016:809, punti 36 u 37).
( 19 ) Ara d-Direttiva 86/653, Artikolu 5 (“Il-partijiet ma jistgħux jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 u 4.”); l-Artikolu 13(1) (“Twarrib ta’ dan id-dritt m’għandux ikun permissibbli.”).
( 20 ) Ara d-Direttiva 86/653, Artikolu 15(2) (“Il-partijiet ma jistgħux jiftiehmu fuq perjodi iqsar ta’ notifika.”).
( 21 ) Ara d-Direttiva 86/653, Artikolu 10(4) (“M’għandux ikun permess ftehim għal deroga mill-paragrafi 2 u 3 għad-detriment ta’ l-aġent kummerċjali.”); Artikolu 11(3) (“M’għandux ikun permess ftehim għal deroga mill-paragrafu 1 għad-detriment ta’ l-aġent kummerċjali.”); Artikolu 12(3) (“Ftehim għal deroga mill-paragrafi 1 u 2 għad-detriment ta’ l-aġent kummerċjali m’għandux ikun permissibbli”).
( 22 ) Ara d-Direttiva 86/653, Artikolu 19 (“Il-partijiet ma jistgħux jidderogaw mill-Artikoli 17 u 18 għad-detriment ta’ l-aġent kummerċjali qabel ma l-kuntratt ta’ l-aġenzija jiskadi”).
( 23 ) Ara d-Direttiva 86/653, Artikolu 6(1) (“Fl-assenza ta’ kull ftehim dwar din il-materja bejn il-partijiet […]”); Artikolu 15(5) (“Sakemm ma jkunx ġie miftiehem xort oħra mill-partijiet […]”).
( 24 ) Flimkien mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/653, dan huwa wkoll il-każ dwar, pereżempju, l-Artikoli 8, 9 u 10(1) tagħha.
( 25 ) Enfasi miżjuda. Il-kelma “jew” tintuża f’verżjonijiet lingwistiċi oħra tad-Direttiva 86/653, bħal dik Ġermaniża, Spanjola, Franċiża, Kroata, Taljana, Portugiża u Slovena.
( 26 ) Għandu jiġi nnotat li l-użu tal-kelma “jew” jidher f’dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 86/653, li minnhom ebda waħda ma hija indikata bħala obbligatorja jew semi-obbligatorja. Ara l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 86/653; ara wkoll l-Artikoli 8 u 10(1) tagħha, li jistgħu jiġu interpretati bħala li jistabbilixxu regola mhux obbligatorja ta’ mudell miftuħ. Għall-kuntrarju, ċerti dispożizzjonijiet indikati espressament fid-Direttiva 86/653 bħala obbligatorja jużaw il-kelma “u”: ara l-Artikoli 11(1) u 17(2)(a) tad-Direttiva 86/653; ara wkoll l-Artikolu 17(3) tagħha, li jirreferi għal “u/jew”.
( 27 ) Dwar id-diffikultajiet li l-leġiżlatur jiffaċċja meta jkun qiegħed ifittex l-aħjar kontenut ta’ regoli mhux obbligatorji, ara Hesselink, imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 77-83. Dwar dan, metodu partikolari biex tinstab regola xierqa huwa metodu soċjoloġiku li jieħu inkunsiderazzjoni prattika eżistenti relatata ma’ ċerti tipi ta’ kuntratti. L-għażla tal-leġiżlatur tista’ tirrifletti wkoll il-fehma tiegħu dwar liema tip ta’ regola tkun ekonomikament l-iktar effiċjenti jew liema regola tkun tirrifletti bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-partijiet f’sitwazzjonijiet tipiċi.
( 28 ) Dwar l-importanza ta’ regoli fakultattivi biex jiġu ffrankati spejjeż ta’ tranżazzjonijiet, ara, pereżempju, Hesselink, imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 46; Storme, M.E., “Freedom of Contract: Mandatory and Non-Mandatory Rules in European Contract Law”, European Review of Private Law, Vol. 15, 2007, p. 233, f’p. 237-238.
( 29 ) Għall-istess raġuni l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 ma jistax jiġi interpretat, kif isostnu Rigall Arteria Management u l-Gvern Pollakk, bħala regola semi-obbligatorja, li tippermetti deroga mill-partijiet biss jekk dak ikun favorevoli għall-aġent kummerċjali. Kif issuġġerejt jiena, il-possibbiltà skont din id-dispożizzjoni hija biss waħda mill-għażliet dwar kif għandha tiġi rregolata l-kummissjoni tal-aġent.
( 30 ) Ara, l-iktar famuża, is-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑304/02, EU:C:2005:444, punt 83), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-kelma “jew” f’dak li qabel kien l-Artikolu 228(2) KE (illum l-Artikolu 260(2) TFUE) ma tipprekludix l-impożizzjoni kemm ta’ ħlas f’daqqa kif ukoll ta’ ħlas ta’ penali għall-istess ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru.
( 31 ) Kif iddeċidiet konsistentement iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huwa neċessarju li jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-formulazzjoni tagħha iżda wkoll il-kuntest li fih isseħħ u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mir-regoli li tagħhom hija tkun tagħmel parti. Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, Agro Foreign Trade & Agency (C‑507/15, EU:C:2017:129, punt 27).
( 32 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑25 ta’ Mejju 2016, Meroni (C‑559/14, EU:C:2016:349, punt 45) u tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Bank Melli Iran (C‑124/20, EU:C:2021:1035, punt 70).
( 33 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Bank Melli Iran (C‑124/20, EU:C:2021:1035, punt 79). Kif indikat fl-Ispjegazzjonijiet tal-Karta, l-Artikolu 16 tal-Karta jikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li diġà tirrikonoxxi li l-libertà kuntrattwali tagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2007, Société thermale d’Eugénie-Les-Bains (C‑277/05, EU:C:2007:440, punt 28) u tal‑5 ta’ Ottubru 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑240/97, EU:C:1999:479, punt 99); ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Thelen Technopark Berlin (C‑261/20, EU:C:2021:620, punti 75 sa 84).
( 34 ) Ara l-punt 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Skont l-evalwazzjoni tal‑2015 tal-Kummissjoni tad-Direttiva 86/653, l-aġenti kummerċjali kważi kollha huma impriżi żgħar u medji (“SMEs”) jew proprjetarji waħedhom, filwaqt li maġġoranza ta’ prinċipali huma wkoll SMEs. Ara r-rapport REFIT, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet, punti 3.2.3 u 6.
( 35 ) Skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, jistgħu jiġu imposti limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta’ drittijiet radikati mill-Karta sakemm il-limitazzjonijiet jiġu pprovduti mil-liġi, ikunu josservaw il-kontenut essenzjali ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet u, jkunu konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikunu neċessarji u ġenwinament jirriflettu għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal‑libertajiet ta’ persuni oħra. Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Bank Melli Iran (C‑124/20, EU:C:2021:1035, punt 83).
( 36 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 2015, Quenon K. (C‑338/14, EU:C:2015:795, punt 23); tas‑16 ta’ Frar 2017, Agro Foreign Trade & Agency (C‑507/15, EU:C:2017:129, punt 29) u tas‑16 ta’ Settembru 2021, The Software Incubator (C‑410/19, EU:C:2021:742, punt 48).
( 37 ) It-tieni u t-tielet premessa tad-Direttiva 86/653 jipprovdu s-segwenti:
“Billi d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rappreżentanza kummerċjali sostanzjalment jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta’ dik l-attività fil-Komunità u huma ta’ ħsara kemm għal protezzjoni disponibbli għal aġenti kummerċjali vis-à-vis il-prinċipali tagħhom u kemm għas-sigurtà ta’ operazzjonijiet kummerċjali; billi barra minnhekk dawk id-differenzi huma tali li jipprevienu sostanzjalment il-konklużjoni u l-operazzjoni ta’ kuntratti ta’ rappreżentanza kummerċjali meta l-prinċipal u l-aġenti kummerċjali jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti”;
“Billi l-kummerċ fil-merkanzija bejn Stati Membri għandu jitwettaq taħt il-kundizzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ suq wieħed, u dan jeħtieġ l-approssimazzjoni tas-sistemi legali ta’ l-Istati Membri sal-limitu meħtieġ għal funzjonament kif suppost tas-suq komuni; billi f’dan ir-rigward ir-regoli li jikkonċernaw konflitti fil-liġijiet fil-fatt ma jneħħux, fil-materja ta’ rappreżentanza kummerċjali, l-inkonsistenzi msemmija fuq, lanqas ma kienu li kieku saru l-istess, u għalhekk l-armonizzazzjoni proposta hija neċessarja minkejja l-eżistenza ta’ dawk ir-regoli”.
( 38 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (PDO Feta) (C‑159/20, EU:C:2022:198, punt 64).
( 39 ) Ara, f’dan ir-rigward, ir-rapport REFIT, imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet, punt 3.1.
( 40 ) L-importanza tal-għan tas-suq intern li għandu jintlaħaq mid-Direttiva 86/653 ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑30 ta’ April 1998, Bellone (C‑215/97, EU:C:1998:189, punt 17), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kuntest ta’ konstatazzjoni li regoli nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kuntratti ta’ aġenzija kienu inkonsistenti ma’ din id-direttiva, li dawk ir-regoli “setgħu jostakolaw sensibbilment il-konklużjoni u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ta’ aġenzija bejn partijiet stabbiliti f’diversi Stati Membri”. [traduzzjoni mhux uffiċjali].
( 41 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-ħames premessa tad-Direttiva 86/653 li tirreferi għal “il-prinċipji” ta’ dak li llum huwa l-Artikolu 151 TFUE dwar il-politika soċjali “fl-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal aġenti kummerċjali”.
( 42 ) Il-possibbiltà, jew anki l-obbligu, li l-leġiżlatur tal-Unjoni jieħu inkunsiderazzjoni preokkupazzjonijiet differenti (inklużi dawk li għall-armonizzazzjoni tagħhom l-Unjoni ma għandhiex kompetenza awtonoma) meta jadotta regoli għall-approssimazzjoni ta’ liġijiet nazzjonali, bil-għan li jiġu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, ġiet ikkonfermata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ dak li llum huwa l-Artikolu 114 TFUE. Ara, inter alia, is-sentenza tal‑5 ta’ Ottubru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Tobacco Advertising) (C‑376/98, EU:C:2000:544), jew, iktar reċenti, is-sentenzi tal‑4 ta’ Mejju 2016, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑358/14, EU:C:2016:323) u tal‑4 ta’ Mejju 2016, Philip Morris Brands et (C‑547/14, EU:C:2016:325).
( 43 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑17 ta’ Jannar 2008, Chevassus-Marche (C‑19/07, EU:C:2008:23, punt 22); tad‑19 ta’ April 2018, CMR (C‑645/16, EU:C:2018:262, punt 33) u tas‑17 ta’ Mejju 2017, ERGO Poist’ovňa (C‑48/16, EU:C:2017:377, punt 41); ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Honyvem Informazioni Commerciali (C‑465/04, EU:C:2005:641, punt 31).
( 44 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża ERGO Poist’ovňa (C-48/16, EU:C:2017:15, punti 36 u 37).
( 45 ) Ara, f’dan ir-rigward, Weatherill, S., “Why Object to the Harmonization of Private Law by the EC?”, European Review of Private Law, Vol. 12, 2004, p. 633, f’p. 635. Ara wkoll Zamir, E. u Ayres, I., “A Theory of Mandatory Rules: Typology, Policy, and Design”, Texas Law Review, Vol. 99, 2020, p. 283, f’p. 292.
( 46 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2020, Trendsetteuse (C‑828/18, EU:C:2020:438, punt 30).
( 47 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2009, Semen (C‑348/07, EU:C:2009:195, punt 31).
( 48 ) Dwar fehmiet li jikkonfermaw li jista’ jkun hemm l-intenzjoni li l-armonizzazzjoni tintlaħaq permezz ta’ regoli fakultattivi, ara, pereżempju, Hesselink, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet; Storme, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet; Gutman, K., The Constitutional Foundations of European Contract Law: A Comparative Analysis, Oxford University Press, Oxford, 2014.
( 49 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tat‑30 ta’ April 1998, Bellone (C‑215/97, EU:C:1998:189, punti 11 u 16), u tat‑28 ta’ Ottubru 2010, Volvo Car Germany (C‑203/09, EU:C:2010:647, punt 40); id-digriet tas‑6 ta’ Marzu 2003, Abbey Life Assurance (C‑449/01, mhux ippubblikat, EU:C:2003:133, punt 15). Ara wkoll, inter alia, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Quenon K. (C‑338/14, EU:C:2015:503, punt 39) u konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Agro Foreign Trade & Agency (C‑507/15, EU:C:2016:809, punti 48 sa 54).
( 50 ) Ara Il-Kummissjoni, Ugwaljanza ta’ drittijiet għal aġenti kummerċjali. Proposta għal direttiva tal-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw aġenti kummerċjali (li jaħdmu għal rashom), COM(76) 670, tat‑13 ta’ Diċembru 1976 (iktar ’il quddiem, il-“Proposta”).
( 51 ) L-abbozz tal-Artikolu 12(1) kien jipprovdi: “L-aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għal kommissjoni fuq operazzjonijiet kummerċjali konklużi tul il-perjodu kopert bil-kuntratt ta’ l-aġenzija:
(a) meta l-operazzjoni tkun ġiet akkwistata mill-aġent kummerċjali, jew
(b) meta l-operazzjoni tkun konkluża ma’ parti terza li l-aġent ikun innegozja jew ftiehem magħha qabel dwar operazzjoni konformi mat-termini tal-aġenzija tiegħu, jew
(c) meta l-aġent kummerċjali jinħatar biex ikopri żona ġeografika speċifika jew grupp speċifiku ta’ nies u l-operazzjoni tiġi konkluża f’dik iż-żona ġeografika jew ma’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp, minkejja li l-operazzjoni tkun ġiet innegozjata jew miftiehma xort’oħra milli mill-aġent kummerċjali.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] Ara l-Proposta, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 10.
( 52 ) Ara l-Proposta, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 ta’ dawn il-konklużjonijiet, abbozz tal-Artikolu 35(1), p. 16, u l-Kummentarju, p. 25-26.
( 53 ) Ara Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali (li jaħdmu għal rashom), tal‑24 ta’ Novembru 1977 (ĠU 1978 C 59, p. 31), punti 2.9.6 sa 2.9.8.
( 54 ) Ara Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Dok. 514/76) għal Direttiva dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali (li jaħdmu għal rashom), Dikjarazzjoni ta’ Spjegazzjoni, Dokument 222/78, tas‑27 ta’ Lulju 1978, punti 110 u 111, u r-Riżoluzzjoni li tinkorpora l-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej lill-Kunsill għal Direttiva dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali (li jaħdmu għal rashom), tat‑12 ta’ Settembru 1978 (ĠU 1978 C 239, p. 18), punt 17.
( 55 ) Ara Il-Kummissjoni, Emenda tal-Kummissojni għall-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali (li jaħdmu għal rashom), COM (78) 773 final, tat‑22 ta’ Jannar 1979 (iktar ’il quddiem il-“Proposta Riveduta”), Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 8-9, u abbozz tal-Artikolu 35(1), p. 21.
( 56 ) Fil-Proposta Riveduta tal-Kummissjoni, l-abbozz tal-Artikolu 12(1) baqa’ ma nbidilx ħlief għall-punt (b), li kien immodifikat skont is-segwenti: “meta l-operazzjoni tkun konkluża ma’ parti terza li l-aġent ikun akkwista qabel bħala klijent għal operazzjonijiet tal-istess tip”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Ara l-Proposta Riveduta, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 4, u l-abbozz tal-Artikolu 12(1), p. 10-11.
( 57 ) Ara, f’dan ir-rigward, id-Dokument tal-Kunsill 6877/80, tas‑6 ta’ Mejju 1980, p. 16. Tajjeb li jiġi nnotat li, kif indikat f’ċerti dokumenti istituzzjonali maħruġa qabel, il-maġġoranza tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri kienu favur il-karattru fakultattiv tal-abbozz tal-Artikolu 12, filwaqt li l-Kummissjoni kkunsidrat li dan kien ta’ karattru obbligatorju, suġġett għal derogi fejn jixraq. Ara d-Dokument tal-Kunsill 7527/81, tat‑23 ta’ Ġunju 1981, p. 4. Wara dan, meta tneħħa l-abbozz tal-Artikolu 35, deher li l-maġġoranza tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri kienu favur li jispeċifikaw l-abbozz tal-Artikolu 12(1)(a) bħala obbligatorju. Ara, pereżempju, id-Dokument tal-Kunsill 7381/83, tad‑9 ta’ Ġunju 1983, p. 8, nota ta’ qiegħ il-paġna 4; id-Dokument tal-Kunsill 7379/86, tal‑4 ta’ Ġunju 1986, p. 8, nota ta’ qiegħ il-paġna 6. Madankollu, dan ma ġiex segwit fil-verżjoni finali tad-Direttiva 86/653.
( 58 ) Ara, f’dan ir-rigward, id-Dokument tal-Kunsill 5442/82, tal‑10 ta’ Marzu 1982, p. 2; id-Dokument tal-Kunsill 7013/83, tat‑18 ta’ Mejju 1983, p. 5; id-Dokument tal-Kunsill 7778/83, tas‑17 ta’ Ġunju 1983, p. 9; id-Dokument tal-Kunsill 7379/86, tal‑4 ta’ Ġunju 1986, p. 22.
( 59 ) Barra minn dan, kien hemm proposta mressqa minn ċerti Stati Membri dak iż-żmien (jiġifieri mir-Renju tad-Danimarka, bl-appoġġ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) biex tiddaħħal dispożizzjoni fid-Direttiva proposta biex tkun affermata l-libertà kuntrattwali u, b’hekk, biex ikun ċar li fejn dispożizzjoni speċifika tad-Direttiva proposta ma kinitx indikata bħala obbligatorja, il-partijiet kienu liberi jidderogaw minnha. Dik il-proposta ma ġietx segwita fit-test finali. Ara, f’dan ir-rigward, id-Dokument tal-Kunsill 7013/83, tat‑18 ta’ Mejju 1983, p. 5; id-Dokument tal-Kunsill 7251/83, tal‑14 ta’ Ġunju 1983, p. 7.
( 60 ) Ta’ min jinnota li, fir-rigward tal-kuntest storiku li fih seħħet id-Direttiva 86/653, il-Konvenzjoni ta’ Benelux dwar l-Aġenzija Kummerċjali, iffirmata f’Den Haag fis‑26 ta’ Novembru 1973, iżda li ma kinitx daħlet fis-seħħ minħabba li r-Renju tal-Belġju u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma kinux irratifikawha, kienet tifforma l-bażi ta’ diskussjonijiet fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar din id-direttiva. L-Artikolu 5(1) ta’ din il-konvenzjoni, li kien jixbah l-abbozz tal-Artikolu 12(1) tal-proposti oriġinali u riveduti tal-Kummissjoni, ma kienx issemma fil-lista speċifika ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Artikolu 19 tagħha.
( 61 ) Ara l-Proposta, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-abbozz tal-Artikolu 11, p. 10 u l-Kummentarju, p. 20. L-ewwel punt tal-abbozz tal-Artikolu 11 fil-parti l-kbira tiegħu jikkorrispondi mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 86/653, u t-tieni subparagrafu tagħha mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 86/653; it-tielet subparagrafu ta’ dak l-abbozz tal-artikolu, li ma jidhirx fid-Direttiva 86/653, kien jgħid: “Kuntratti ta’ aġenzija li jeskludu d-dritt tal-aġent għal kummissjoni jkunu invalidi”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Ara wkoll il-Proposta Riveduta, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 3, u l-abbozz tal-Artikolu 11, p. 10 (li jżid riferiment għal remunerazzjoni in natura u li jibdel l-ordni ta’ ċerti punti).
( 62 ) Ara, f’dan ir-rigward, id-Dokument tal-Kunsill 9253/80, tat‑13 ta’ Awwissu 1980, p. 11 (l-ewwel qari); id-Dokument tal-Kunsill 7527/81, tat‑23 ta’ Ġunju 1981, p. 3 (it-tieni qari); id-Dokument tal-Kunsill 7348/82, tat‑2 ta’ Ġunju 1982, p. 11-12 (it-tielet qari). Fil-fatt, kif indikat f’ċerti dokumenti istituzzjonali, il-formulazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 86/653 tidher li toriġina minn ċerti emendi proposti mressqa mill-Belġju u mill-Ġermanja fir-rigward tal-abbozz tal-Artikoli 12 u 13 (li jikkorrispondu mal-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 86/653). Ara d-Dokument tal-Kunsill 6877/80, 6 ta’ Mejju 1980, p. 15 u 19.
( 63 ) Ara d-Direttiva 86/653, Artikoli 5, 13(1), 15(2) u 19.
( 64 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cosmas fil-kawża Kontogeorgas (C‑104/95, EU:C:1996:274, punt 23, nota ta’ qiegħ il-paġna 13).
( 65 ) Huwa importanti jiġi nnotat li l-Qorti tal-Ġustizzja bbażat il-konstatazzjoni tagħha dwar in-natura obbligatorja tal-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 86/653 fuq id-dispożizzjoni espressa tal-Artikolu 19 tagħha, li jipprojbixxi deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet b’detriment għall-aġent kummerċjali. Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2000, Ingmar (C‑381/98, EU:C:2000:605, partikolarment il-punti 21 sa 24); ara wkoll, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Unamar (C‑184/12, EU:C:2013:663, punt 40), u tad‑19 ta’ April 2018, CMR (C‑645/16, EU:C:2018:262, punti 32 u 34 sa 36).
( 66 ) Ara, fir-rigward tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653, is-sentenzi tas‑26 ta’ Marzu 2009, Semen (C‑348/07, EU:C:2009:195, punti 19 u 20); tat‑28 ta’ Ottubru 2010, Volvo Car Germany (C‑203/09, EU:C:2010:647, punt 44); tat‑3 ta’ Diċembru 2015, Quenon K. (C‑338/14, EU:C:2015:795, punt 28) u tas‑7 ta’ April 2016, Marchon Germany (C‑315/14, EU:C:2016:211, punt 27). Ara wkoll ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (86/653/KEE), COM(96) 364 final, tat‑23 ta’ Lulju 1996, b’mod partikolari p. 2-4.
( 67 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑17 ta’ Jannar 2008, Chevassus-Marche (C‑19/07, EU:C:2008:23, punti 17 sa 21) u tas‑17 ta’ Mejju 2017, ERGO Poist’ovňa (C‑48/16, EU:C:2017:377, punt 40).
( 68 ) Kif indikat mill-Gvern Ġermaniż, il-ġurisprudenza Ġermaniża kkonfermat li d-dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża li ttrasponiet l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 huma kkunsidrati bħala fakultattivi minnhom innifishom.
( 69 ) F’dan ir-rigward Rigall Arteria Management u Bank Handlowy jasserixxu li l-pożizzjoni dominanti fil-ġurisprudenza Pollakka hija li l-Artikolu 761(1) tal-Kodiċi Ċivili huwa fakultattiv, filwaqt li Rigall Arteria Management tinnota li l-opinjonijiet fil-letteratura ta’ studjużi huma diviżi u l-Gvern Pollakk jenfasizza li, kif indikat fid-digriet tar-rinviju, is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), hija ser tkun qiegħda tiddeċiedi għall-ewwel darba f’din il-kawża.
( 70 ) Għandu jiġi nnotat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, Rigall Arteria Management issemmi tliet Stati Membri (il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Polonja) fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti li ttrasponew l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 apparentement huma kkunsidrati bħala fakultattivi, u Stat Membru wieħed (il-Belġju) fejn apparentement huma obbligatorji, filwaqt li Bank Handlowy jirreferi għal seba’ Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Finlandja u l-Isvezja) li fihom tali dispożizzjoni huma kkunsidrati bħala fakultattivi. Ara ulterjorment, f’dan ir-rigward, Bogaert, G. u Lohmann, U. (edituri.), Commercial Agency and Distribution Agreements: Law and Practice in the Member States of the European Union, It-Tielet Edizzjoni, Kluwer, Den Haag, 2000, p. 67-676.
( 71 ) F’ħafna mil-letteratura ta’ studjużi r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 86/653 huma kkunsidrati bħala fakultattivi. Ara, pereżempju, Crahay, P., “La directive européenne relative aux agents commerciaux indépendents”, Tijdschrift voor Belgish Handelsrecht/Revue de droit commercial belge, Vol. 10, 1987, p. 564, f’p. 576-580; Saintier u Scholes, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 109 u 115-118; Randolph, F. u Davey, J., The European Law of Commercial Agency, It-Tielet Edizzjoni, Hart, Oxford, 2010, p. 79-80; Singleton, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 98. Madankollu, hemm ukoll fehmiet differenti. Pereżempju, de Theux, A., Le statut européen de l’agent commercial: Approche critique de droit comparé, Publications des Facultés universitaires Saint-Louis, Brussels, 1992, p. 116-117 u 357-365, jargumenta li tali regoli għandhom jitqiesu bħala semi-obbligatorji; ara wkoll Rott-Pietrzyk, E. u Grochowski, M., ‘Prowizja agenta w czasie trwania umowy (imperatywny czy dyspozytywny charakter regulacji i wynikające z tego konsekwencje)’, Transformacje Prawa Prywatnego, 2018, p. 73, li, kif ingħad minn Rigall Arteria Management, jargumenta li l-Artikolu 761(1) tal-Kodiċi Ċivili għandu jinftiehem bħala regola obbligatorja.
( 72 ) Tajjeb li jiġi nnotat li, kif indikat minn Rigall Arteria Management, fil-kuntest ta’ studji dwar id-dritt privat Ewropew, ix-xogħol ta’ grupp akkademiku jidher li jikkunsidra r-regoli dwar il-kummissjoni inkwistjoni bħala obbligatorji (ara Research Group on the Existing EC Private Law (Acquis Group), Principles of the Existing EC Contract Law (Acquis Principles), Contract II: General Dispositions, Delivery of Goods, Package Travel and Payment Services, Sellier, München, 2009, Artikolu 7:H-02: Mandatory Nature, p. 36). Madankollu, ix-xogħol ta’ gruppi akkademiċi oħra f’dan il-kuntest jidher li jieħu aspett differenti u, għalhekk, ma jispeċifikax li tali regoli huma obbligatorji (ara, f’dan ir-rigward, Hesselink, M.W. et al. (edituri.), Principles of European Law, Commercial Agency, Franchise and Distribution Contracts, Sellier, Munich, 2006, p. 93-95 u 173-177; von Bar, C. u Clive, E. (edituri), Principles, Definitions and Model Rules of European Private Law. Draft Common Frame of Reference (DCFR), Edizzjoni Kompluta, Vol. 3, Sellier, München, 2009, p. 2282-2283 u 2349-2353).