This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0699
Case C-699/21, E.D.L. (Ground for refusal based on illness): Judgment of the Court (Grand Chamber) of 18 April 2023 (request for a preliminary ruling from the Corte costituzionale — Italy) — Execution of a European arrest warrant issued against E.D.L. (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in criminal matters — European arrest warrant — Framework Decision 2002/584/JHA — Article 1(3) — Article 23(4) — Surrender procedures between Member States — Grounds for non-execution — Article 4(3) TEU — Duty of sincere cooperation — Postponement of the execution of the European arrest warrant — Article 4 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Prohibition of inhuman or degrading treatment — Serious, chronic and potentially irreversible illness — Risk of serious harm to health affecting the person concerned by the European arrest warrant)
Kawża C-699/21, E. D. L. (Raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq mard): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra E. D. L. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Artikolu 23(4) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 4(3) TUE – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew – Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti – Marda gravi, kronika u potenzjalment irreversibbli – Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa tal-persuna kkonċernata mill-mandat ta’ arrest Ewropew)
Kawża C-699/21, E. D. L. (Raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq mard): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra E. D. L. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Artikolu 23(4) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 4(3) TUE – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew – Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti – Marda gravi, kronika u potenzjalment irreversibbli – Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa tal-persuna kkonċernata mill-mandat ta’ arrest Ewropew)
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra E. D. L.
(Kawża C-699/21 (1), E. D. L. (Raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq mard))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Artikolu 23(4) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 4(3) TUE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti - Marda gravi, kronika u potenzjalment irreversibbli - Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa tal-persuna kkonċernata mill-mandat ta’ arrest Ewropew)
(2023/C 189/02)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E. D. L.
Fil-preżenza ta’: Presidente del Consiglio dei Ministri
Dispożittiv
L-Artikoli 1(3) u 23(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
— |
meta jeżistu raġunijiet validi li jitqies li hemm ir-riskju li l-konsenja ta’ persuna rikjesta, b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, tqiegħed manifestament f’perikolu s-saħħa tagħha, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’, bħala eċċezzjoni, tissospendi temporanjament din il-konsenja; |
— |
meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni msejjħa tiddeċiedi dwar il-konsenja ta’ persuna rikjesta, li tkun serjament marida, b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, tqis li jeżistu raġunijiet serji u kkonfermati li temmen li din il-konsenja għandha tesponi lill din il-persuna għal riskju reali ta’ tnaqqis sinjifikattiv tal-aspettattivi ta’ ħajja tagħha jew ta’ deterjorament rapidu, sinjifikattiv u irrimedjabbli tal-istat tas-saħħa tagħha, hija għandha tissospendi l-imsemmija konsenja u titlob lill-awtorità ġudizzjarja emittenti tipprovdilha kull informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom ikun ippjanat li l-imsemmija persuna tiġi suġġetta għal prosekuzzjoni jew detenuta kif ukoll dwar il-possibbiltajiet li dawn il-kundizzjonijiet jiġu adattati għall-istat tas-saħħa tagħha sabiex jiġi evitat li tali riskju jseħħ; |
— |
jekk, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità ġudizzjarja emittenti kif ukoll f’dak tal-informazzjoni l-oħra kollha li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha, jidher li dan ir-riskju ma jistax jitwarrab f’terminu raġonevoli, din l-aħħar awtorità għandha tirrifjuta li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew. Min-naħa l-oħra, jekk l-imsemmi riskju jista’ jiġi mwarrab f’tali terminu, għandha tiġi miftiehma data ġdida ta’ konsenja mal-awtorità ġudizzjarja emittenti. |