Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0688

    Kawża C-688/21, Confédération paysanne et (Mutaġenesi każwali in vitro): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Confédération paysanne et vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi ġenetikament modifikati – Direttiva 2001/18/KE – Artikolu 3(1) – Punt 1 tal-Anness I B – Kamp ta’ applikazzjoni – Eżenzjonijiet – Tekniki/metodi ta’ modifika ġenetika użati tradizzjonalment u li s-sikurezza tagħhom ilha ppruvata għal żmien twil – Mutaġenesi każwali in vitro)

    ĠU C 112, 27.3.2023, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Confédération paysanne et vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

    (Kawża C-688/21 (1), Confédération paysanne et (Mutaġenesi każwali in vitro))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi ġenetikament modifikati - Direttiva 2001/18/KE - Artikolu 3(1) - Punt 1 tal-Anness I B - Kamp ta’ applikazzjoni - Eżenzjonijiet - Tekniki/metodi ta’ modifika ġenetika użati tradizzjonalment u li s-sikurezza tagħhom ilha ppruvata għal żmien twil - Mutaġenesi każwali in vitro)

    (2023/C 112/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif Vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès

    Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

    Fil-preżenza ta’: Fédération française des producteurs d’oléagineux et de protéagineux

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Anness I B ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-premessa 17 tagħha,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    l-organiżmi miksuba permezz tal-applikazzjoni ta’ teknika/metodu ta’ mutaġenesi li hija bbażata fuq l-istess modalitajiet ta’ modifika, permezz tal-aġent mutaġeniku, tal-materjal ġenetiku tal-organiżmu kkonċernat bħal teknika/metodu ta’ mutaġenesi tradizzjonalment użata għal diversi applikazzjonijiet u li s-sikurezza tagħha ilha ppruvata għal żmien twil, iżda hija distinta minn din it-tieni teknika/metodu ta’ mutaġenesi permezz ta’ karatteristiċi oħra huma, bħala prinċipju, esklużi mill-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, sakemm ikun stabbilit li dawn il-karatteristiċi jistgħu jinvolvu modifiki tal-materjal ġenetiku ta’ dan l-organiżmu differenti, permezz tan-natura tagħhom jew permezz tar-ritmu li bih huma prodotti, minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tieni teknika/metodu ta’ mutaġenesi msemmija. Madankollu, l-effetti inerenti għall-kultivazzjonijiet in vitro ma jiġġustifikawx, bħala tali, li jiġu esklużi minn din l-eżenzjoni l-organiżmi miksuba bl-applikazzjoni in vitro ta’ teknika/metodu ta’ mutaġenesi li tradizzjonalment intużat għal diversi applikazzjonijiet in vivo u li s-sikurezza tagħha ilha ppruvata għal żmien twil fir-rigward ta’ dawn l-applikazzjonijiet.


    (1)  ĠU C 37, 21.01.2022


    Top