EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0668

Kawża C-668/21, Druvnieks: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Druvnieks” SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Regoli komuni – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 60 – Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni – Kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment” – Ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha tinstab impriża li hija proprjetà tal-istess proprjetarju tal-impriża li applikat għall-għajnuna inkwistjoni)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Druvnieks” SIA

(Kawża C-668/21 (1), Druvnieks)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Regoli komuni - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikolu 60 - Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment” - Ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha tinstab impriża li hija proprjetà tal-istess proprjetarju tal-impriża li applikat għall-għajnuna inkwistjoni)

(2023/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

l’Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Druvnieks” SIA

Fil-preżenza ta’: Lauku atbalsta dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008;

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sitwazzjoni li fiha l-kundizzjonijiet għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna, ippreżentata abbażi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma humiex sodisfatti mill-applikant għall-għajnuna kkonċernata, iżda minn impriża oħra proprjeta tal-istess proprjetarju bħala din tal-aħħar, li l-attività agrikola tagħha ttieħdet mill-applikant, tista’ tkun koperta mill-kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm, minn naħa, miċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha jirriżulta li, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni, l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali ma ntlaħaqx u, min-naħa l-oħra, li tiġi stabbilita r-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tagħha.

2)

L-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1306/2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li dan jista’ jiġi applikat minkejja li ma tkun ġiet imposta ebda sanzjoni amministrattiva fuq l-applikant għall-għajnuna kkonċernata jew fuq il-proprjetarju ta’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 37, 24.01.2022.


Top