Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0625

    Kawża C-625/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Denunzja illeġittima ta’ kuntratt mill-konsumatur – Klawżola li tiddetermina d-dritt tal-kummerċjant għal kumpens għal dannu ddikjarata inġusta – Applikazzjoni tad-dritt supplimentari intern)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

    (Kawża C-625/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Denunzja illeġittima ta’ kuntratt mill-konsumatur - Klawżola li tiddetermina d-dritt tal-kummerċjant għal kumpens għal dannu ddikjarata inġusta - Applikazzjoni tad-dritt supplimentari intern)

    (2023/C 35/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VB

    Konvenut: GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    meta klawżola ta’ kumpens f’kuntratt ta’ bejgħ tkun ġiet iddikjarata inġusta u, konsegwentement, nulla, iżda fejn madankollu l-imsemmi kuntratt jista’ jissussisti mingħajr din il-klawżola, dawn jipprekludu li l-bejjiegħ kummerċjant li impona l-klawżola msemmija jkun jista’ jitlob, fil-kuntest ta’ rikors għad-danni bbażat esklussivament fuq dispożizzjoni supplimentari tad-dritt nazzjonali dwar l-obbligi, il-kumpens għad-dannu li ġarrab kif previst minn din id-dispożizzjoni, li kienet tkun applikabbli fl-assenza tal-klawżola msemmija.


    (1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


    Top