This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0565
Case C-565/21, Caixabank (Loan arrangement fees): Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 16 March 2023 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo — Spain) — Caixabank, S.A. v X (Reference for a preliminary ruling — Consumer protection — Directive 93/13/EEC — Articles 3, 4 and 5 — Consumer contracts — Mortgage loans — Unfair contract terms — Term concerning loan arrangement fees — Application seeking a declaration of invalidity of that term and reimbursement of the amount paid on that basis — Plainness and intelligibility of the terms — Existence of specific national legislation)
Kawża C-565/21, Caixabank (Kummissjoni għall-ftuħ ta’ self): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixabank SA vs X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikoli 3, 4 u 5 – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Self ipotekarju – Klawżoli inġusti – Klawżola ta’ kummissjoni għall-ftuħ tas-self – Talba għall-annullament ta’ din il-klawżola u għall-ħlas lura tal-ammont imħallas abbażi tagħha – Natura ċara u li tinftiehem tal-klawżoli – Eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika)
Kawża C-565/21, Caixabank (Kummissjoni għall-ftuħ ta’ self): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixabank SA vs X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikoli 3, 4 u 5 – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Self ipotekarju – Klawżoli inġusti – Klawżola ta’ kummissjoni għall-ftuħ tas-self – Talba għall-annullament ta’ din il-klawżola u għall-ħlas lura tal-ammont imħallas abbażi tagħha – Natura ċara u li tinftiehem tal-klawżoli – Eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika)
ĠU C 164, 8.5.2023, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixabank SA vs X
(Kawża C-565/21 (1), Caixabank (Kummissjoni għall-ftuħ ta’ self))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikoli 3, 4 u 5 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Klawżola ta’ kummissjoni għall-ftuħ tas-self - Talba għall-annullament ta’ din il-klawżola u għall-ħlas lura tal-ammont imħallas abbażi tagħha - Natura ċara u li tinftiehem tal-klawżoli - Eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika)
(2023/C 164/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Caixabank SA
Konvenut: X
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, fid-dawl ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-kummissjoni tal-ftuħ hija remunerazzjoni għas-servizzi marbuta mal-eżami, mal-għoti jew mal-ipproċessar tas-self jew tal-kreditu ipotekarju jew għal servizzi simili oħra, tqis li l-klawżola li tistabbilixxi tali kummissjoni tagħmel parti mis-“suġġett prinċipali tal-kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minħabba li hija wieħed mill-komponenti prinċipali tal-prezz. |
2) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li: għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali li tipprevedi l-ħlas mill-persuna li tissellef ta’ kummissjoni tal-ftuħ, il-qorti kompetenti għandha tivverifika, fid-dawl tal-punti ta’ fatt rilevanti kollha, li l-persuna li tissellef kienet effettivament tqiegħdet f’pożizzjoni li tevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għaliha minn din il-klawżola, li tifhem in-natura tas-servizzi pprovduti bħala korrispettiv tal-ispejjeż previsti fl-imsemmija klawżola u li tivverifika li ma teżistix sovrappożizzjoni bejn id-diversi spejjeż previsti fil-kuntratt jew bejn is-servizzi li għalihom dawn l-ispejjeż jikkostitwixxu r-remunerazzjoni. |
3) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola kuntrattwali li tipprevedi, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, il-ħlas mill-persuna li tissellef ta’ kummissjoni tal-ftuħ intiża bħala remunerazzjoni għas-servizzi marbuta mal-eżami, mal-kostituzzjoni u mal-ipproċessar ippersonalizzat ta’ talba għal self jew għal kreditu ipotekarju, tista’, jekk ikun il-każ, ma toħloqx, għad-detriment tal-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, kemm-il darba l-eventwali eżistenza ta’ tali żbilanċ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ effettiv min-naħa tal-qorti kompetenti, konformement mal-kriterji li joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |