EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0560

Kawża C-560/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ZS vs Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 38(3) – Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data – Projbizzjoni tat-tneħħija mill-funzjonijiet tiegħu minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu – Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ZS vs Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

(Kawża C-560/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 38(3) - Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data - Projbizzjoni tat-tneħħija mill-funzjonijiet tiegħu minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu - Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja)

(2023/C 112/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZS

Konvenuti: Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

Dispożittiv

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li kontrollur jew proċessur ma jistax ikeċċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-data li huwa membru tal-persunal tiegħu ħlief għal raġuni serja, anki jekk it-tkeċċija ma hijiex marbuta mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dan l-uffiċjal, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tikkompromettix it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 37, 24.01.2022.


Top