Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0555

    Kawża C-555/21, UniCredit Bank Austria: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UniCredit Bank Austria AG vs Verein für Konsumenteninformation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2014/17/UE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi relatati ma’ proprjetà immobbli residenzjali – Artikolu 25(1) – Rimbors antiċipat – Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu li tikkonsisti fl-interessi u fl-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu residwali tal-kuntratt – Artikolu 4(13) – Kunċett ta’ “spiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” – Spejjeż li ma humiex dipendenti fuq it-tul tal-kuntratt)

    ĠU C 112, 27.3.2023, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UniCredit Bank Austria AG vs Verein für Konsumenteninformation

    (Kawża C-555/21 (1), UniCredit Bank Austria)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2014/17/UE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi relatati ma’ proprjetà immobbli residenzjali - Artikolu 25(1) - Rimbors antiċipat - Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu li tikkonsisti fl-interessi u fl-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu residwali tal-kuntratt - Artikolu 4(13) - Kunċett ta’ “spiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” - Spejjeż li ma humiex dipendenti fuq it-tul tal-kuntratt)

    (2023/C 112/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UniCredit Bank Austria AG

    Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

    Dispożittiv

    L-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt tal-konsumatur għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu fil-każ ta’ rimbors antiċipat tal-kreditu jinkludi biss l-interessi u l-ispejjeż li huma dipendenti fuq it-tul tal-kuntratt.


    (1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


    Top