EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0455

Kawża C-455/21, Lyoness Europe: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Olt – ir-Rumanija) – OZ vs Lyoness Europe AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 2(b) – Kunċett ta’ “konsumatur” – Kuntratt dwar l-affiljazzjoni ma’ sistema ta’ lealtà li tippermetti li jinkisbu ċerti vantaġġi finanzjarji mix-xiri ta’ oġġetti u servizzi mingħand negozjanti terzi)

ĠU C 261, 24.7.2023, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Olt – ir-Rumanija) – OZ vs Lyoness Europe AG

(Kawża C-455/21 (1), Lyoness Europe)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Kuntratt dwar l-affiljazzjoni ma’ sistema ta’ lealtà li tippermetti li jinkisbu ċerti vantaġġi finanzjarji mix-xiri ta’ oġġetti u servizzi mingħand negozjanti terzi)

(2023/C 261/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Olt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OZ

Konvenut: Lyoness Europe AG

Dispożittiv

L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

persuna fiżika li tissieħeb ma’ sistema implimentata minn kumpannija kummerċjali li tippermetti, fost oħrajn, li jinkisbu ċerti vantaġġi finanzjarji mix-xiri, minn din il-persuna fiżika jew minn persuni oħra li jipparteċipaw f’din is-sistema wara r-rakkomandazzjoni tagħha, ta’ oġġetti jew servizzi mingħand is-sieħba kummerċjali ta’ din il-kumpannija, fejn l-imsemmija persuna fiżika taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mill-attività professjonali tagħha, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “konsumatur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.


Top