Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0390

    Kawża C-390/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – ADPA European Independent Automotive Data Publishers Association internationale Vereinigung ohne Gewinnerzielungsabsicht – IvoG – belgischen Rechts, Gesamtverband Autoteile-Handel e.V. vs Automobiles PEUGEOT SA, PSA Automobiles SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur – Regolament (UE) 2018/858 – Artikolu 61 – Obbligu tal-produtturi tal-vetturi li jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur – Portata – Dritt ta’ aċċess għal din l-informazzjoni – Operaturi indipendenti – Pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika – Artikolu 63 – Spejjeż ta’ aċċess proporzjonati u raġonevoli)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – ADPA European Independent Automotive Data Publishers Association internationale Vereinigung ohne Gewinnerzielungsabsicht – IvoG – belgischen Rechts, Gesamtverband Autoteile-Handel e.V. vs Automobiles PEUGEOT SA, PSA Automobiles SA

    (Kawża C-390/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur - Regolament (UE) 2018/858 - Artikolu 61 - Obbligu tal-produtturi tal-vetturi li jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur - Portata - Dritt ta’ aċċess għal din l-informazzjoni - Operaturi indipendenti - Pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika - Artikolu 63 - Spejjeż ta’ aċċess proporzjonati u raġonevoli)

    (2022/C 472/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ADPA European Independent Automotive Data Publishers, Gesamtverband Autoteile-Handel e.V.

    Konvenuti: Automobiles PEUGEOT SA, PSA Automobiles SA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 61 u 63 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE, moqrija flimkien mal-punt 4 tal-Artikolu 86(1) u (2), kif ukoll it-Taqsima 1 tal-Anness XI ta’ dan ir-regolament,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    huma applikabbli għall-mudelli awtomobilistiċi approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

    2)

    L-Artikolu 61(1) tar-Regolament 2018/858

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    l-obbligu li jimponi fuq il-manifatturi awtomobilistiċi li jipprovdu aċċess illimitat, standardizzat u nondiskriminatorju għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur, iddefiniti fil-punt 48 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, jinkludi l-obbligu li jippermetti lill-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika jipproċessaw u jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tal-attivitajiet tagħhom fil-katina ta’ provvista tas-suq tal-ispare parts u tat-tagħmir ta’ rikambju, mingħajr ma jissuġġettahom għal kundizzjonijiet differenti minn dawk previsti mill-imsemmi regolament.

    3)

    L-Artikolu 63 tar-Regolament 2018/858, moqri fid-dawl tal-premessa 52 ta’ dan ir-regolament u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-kunċett ta’ “ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati”, imsemmi f’dan l-artikolu, minn naħa, jimponi fuq il-manifatturi awtomobilistiċi l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-attività kummerċjali li fil-kuntest tagħha l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tintuża mill-operaturi indipendenti differenti u, min-naħa l-oħra, li jiffatturaw spejjeż li jmorru lil hinn minn sempliċi spejjeż sostnuti minħabba l-aċċess għal din l-informazzjoni, li dan ir-regolament jimponilhom li jagħtu lil dawn l-operaturi, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn l-ispejjeż ma jkunux skoraġġanti għal dawn tal-aħħar.


    (1)  ĠU C 368, 13.9.2021


    Top