Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0301

    Kawża C-301/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Curtea de Apel Alba Iulia et vs YF et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol – Direttiva 2000/78/KE – Artikolu 2(1) u (2) – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li r-remunerazzjoni rċevuta minn ċerti membri tal-ġudikatura hija ogħla minn dik ta’ membri tal-ġudikatura oħrajn li għandhom l-istess grad u li jaqdu l-istess funzjonijiet – Artikolu 1 – Suġġett – Natura eżawrjenti tad-diskriminazzjonijiet elenkati)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Curtea de Apel Alba Iulia et vs YF et

    (Kawża C-301/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(1) u (2) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li r-remunerazzjoni rċevuta minn ċerti membri tal-ġudikatura hija ogħla minn dik ta’ membri tal-ġudikatura oħrajn li għandhom l-istess grad u li jaqdu l-istess funzjonijiet - Artikolu 1 - Suġġett - Natura eżawrjenti tad-diskriminazzjonijiet elenkati)

    (2022/C 472/16)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Oradea

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Curtea de Apel Alba Iulia, Curtea de Apel Cluj, Tribunalul Bihor, Tribunalul Satu Mare, Tribunalul Sălaj

    Konvenuti: YF, KP, OJ, YS, SL, DB, SH

    fil-preżenza ta’: Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării, Tribunalul Cluj,

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma huwiex applikabbli għal leġiżlazzjoni nazzjonali li, hekk kif interpretata minn ġurisprudenza nazzjonali vinkolanti, twassal sabiex ir-remunerazzjoni rċevuta minn ċerti membri tal-ġudikatura rreklutati wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni tkun inqas minn dik ta’ membri tal-ġudikatura irreklutati qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, peress li minnha ma tirriżulta ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età.

    2)

    Id-Direttiva 2000/78 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi diskriminazzjoni biss meta din tkun ibbażata fuq waħda mir-raġunijiet elenkati espliċitament fl-Artikolu 1 tagħha.


    (1)  ĠU C 329, 16.08.2021


    Top