Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0299

    Kawża C-299/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – EM vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Servizz pubbliku – Parlament Ewropew – Membru tal-persunal temporanju fis-servizz ta’ grupp politiku – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 7 – Trasferiment – Artikolu 12 u Artikolu 12a(3) – Kunċett ta’ “fastidju psikoloġiku” – Assenza ta’ assenjazzjoni ta’ kompiti – Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea – Talba għal assistenza – Dannu – Kumpens)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – EM vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża C-299/21 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Parlament Ewropew - Membru tal-persunal temporanju fis-servizz ta’ grupp politiku - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 7 - Trasferiment - Artikolu 12 u Artikolu 12a(3) - Kunċett ta’ “fastidju psikoloġiku” - Assenza ta’ assenjazzjoni ta’ kompiti - Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea - Talba għal assistenza - Dannu - Kumpens)

    (2022/C 284/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: EM (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avocate)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, L. Darie u C. González Argüelles, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2021, EM vs Il-Parlament (T-599/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:111), hija annullata, sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għal kumpens tar-rikors, sa fejn dawn kienu intiżi għal kumpens tad-dannu subit mill-appellant mill-fatt li kien ġie miċħud mill-kompiti li kellu jwettaq matul il-perijodu mit-8 ta’ Diċembru 2016 sal-1 ta’ Ġunju 2018, data tal-bidu tal-irtirar tiegħu.

    2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    3)

    Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens għal ammont ta’ EUR 7 500 lil EM.

    4)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-599/19 kif ukoll mal-proċedura tal-appell, nofs dawk sostnuti minn EM relatati ma’ dawn il-proċeduri.


    (1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


    Top