Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0264

    Kawża C-264/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 85/374/KEE – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Artikolu 3(1) – Kunċett ta’ “produttur” – Kwalunkwe persuna li tippreżenta ruħha bħala l-produttur billi tqiegħed fuq il-prodott isimha, it-trade mark tagħha jew kwalunkwe sinjal distintiv ieħor, jew li tkun awtorizzat dan it-tqegħid)

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.

    (Kawża C-264/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “produttur” - Kwalunkwe persuna li tippreżenta ruħha bħala l-produttur billi tqiegħed fuq il-prodott isimha, it-trade mark tagħha jew kwalunkwe sinjal distintiv ieħor, jew li tkun awtorizzat dan it-tqegħid)

    (2022/C 318/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

    Konvenut: Koninklijke Philips N.V.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “produttur”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jeżiġix li l-persuna li qiegħdet isimha, it-trade mark tagħha jew sinjal distintiv ieħor fuq il-prodott, jew li awtorizzat dan it-tqegħid, tippreżenta ruħha wkoll bħala l-produttur tal-prodott b’xi mod ieħor.


    (1)  ĠU C 278, 12.7.2021


    Top