Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0132

Kawża C-132/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – BE vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikoli 77 sa 79 – Rimedji ġudizzjarji – Eżerċizzju parallel – Rabta – Awtonomija proċedurali – Effettività tar-regoli ta’ protezzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament – Applikazzjoni koerenti u omoġenja ta’ dawn ir-regoli fl-Unjoni Ewropea kollha – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”)

ĠU C 71, 27.2.2023, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – BE vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

(Kawża C-132/21) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikoli 77 sa 79 - Rimedji ġudizzjarji - Eżerċizzju parallel - Rabta - Awtonomija proċedurali - Effettività tar-regoli ta’ protezzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament - Applikazzjoni koerenti u omoġenja ta’ dawn ir-regoli fl-Unjoni Ewropea kollha - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”)

(2023/C 71/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BE

Konvenut: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

fil-preżenza ta’: Budapesti Elektromos Művek Zrt

Dispożittiv

L-Artikolu 77(1), l-Artikolu 78(1) u l-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jippermettu eżerċizzju simultanju u indipendenti mir-rimedji ġudizzjarji previsti, minn naħa, f’dan l-Artikolu 77(1) u f’dan l-Artikolu 78(1) kif ukoll, min-naħa l-oħra, f’dan l-Artikolu 79(1). Huma l-Istati Membri, bi qbil mal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, li għandhom jipprevedu l-modalitajiet ta’ rabta ta’ dawn ir-rimedji ġudizzjarji sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni tad-drittijiet iggarantiti minn dan ir-regolament, l-applikazzjoni koerenti u omoġenja tad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, imsemmi fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


Top