EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0129

Kawża C-129/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Proximus NV vs Gegevensbeschermingsautoriteit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/58/KE – Artikolu 12 – Direttorji pubbliċi u servizzi ta’ tagħrif telefoniku – Kunsens tal-abbonat – Obbligi tal-fornitur tad-direttorji u tas-servizzi ta’ tagħrif – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 17 – Dritt għal tħassir (“dritt li wieħed jintesa”) – Artikolu 5(2) – Artikolu 24 – Obbligi ta’ informazzjoni u r-responsabbiltà tal-kontrollur)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Proximus NV vs Gegevensbeschermingsautoriteit

(Kawża C-129/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 12 - Direttorji pubbliċi u servizzi ta’ tagħrif telefoniku - Kunsens tal-abbonat - Obbligi tal-fornitur tad-direttorji u tas-servizzi ta’ tagħrif - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 17 - Dritt għal tħassir (“dritt li wieħed jintesa”) - Artikolu 5(2) - Artikolu 24 - Obbligi ta’ informazzjoni u r-responsabbiltà tal-kontrollur)

(2022/C 472/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Proximus NV

Konvenut: Gegevensbeschermingsautoriteit

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-“kunsens”, fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, tal-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi huwa meħtieġ sabiex id-data personali ta’ dan l-abbonat tidher fid-direttorji u fis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, ippubblikati minn operaturi oħra minbarra dan l-operatur, filwaqt li dan il-kunsens jista’, madankollu, jingħata lill-imsemmi operatur biss.

2)

L-Artikolu 17 tar-Regolament 2016/679

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-talba ta’ abbonat għat-tneħħija tad-data personali tiegħu mid-direttorji kif ukoll mis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku tikkostitwixxi eżerċizzju tad-“dritt għal tħassir”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.

3)

L-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 24 tar-Regolament 2016/679,

għandhom jiġu interpretati fis-sens:

awtorità superviżorja nazzjonali tista’ teżiġi li l-fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, bħala kontrollur, jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jinforma lill-kontrolluri terzi, jiġifieri l-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu d-data personali tal-abbonat tiegħu, kif ukoll il-fornituri l-oħra ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku li lilhom huwa pprovda tali data, dwar l-irtirar tal-kunsens ta’ dan l-abbonat.

4)

L-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2016/679,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali tordna lil fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, li lilu l-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi talab sabiex ma tiġix ippubblikata iktar id-data personali li tikkonċernah, jieħu “passi raġonevoli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jinforma lill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka b’din it-talba għal tħassir tad-data.


(1)  ĠU C 189, 17.05.2021.


Top