EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0056

Kawża C-56/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės – il-Litwanja) – UAB “ARVI” ir ko vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 137 – Sistema li tista’ tintgħażel ta’ ssuġġettar għat-taxxa – Kundizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tagħżel li l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jkun suġġett għall-VAT għall-kundizzjoni li din il-proprjetà tiġi ttrasferita lil persuna taxxabbli diġà rreġistrata għall-finijiet tal-VAT – Obbligu li jiġu aġġustat it-tnaqqis ta’ VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-kundizzjoni – Prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità)

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės – il-Litwanja) – UAB “ARVI” ir ko vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-56/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 137 - Sistema li tista’ tintgħażel ta’ ssuġġettar għat-taxxa - Kundizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tagħżel li l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jkun suġġett għall-VAT għall-kundizzjoni li din il-proprjetà tiġi ttrasferita lil persuna taxxabbli diġà rreġistrata għall-finijiet tal-VAT - Obbligu li jiġu aġġustat it-tnaqqis ta’ VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-kundizzjoni - Prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità)

(2022/C 318/10)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “ARVI” ir ko

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 135 u 137 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tagħżel li l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli ikun suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-kundizzjoni li din il-proprjetà tiġi ttrasferita lil persuna taxxabbli li, fil-mument tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni, tkun diġà rreġistrata għall-finijiet tal-VAT.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali li skont dawn il-bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli huwa obbligat li jaġġusta t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa fuq din il-proprjetà wara r-rifjut li jiġi rrikonoxxut lilu d-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni ta’ dan il-bejgħ minħabba li, fid-data ta’ dan il-bejgħ, ix-xerrej ma ssodisfax il-kundizzjonijiet previsti għall-eżerċizzju, mill-bejjiegħ, ta’ dan id-dritt. Għalkemm l-użu effettiv tal-proprjetà immobbli inkwistjoni mix-xerrej fil-kuntest ta’ attivitajiet suġġetti għall-VAT huwa irrilevanti f’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti madankollu huma obbligati jivverifikaw l-eżistenza eventwali ta’ frodi jew ta’ abbuż fir-rigward tal-persuna taxxabbli li kellha l-intenzjoni li teżerċita d-dritt tagħha ta’ għażla għat-tassazzjoni tat-tranżazzjoni inkwistjoni.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


Top