EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0055

Kawża C-55/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs “IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Dazji tas-sisa – Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 11 – Rimbors tad-dazji tas-sisa applikabbli għall-prodotti suġġetti għas-sisa li kienu ġew irrilaxxati għall-konsum – Direttiva 2011/64/UE – Punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 – Rimbors tas-sisa diġà mħallsa, permezz ta’ marki fiskali mqiegħda fuq it-tabakk immanifatturat meqrud taħt superviżjoni amministrattiva – Obbligu tal-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tipprevedi r-rimbors tad-dazji tas-sisa għat-tabakk immanifatturat irrilaxxat għall-konsum u meqrud taħt superviżjoni doganali – Assenza)

ĠU C 294, 1.8.2022, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs “IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD

(Kawża C-55/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Dazji tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 11 - Rimbors tad-dazji tas-sisa applikabbli għall-prodotti suġġetti għas-sisa li kienu ġew irrilaxxati għall-konsum - Direttiva 2011/64/UE - Punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 - Rimbors tas-sisa diġà mħallsa, permezz ta’ marki fiskali mqiegħda fuq it-tabakk immanifatturat meqrud taħt superviżjoni amministrattiva - Obbligu tal-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tipprevedi r-rimbors tad-dazji tas-sisa għat-tabakk immanifatturat irrilaxxat għall-konsum u meqrud taħt superviżjoni doganali - Assenza)

(2022/C 294/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Konvenut:“IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD

Dispożittiv

L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas 16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, u l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/KE tal 21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet ma jimponux fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu r-rimbors tad-dazji tas-sisa għal prodotti suġġetti għas-sisa, inkluż tabakk immanifatturat, meqruda taħt superviżjoni doganali, li jkunu diġà ġew irrilaxxati għall-konsum.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021


Top