Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0051

    Kawża C-51/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus – l-Estonja) – Aktsiaselts M.V.WOOL vs Põllumajandus- ja Toiduamet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Leġiżlazzjoni dwar l-ikel – Regolament (KE) Nru 2073/2005 – Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel – Artikolu 3(1) – Obbligi tal-operaturi tas-settur tal-ikel – Anness I – Kapitolu 1, punt 1.2 – Valuri limitu tal-preżenza ta’ Listeria monocytogenes fil-prodotti tal-ħut qabel u wara t-tqegħid fis-suq – Regolament (KE) Nru 178/2002 – Artikolu 14(8) – Kontroll uffiċjali tal-prodott waqt it-tqegħid fis-suq – Portata)

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus – l-Estonja) – Aktsiaselts M.V.WOOL vs Põllumajandus- ja Toiduamet

    (Kawża C-51/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni dwar l-ikel - Regolament (KE) Nru 2073/2005 - Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel - Artikolu 3(1) - Obbligi tal-operaturi tas-settur tal-ikel - Anness I - Kapitolu 1, punt 1.2 - Valuri limitu tal-preżenza ta’ Listeria monocytogenes fil-prodotti tal-ħut qabel u wara t-tqegħid fis-suq - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikolu 14(8) - Kontroll uffiċjali tal-prodott waqt it-tqegħid fis-suq - Portata)

    (2022/C 318/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

    Qorti tar-rinviju

    Tallinna Halduskohus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Aktsiaselts M.V.WOOL

    Konvenut: Põllumajandus- ja Toiduamet

    Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(1) u tal-punt 1.2 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU 2005, L 338, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/229 tas-7 ta’ Frar 2019, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-produttur ma jkunx f’pożizzjoni li juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li, matul il-perijodu kollu ta’ konservazzjoni tagħhom, il-prodotti tal-ikel ser josservaw il-limitu ta’ 100 unitajiet li jifformaw kolonja (cfu)/gramma (g) fir-rigward tal-preżenza ta’ Listeria monocytogenes, il-limitu impost fl-assenza ta’ detenzjoni ta’ Listeria monocytogenes f’25 g tal-prodott tal-ikel ikkonċernat, previst f’dan il-punt 1.2 tal-imsemmi Anness I, ma japplikax għall-prodotti tal-ikel li tqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta’ konservazzjoni tagħhom.


    (1)  ĠU C 128, 12.04.2021.


    Top