This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0007
Case C-7/21: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 7 July 2022 (request for a preliminary ruling from the Bezirksgericht Bleiburg — Austria) — LKW WALTER Internationale Transportorganisation AG v CB, DF, GH (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Service of documents — Regulation (EC) 1393/2007 — Article 8(1) — One-week period within which the right to refuse to accept a document is to be exercised — Enforcement order made in one Member State and served in another Member State in the language of the first Member State only — Legislation of that first Member State laying down an eight-day period to lodge an objection to that order — Period for lodging an objection starting to run at the same time as the period laid down for the purpose of exercising the right to refuse to accept the document — Article 47 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Right to an effective remedy)
Kawża C-7/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Bleiburg – l-Awstrija) – LKW WALTER Internationale Transportorganisation AG vs CB, DF, GH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika u komunikazzjoni tal-atti – Regolament (KE) Nru 1393/2007 – Artikolu 8(1) – Terminu ta’ ġimgħa sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rifjut ta’ riċezzjoni tal-att – Digriet ta’ eżekuzzjoni forzata mogħti fi Stat Membru u nnotifikat fi Stat Membru ieħor fil-lingwa tal-ewwel Stat Membru biss – Leġiżlazzjoni ta’ dan l-ewwel Stat Membru li tipprevedi terminu ta’ tmint ijiem sabiex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet – Terminu għal oppożizzjoni li jibda jiddekorri fl-istess żmien tat-terminu previst għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rifjut ta’ riċezzjoni tal-att – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal rimedju effettiv)

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Bleiburg – l-Awstrija) – LKW WALTER Internationale Transportorganisation AG vs CB, DF, GH
(Kawża C-7/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Notifika u komunikazzjoni tal-atti - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 8(1) - Terminu ta’ ġimgħa sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rifjut ta’ riċezzjoni tal-att - Digriet ta’ eżekuzzjoni forzata mogħti fi Stat Membru u nnotifikat fi Stat Membru ieħor fil-lingwa tal-ewwel Stat Membru biss - Leġiżlazzjoni ta’ dan l-ewwel Stat Membru li tipprevedi terminu ta’ tmint ijiem sabiex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet - Terminu għal oppożizzjoni li jibda jiddekorri fl-istess żmien tat-terminu previst għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rifjut ta’ riċezzjoni tal-att - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv)
(2022/C 318/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bezirksgericht Bleiburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LKW WALTER Internationale Transportorganisation AG
Konvenuti: CB, DF, GH
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
jipprekludi leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li taħtu taqa’ l-awtorità li tkun ħarġet att li għandu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat, li bis-saħħa tagħha l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ ġimgħa msemmi f’dan l-Artikolu 8(1), li fih id-destinatarju ta’ tali att jista’ jirrifjuta li jaċċetta li jirċevih għal waħda mir-raġunijiet previsti f’din id-dispożizzjoni, jikkoinċidi mal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra l-imsemmi att f’dan l-Istat Membru.