Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0720

Kawża T-720/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2020 – Perry Street Software vs EUIPO – Toolstream (SCRUFFS)

ĠU C 44, 8.2.2021, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/51


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2020 – Perry Street Software vs EUIPO – Toolstream (SCRUFFS)

(Kawża T-720/20)

(2021/C 44/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Perry Street Software, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, solicitor u T. Dolde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Toolstream Ltd (Yeovil, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “SCRUFFS” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 171 590 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 550/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell (fil-każ li tintervjeni fil-proċeduri) għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Nuqqas li jitwettaq eżami komplut u żnaturament tal-fatti u tal-provi skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 79(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top