Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0637

Kawża T-637/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLITE)

ĠU C 443, 21.12.2020, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLITE)

(Kawża T-637/20)

(2020/C 443/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermavita Company SARL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni JUVÉDERM VOLITE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 413 406

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 1015/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

titlob lill-EUIPO tqis ir-rikors ippreżentat;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti fil-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 101(4), 104, 106 u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top