Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0531

Kawża T-531/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – Wolf Oil vs EUIPO – Rolf Lubricants (ROLF)

ĠU C 339, 12.10.2020, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – Wolf Oil vs EUIPO – Rolf Lubricants (ROLF)

(Kawża T-531/20)

(2020/C 339/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolf Oil Corp. (Hemiksem, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Heremans u L. Depypere, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rolf Lubricants GmbH (Leverkusen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva “ROLF” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 286 835 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1958/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex l-azzjoni tagħha titqies li hija fondata u, konsegwentement, tilqa’ l-oppożizzjoni tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top