Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0354

    Kawża T-354/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2020 – Kfz-Gewerbe vs EUIPO – The Blink Fish (Rappreżentazzjoni ta’ ħuta)

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/33


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2020 – Kfz-Gewerbe vs EUIPO – The Blink Fish (Rappreżentazzjoni ta’ ħuta)

    (Kawża T-354/20)

    (2020/C 262/44)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wirtschaftsgesellschaft des Kfz-Gewerbes mbH (Bonn, il-Germanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Blink Fish Srl (Milano, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ħuta) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 301 1359

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 fil-Każ R 2333/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn huma kkonċernati s-servizzi segwenti tal-applikazzjoni kontenzjuża għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 301 359:

    klassi 35: reklamar, il-ġestjoni ta’ negozju;

    klassi 38: servizzi tat-telekomunikazzjoni;

    klassi 41: divertiment; attivitajiet sportivi u kulturali, tagħlim, taħriġ;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell.


    Top