Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0298

    Kawża T-298/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – KD vs EUIPO

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/29


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – KD vs EUIPO

    (Kawża T-298/20)

    (2020/C 262/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: KD (rappreżentanti: S. Pappas, and N. Kyriazopoulou, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni rigward il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019, adottat mill-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u nnotifikat lir-rikorrent fil-11 ta’ Marzu 2020;

    tordna lill-konvenut jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent bħala riżultat ta’ dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrent għall-proċeduri preżenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li r-rapport ta’ evalwazzjoni fih kummenti inqas favorevoli minn dawk tar-rapporti preċedenti, mingħajr ebda ġustifikazzjoni, li jikkostitwixxu b’hekk żball manifest ta’ fatt, bil-konsegwenza ulterjuri għar-rikorrent li jiġi mċaħħad mill-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tagħha.’

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ premura, billi ma kkunsidrax l-implimentazzjoni b’suċċess tad-diversi proġetti mir-rikorrent, kif ukoll il-motivazzjoni u r-rieda tiegħu għax-xogħol, minkejja l-problemi tal-familja u tas-saħħa tiegħu.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, dwar l-inkonsistenza bejn il-kummenti u l-klassifikazzjoni u l-assenza li jitqiesu l-kriterji kollha applikabbli.

    Fir-rigward tat-talba għal kumpens tad-danni morali, ir-rikorrent jiġġustifika dan minħabba l-ħolqien ta’ sentimenti ta’ dwejjaq, ta’ ansjetà u ta’ inġustizzja minħabba l-illegalità tar-rapport ikkontestat.


    Top