This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0290
Case T-290/20: Action brought on 14 May 2020 — Ceramica Flaminia v EUIPO — Ceramica Cielo (goclean)
Kawża T-290/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)
Kawża T-290/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)
ĠU C 222, 6.7.2020, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/40 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)
(Kawża T-290/20)
(2020/C 222/44)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Cermanica Flaminia SpA (Civita Castellana, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u R. Arista, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ceramica Cielo SpA (Fabrica di Roma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarja tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva golean – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 270 046
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 991/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla u tbiddel d-deċiżjoni kkontestata; |
u konsegwentement
— |
tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 270 046 b’riferiment għall-prodotti kollha jew parti minnhom fil-klassi 11; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u/jew Ceramica Cielo SpA, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll taż-żewġ fażijiet preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell, favur Ceramica Flaminia SpA. |
Motivi invokati
— |
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Interpretazzjoni tal-karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Nuqqas ta’ fondatezza tal-klassifikazzjoni tat-trade mark bħala slogan; |
— |
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 95(1) b’rabta mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |