Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0284

    Kawża T-284/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Klaus Berthold vs EUIPO – Thomann (HB Harley Benton)

    ĠU C 222, 6.7.2020, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/36


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Klaus Berthold vs EUIPO – Thomann (HB Harley Benton)

    (Kawża T-284/20)

    (2020/C 222/39)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Klaus Berthold Besitzgesellschaft GmbH & Co. KG (Thalhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thomann GmbH (Burgebrach, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva HB Harley Benton li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 380 752

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1359/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 380 752 fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti fil-klassi 25;

    tordna lill-EUIPO jirrifjuta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 380 752 fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti fil-klassi 25;

    tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO u, skont il-każ, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura ġudizzjarja.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top