Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0205

Kawża T-205/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – Frommer vs EUIPO – Minerva (I-cosmetics)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – Frommer vs EUIPO – Minerva (I-cosmetics)

(Kawża T-205/20)

(2020/C 201/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Angela Frommer (Unterschleißheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Remmertz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Minerva GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea I-cosmetics – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 836 661

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 675/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li tintervjeni fil-proċedimenti, għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2868/95.


Top