This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0191
Case T-191/20: Action brought on 9 April 2020 — FCA Italy v EUIPO — Bettag (Pandem)
Kawża T-191/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – FCA Italy vs EUIPO – Bettag (Pandem)
Kawża T-191/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – FCA Italy vs EUIPO – Bettag (Pandem)
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/36 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – FCA Italy vs EUIPO – Bettag (Pandem)
(Kawża T-191/20)
(2020/C 201/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FCA Italy Spa (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u E. Truffo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christoph Bettag (Aachen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Pandem” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 297 029
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1483/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Distorsjoni serja tal-fatti. |