Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0167

    Kawża T-167/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – Tornado Boats International vs EUIPO – Haygreen (TORNADO)

    ĠU C 175, 25.5.2020, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/33


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – Tornado Boats International vs EUIPO – Haygreen (TORNADO)

    (Kawża T-167/20)

    (2020/C 175/44)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tornado Boats International ApS (Lystrup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: David Haygreen (Colwyn Bay, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TORNADO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 097 368

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1169/2018-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad id-dikjarazzjoni ta’ invalidità.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top