Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0103

Kawża T-103/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Mutondo vs Il-Kunsill

ĠU C 129, 20.4.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/10


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-103/20)

(2020/C 129/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 12 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 12 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


Top