Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0036

    Kawża T-36/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2020 – IF vs Il-Parlament

    ĠU C 114, 6.4.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/10


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2020 – IF vs Il-Parlament

    (Kawża T-36/20)

    (2020/C 114/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: IF (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, lawyer)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2019 li teħles lir-rikorrenti mid-dmirijiet tagħha bħala viċi segretarju ġenerali tal-Alleanza tad-Demokratiċi u l-Liberali għall-Ewropa;

    tikkundanna lill-konvenuta tħallas ammont ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, flimkien mal-interessi bir-rata legali annwali sal-ħlas sħiħ;

    tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ammont ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għall-impossibilità li terġa’ tpoġġi lir-rikorrenti fil-pożizzjoni legali preċedenti tagħha, flimkien mal-interessi bir-rata legali annwali sal-ħlas sħiħ;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq inkompetenza tal-awtur tal-att u tal-ksur tal-“prinċipju ta’ paralleliżmu tar-rekwiżiti formali”.

    F’dan ir-rigward, qed jingħad li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mill-presidenza tal-grupp meta suppost ittieħed mill-uffiċċju tiegħu.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament.

    Huwa sostnut f’dan ir-rigward li r-rikorrent ma kellhiex l-opportunità li tinvoka b’mod utli qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur d-dritt ta’ kull persuna li l-affarijiet tagħha jiġi ttrattat b’mod imparzjali, ġust u b’reqqa u motivazzjoni insuffiċjenti.

    Ir-rikorrenti targumenta, f’dan ir-rigward:

    l-elementi rilevanti kollha tal-każ preżenti ma ġewx ippreżentati lill-presidenza b’attenzjoni u b’imparzjalità qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, u

    billi kkonfermat in-nota tas-segretarju tal-grupp tat-12 ta’ April 2019, li kienet tinkludi raġunijiet żbaljati, il-presidenza vvizzjat id-deċiżjoni kkontestata bl-istess difett.


    Top