Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0625

    Kawża T-625/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2023 – – Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob l-informazzjoni – Irtirar tal-att ikkontestat – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C, C/2024/416, 3.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/416/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/416/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/416

    3.1.2024

    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2023 – – Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-625/20) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob l-informazzjoni - Irtirar tal-att ikkontestat - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (C/2024/416)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Les Mousquetaires (Pariġi, Franza), ITM Entreprises (Pariġi) (rappreżentanti: N. Jalabert-Doury u K. Mebarek, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berghe u I. Rogalski, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni C(2020) 5191 final tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Lulju 2020, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tal-Kunsill (AT.40466 – Alliance Casino & Intermarché).

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha rispettivi kif ukoll dawk sostnuti mil-Les Mousquetaires u ITM Enterprises.


    (1)   ĠU C 433, 14.12.2020.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/416/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top