Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0083

Kawża T-83/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2022 – bonnanwalt vs EUIPO – Bayerischer Rundfunk et (tagesschau) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali tagesschau – Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka – Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz indipendenti mir-rikorrent – Inammissibbiltà”)

ĠU C 303, 8.8.2022, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2022 – bonnanwalt vs EUIPO – Bayerischer Rundfunk et (tagesschau)

(Kawża T-83/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali tagesschau - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz indipendenti mir-rikorrent - Inammissibbiltà”)

(2022/C 303/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Wendt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bayerischer Rundfunk (München, il-Ġermanja) u t-tmien intervenjenti oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: B. Krause, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 1487/2019-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 114, 6.4.2020.


Top