This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TB0020
Case T-20/20 R: Order of the President of the General Court of 13 March 2020 — Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis v Parliament (Interim measures — Public service contracts — Application for interim measures — No urgency)
Kawża T-20/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – kuntratti pubbliċi għal servizzi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)
Kawża T-20/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – kuntratti pubbliċi għal servizzi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)
ĠU C 175, 25.5.2020, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/28 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis vs Il-Parlament
(Kawża T-20/20 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - kuntratti pubbliċi għal servizzi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)
(2020/C 175/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis AE (Kallithéa, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Toliušis u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jipprevedu, fl-ewwel lok, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-4 ta’ Dicembru 2019 tal-Parlament li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni post għall-għoti tal-kuntratt mifrux fuq numru ta’ stadji li jikkonċerna l-lott Nru 5 tal-kuntratt li għandu bħala suġġett servizzi ta’ traduzzjoni lejn l-Ingliż, fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti TRA/EU19/2019, u li tagħti l-ewwel kuntratt li jirriżulta minn din is-sejħa għall-offerti lill-offerent ieħor, fit-tieni lok, is-sospensjoni tal-kuntratt konkluż ma’ dan l-offerent l-ieħor u, fit-tielet lok, li tordna lill-Parlament li jikkomunika lir-rikorrenti l-partijiet nieqsin tal-motivazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |